Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R1141

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1141/98 tat-2 ta’ Ġunju, 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1464/95 dwar regoli speċjali dettaljati tas-sistema ta’ liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni fis-settur taz-zokkor

    ĠU L 159, 3.6.1998, p. 10–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0951

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/1141/oj

    31998R1141



    Official Journal L 159 , 03/06/1998 P. 0010 - 0010


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1141/98

    tat-2 ta’ Ġunju, 1998

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1464/95 dwar regoli speċjali dettaljati tas-sistema ta’ liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni fis-settur taz-zokkor

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1599/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(b) ta’ dan,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/97 [3] jemenda l-għażla tal-kliem użat fl-Artikolu 2a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [4], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 604/98 [5], bl-introduzzjoni ta’ deroga għad-disposizzjonijiet ġenerali li biha tkun estiża l-validità ta’ liċenza ta’ l-esportazzjoni li tkun tikkonsisti f’iffissar bil-quddiem tar-rimborż għal prodott li jinsab f’kodiċi ta’ prodott ta’ 12-il ċifra barra minn dik imsemmija fit-taqsima 16 tal-liċenza jekk iż-żewġ prodotti jagħmlu parti mill-istess grupp ta’ prodotti; billi biex tkun applikata l-għażla ġdida ta’ kliem fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 għal prodotti relevanti għall-organizzazzjoni komuni tas-suq fiz-zokkor, hu meħtieġ li tkun stabbilita l-kompożizzjoni ta’ dawn il-gruppi ta’ prodotti;

    Billi biex tkun ikkontrollata ċ-ċirkulazzjoni ta’ kummerċ ma’ pajjiżi terzi, għandha ssir dispożizzjoni għal depożitu ta’ garanzija għar-rigward ta’ ġulepp ta’ inulin li jinsab fil-kodiċi NM 17029080;

    Billi l-Artikoli 2 u 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/95 [6], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2136/95 [7], għandhom ikunu emendati kif xieraq;

    Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għaz-Zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1464/95 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 2:

    (a) it-test kurrenti jsir paragrafu 1;

    (b) jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "2. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2a(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 jitqiegħdu fil-gruppi ta’ prodotti li ġejjin:

    - dawk imsemmija f’punt (a) jikkostitwixxu grupp ta’ prodotti,

    - dawk imsemmija f’punt (d) jikkostitwixxu grupp ta’ prodotti,

    - dawk imsemmija f’punti (f) u (g) jikkostitwixxu grupp ta’ prodotti."

    2. Il-klawsola li ġejja tiżdiedġż ma’ l-aħħar indent ta’ l-Artikolu 8(1)(ċ):

    "u ECU 0,60 rigward il-ġulepp ta’ inulina li jinsab fil-kodiċi NM 17029080."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Madankollu, l-Artikolu 1(1) japplika għal każijiet li jkunu għadhom miftuħin dakinhar li jkun ippubblikat.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-2 ta’ Ġunju, 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, p. 4.

    [2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 43.

    [3] ĠU L 77, tad-19.3.1997, p. 12.

    [4] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.

    [5] ĠU L 80, tat-18.3.1998, p. 19.

    [6] ĠU L 144, tat-28.6.1995, p. 14.

    [7] ĠU L 214, tat-8.9.1995, p. 19.

    --------------------------------------------------

    Top