This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998R1138
Council Regulation (EC) No 1138/98 of 28 May 1998 amending Annexes II and III to Regulation (EC) No 519/94 on common rules for imports from certain third countries
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1138/98 tat-28 ta' Mejju 1998 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1138/98 tat-28 ta' Mejju 1998 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi
ĠU L 159, 3.6.1998, p. 1–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31994R0519 | Sostituzzjoni | anness 2 | 01/01/1998 | |
Modifies | 31994R0519 | Sostituzzjoni | anness 3 | 01/01/1998 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31998R1138R(01) | ||||
Repealed by | 32009R0625 |
Official Journal L 159 , 03/06/1998 P. 0001 - 0003
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1138/98 tat-28 ta' Mejju 1998 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Regolament (KE) Nru 519/94 [1] introduċa, fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-kwoti mniżżla fl-Anness II ma' dak ir-Regolament u l-miżuri ta' sorveljanza mniżżla fl-Anness III tiegħu; Billi l-objettiv tal-Kunsill fit-twaqqif tal-kwoti kien biex joħloq bilanċ bejn livell xieraq ta' protezzjoni għall-industriji Komunitarji konċernati u ż-żamma ta' livell aċċettabbli ta' kummerċ maċ-Ċina, wara li jitqiesu l-interessi varji involuti; Billi l-analiżi ta' l-indiċi ewlenija ekonomiċi, b'mod partikolari l-volum u s-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet ¬iniżi, iwassal għall-konklużjoni li l-kwota fuq il-ġugarelli li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet SA/NM 950341, 950349 u 950390 għandha tiġi abolita u abolizzjoni ta' din ix-xorta ma kienet tkun la inkonsistenti ma' l-objettiv ta' hawn fuq u lanqas ma tħarbat probabbilment is-suq Komunitarju; Billi, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-kwoti, is-sitwazzjoni tal-produtturi Komunitarji kkonċernati tindika li aġġustament ‘il fuq ta' 5 % tal-kwoti kienet tkun xierqa u ma kienet la tkun inkonsistenti ma' l-objettiv ta' hawn fuq u lanqas ma tħarbat probabbilment is-suq Komunitarju; billi, iżda, fil-każ taż-żraben ix-xorta partikolarment sensittiva ta' l-industrija turi li għalissa ebda żieda m'hi xierqa; Billi l-prodotti li għalihom il-kwota hi abolita b'dan ir-Regolament għandhom, iżda, ikunu soġġetti għal sorveljanza Komunitarja minn qabel, biex jiġi assigurat il-monitoraġġ xieraq tal-volum u tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati; Billi l-kwoti kwantitattivi u l-miżuri ta' sorveljanza introdotti bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 519/94 għandhom għalhekk ikunu emendati, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi II u III mar-Regolament (KEE) Nru 519/94 għandhom jinbidlu bl-Annessi li jidhru fl-Annessi I u II ma' dan ir-Regolament rispettivament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Mejju 1998. Għall-Kunsill Il-President M. Fisher [1] ĠU L 67, 10.3. 100 1994, p. 89.100 Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 847/97 (ĠU L 122, 14. 5. 1997, p. 1). -------------------------------------------------- ANNESS I ANNESS II Lista ta' kwoti għal ċerti prodotti li joriġinaw miċ-Ċina Deskrizzjoni tal-prodott | Kodiċi SA/NM | Kwoti (Bażi annwali) | Żraben | ex640299 | 39151481 pari | 640351640359 | 2795000 pari | ex640391ex640399 | 12120000 pari | ex640411 | 18228780 pari | 64041910 | 31897716 pari | Oġġetti tal-mejda, oġġetti għall-kċina tal-porċellana jew kina | 691110 | 48090 tonna | Oġġetti tal-mejda taċ-ċeramika, oġġetti għall-kċina, li m'humiex tal-porċellana jew tal-kina | 691200 | 36383 tonna | -------------------------------------------------- ANNESS II ANNESS III Lista ta' prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetta għas-sorveljanza tal-Komunità Deskrizzjoni tal-prodott | Kodiċi SA/NM | Klorur ta' l-ammonja | 282710 | Alkoħols oħra poliidriċi | 29054990 | Aċidu ċitriku | 291814 | Tetraċiklini u d-derivati tagħhom | ex294130 | Chloramphenicol | ex294140 | Kuluranti bażiċi u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom | 320413 | Kuluranti tat-tnell u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom | 320415 | Logħob tan-nar, flares tas-sinjali, rokits tax-xita, u affarijiet għaċ-ċpar | 3604 | Alkoħol polivinili | 390530 | Ingwanti | 4203299142032999 | Żraben | 640219ex640299640319ex640391ex640399ex640311 | Oġġetti taċ-ċeramika ornamentali tal-porċellana | 691310 | Oġġetti tal-ħġieġ | ex7013 | Roti | 871200 | Ġugarelli | 950330950341950349 | Taħbil il-moħħ | 950360 | Ġugarelli | 950390 | Karti tal-logħol | 950440 | Oġġetti li jaqgħu fil-kodiċijiet SA/NM | 960329960330960340960390 | --------------------------------------------------