EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0057

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al.

ĠU L 235, 21.8.1998, p. 1–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Imħassar b' 32016R2031

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/57/oj

31998L0057

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al.

Official Journal L 235 , 21/08/1998 P. 0001 - 0039
CS.ES Chapter 3 Volume 23 P. 375 - 413
ET.ES Chapter 3 Volume 23 P. 375 - 413
HU.ES Chapter 3 Volume 23 P. 375 - 413
LT.ES Chapter 3 Volume 23 P. 375 - 413
LV.ES Chapter 3 Volume 23 P. 375 - 413
MT.ES Chapter 3 Volume 23 P. 375 - 413
PL.ES Chapter 3 Volume 23 P. 375 - 413
SK.ES Chapter 3 Volume 23 P. 375 - 413
SL.ES Chapter 3 Volume 23 P. 375 - 413


Id-Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE

ta’ l-20 ta’ Lulju 1998

dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew 4 [2],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-organiżmu li jagħmel ħsara magħruf bħala Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. kien magħruf qabel bħala Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith; billi r-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. x’aktarx isir l-isem li jkun ġeneralment aċċettat għal dan l-organiżmu; billi d-Direttiva preżenti għandha tikkunsidra dan l-iżvilupp xjentifiku;

Billi l-produzzjoni tal-patata u tat-tadam tokkupa post importanti fl-agrikoltura tal-Komunità; billi l-produzzjoni tal-patata u tat-tadam hija b’mod kostanti mhedda minn organiżmi li jagħmlu l-ħsara;

Billi, permezz tal-protezzjoni tal-kultivazzjoni tal-patata u tat-tadam kontra dawn l-organiżmi li jagħmlu ħsara, mhux biss il-kapaċità produttiva għandha tinżamm iżda wkoll il-produttività agrikola għandha wkoll tiżdied;

Billi l-miżuri protettivi biex jipprevjienu l-introduzzjoni ta’ l-organiżmi li jagħmlu ħsara fit-territorju ta’ Stat Membru probabbilment ikollhom biss effett limitat li kieku dawn l-organiżmi ma jkunux ikkontrollati simultanjament u metodikament fil-Komunità kollha u ma kellhomx jitħallew milli jixxerdu;

Billi wieħed mill-organiżmi li jagħmlu ħsara lill-patata u lit-tadam huwa dak tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al., l-aġent patoġeniku tal-marda tat-taħsir kannella fil-patata u ta’ nxif batterjoloġiku fil-patata u fit-tadam; billi l-epidemiji tal-mard ikkawżati minn dan il-patoġenu seħħew f’ċerti partijiet tal-Komunità u xi ftit sorsi limitati ta’ l-infezzjoni għadhom jeżistu;

Billi hemm riskju konsiderevoli għall-kultivazzjoni tal-patata u tat-tadam fil-Komunità kollha jekk ma jittieħdux il-miżuri effettivi, fejn huma kkonċernati dawn il-ħxejjex, biex ikun lokalizzat dan l-organiżmu u tiġi stabbilita d-distribuzzjoni tiegħu, biex ma jħalluhx milli jibqa’ jeżisti u jinxtered, u, jekk jinstab, biex ma jħallux il-firxa tiegħu tkompli u jkun ikkontrollat bl-għan li dan jiġi meqrud;

Billi, biex ikun assigurat dan, għandhom jittieħdu ċerti miżuri fi ħdan il-Komunità; billi l-Istati Membri għandhom, barra minnhekk, jieħdu miżuri addizzjonali jew aktar stretti fejn ikun meħtieġ, sakemm ma jkunx hemm ostaklu għall-moviment tal-patata u tat-tadam fil-Komunità, ħlief għal kif inhu stabbilit s’issa fid-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ l-organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra l-firxa ta’ dawn fil-Komunità [4]; billi miżuri bħal dawn għandhom ikunu nnotifikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni;

Billi l-miżuri għandhom jikkunsidraw li stħarriġ uffiċjali sistematiku huwa meħtieġ biex jillokalizza l-patoġenu; billi dan l-istħarriġ għandu jinkludi proċeduri ta’ spezzjoni u, meta jkun xieraq, jekk taħt ċerti ċirkustanzi ambjentali l-marda tista’ tibqa’ moħbija u mhux osservata kemm fil-pjanta tal-patata ta’ meta qed tikber u kemm f’tuberi tal-patata maħżuna, għandu jinkludi proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni u ttestjar; billi l-firxa tal-patoġenu fil-pjanta li qed tikber mhuwiex l-iktar fattur importanti, iżda billi l-patoġenu jista’ jinfirex bl-ilma tal-wiċċ u b’ċerti pjanti solanini selvaġġi assoċjati, u għalhekk l-irrigazzjoni tal-pjanti tal-patata u tat-tadam bl-użu ta’ l-ilma kkontaminat jidher li joħloq riskju għall-infezzjoni ta’ dawn il-ħxejjex; billi wkoll il-patoġenu jista’ jeżisti fix-xitwa fi pjanti tal-patata u tat-tadam li jinżergħu weħidhom (voluntiera) u dawn jistgħu jkunu sors ta’ infezzjoni billi dawn jinġarru minn staġun għall-ieħor; billi l-patoġenu jinxtered ukoll bil-kontaminazzjoni tal-patata permezz ta’ kuntatt ma’ patata infettata u permezz ta’ kuntatt mat-tagħmir tal-kultivazzjoni, tal-ħsad u t-tħaddim jew inkella kontenituri tat-trasport u tal-ħażna li jkunu kkontaminaw ruħhom ma’ l-organiżmu permezz ta’ kuntatt minn qabel mal-patata infettata;

Billi l-firxa tal-patoġenu tista’ titnaqqas jew ma titħalliex permezz tad-dekontaminazzjoni ta’ l-oġġetti bħal dawn; billi kwalunkwe kontaminazzjoni tal-patata taż-żriegħ tpoġġi riskju ikbar għall-firxa tal-patoġenu; b’mod simili l-infezzjoni moħbija taż-żriegħ tal-patata tpoġġi riskju akbar għall-firxa tal-patoġenu u dan jista’ ma jitħalliex bl-użu tal-patata taż-żriegħ prodotta fi programm approvat uffiċjalment meta l-patata taż-żriegħ tkun ġiet ittestjata u nstabet li hija ħielsa mill-infezzjoni;

Billi l-għarfien preżenti tal-bioloġija u l-epidemoloġija tal-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. taħt kondizzjonijiet Ewropej mhuwiex komplut u huwa antiċipat li sejjer ikun meħtieġ li l-miżuri proposti jkunu riveduti f’diversi staġuni; b’mod simili it-titjib għall-proċeduri tat-test huma antiċipati fid-dawl ta’ aktar riċerka speċjalment dwar is-sensittività u l-ispeċifiċità tal-metodi tat-test biex jintgħażlu u jkunu standardizzati l-aħjar metodi tat-testijiet disponibbli;

Billi, għad-determinazzjoni tad-dettalji ta’ dawn il-miżuri ġenerali, kif ukoll għal dawk il-miżuri addizzjonali jew aktar stretti meħuda mill-Istati Membri biex ma titħalliex l-introduzzjoni tal-patoġenu fil-konfini tagħhom, huwa meħtieġ għall-Istati Membri li jikkooperaw mill-qrib mal-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti (minn issa ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’),

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tikkonċerna l-miżuri li għandhom jittieħdu fl-Istati Membri kontra r-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al., magħrufa qabel bħala l-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith, (minn issa ’il quddiem imsejħa ‘l-organiżmu’), biex, fejn huma kkonċernati l-pjanti ospitanti ta’ l-organiżmu elenkat fl-Anness I tas-Sezzjoni 1, (minn issa ’il quddiem imsejjaħ ‘il-materjal tal-pjanta elenkat fil-lista’):

(a) jillokalizzawh u jistabbilixxu d-distribuzzjoni tiegħu;

(b) jipprevjienu għall-iskoppjar u l-firxa tiegħu; u

(ċ) jekk jinstab, ma titħalliex il-firxa tiegħu u biex ikun ikkontrollat bl-għan li dan jinqered.

Artikolu 2

1. Ta’ kull sena l-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ uffiċjali sistematiku għall-organiżmu fuq il-materjal tal-pjanti elenkat fil-lista li joriġina fil-konfini tagħhom. Biex ikunu identifikati sorsi possibbli oħra ta’ kontaminazzjoni li jheddu l-produzzjoni tal-pjanti li jidhru fil-lista, l-Istati Membri għandhom jagħmlu estimi tar-riskju u, sakemm ma jkun ġie identifikat l-ebda riskju ta’ firxa tal-organiżmu matul dawk l-estimi, dawn għandhom, fiż-żoni tal-produzzjoni tal-pjanti msemmija, imexxu stħarriġ uffiċjali mmirat apposta għall-organiżmu fuq pjanti oħrajn għajr dawk il-pjanti elenkati fil-lista, inkluż il-pjanti ospitanti solanini selvaġġi, kif ukoll fuq l-ilma tal-wiċċ li jintuża għall-irrigazzjoni jew għall-bexx tal-pjanti msemmija u fuq skart likwidu li joħroġ mill-bini ta’ l-ipproċessar jew ta’ l-ippakkjar industrijali li jittratta dawn il-pjanti u użat għall-irrigazzjoni jew għall-bexx tal-pjanti msemmija. Il-limitu ta’ dan l-istħarriġ għandu jiġi stabbilit skond ir-riskju li jkun ġie identifikat. L-Istati Membri jistgħu jmexxu wkoll stħarriġ uffiċjali għall-organiżmu fuq il-materjal, bħal ma huma l-medja tat-tkabbir, il-ħamrija u l-iskart solidu li joħroġ mill-bini ta’ l-ipproċessar u l-ippakkjar industrijali.

2. L-istħarriġ uffiċjali li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq:

(a) għall-materjal tal-pjanti elenkati, skond id-dettalji stabbiliti fil-punt 1 tas-Sezzjoni II, ta’ l-Anness I; u,

(b) għall-pjanti ospitanti għajr dawk li hemm fil-lista, u għall-ilma inkluż l-iskart likwidu, b’konformità mal-metodi adatti u, meta jkun xieraq, għandhom jittieħdu kampjuni li jkunu suġġetti għal testijiet uffiċjali, jew li jkunu sorveljati uffiċjalment, fil-laboratorju;

(ċ) meta jkun xieraq għal materjal ieħor, b’konformità mal-metodi adatti.

Għal dan l-istħarriġ, dettalji oħra tal-proċeduri ta’ l-ispezzjoni u n-numru, l-oriġini, l-istratifikazzjoni u t-teħid tal-ħin għall-ġbir tal-kampjuni għandhom ikunu deċiżi mill-korpi uffiċjali responsabbli fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 77/93/KEE ibbażata fuq prinċipji xjentifiċi u statistiċi b’saħħithom u l-bioloġija ta’ l-organiżmu u li jikkunsidraw fl-Istat Membru kkonċernat, is-sistemi tal-produzzjoni partikolari tal-materjal tal-pjanti elenkati fil-lista u, kif inhu xieraq, ta’ pjanti ospitanti oħra ta’ l-organiżmu.

3. Id-dettalji u r-riżultati ta’ l-istħarriġ uffiċjali li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 1 għandhom ikunu nnotifikati kull sena lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’konformità mad-disposizzjonijiet tal-punt 2 tas-Sezzjoni II, ta’ l-Anness I. Dawn in-notifiki għandhom jingħataw sal-1 ta’ Ġunju ħlief għall-patata użata bħala zerriegħa mfaddla-tar-razzett li għaliha n-notifika għandha tingħata sal-1 ta’ Settembru. Id-dettalji u r-riżultati għall-uċuh tar-raba’ għandhom ikunu mqabbla mal-produzzjoni tas-sena ta’ qabel. Id-dettalji ta’ dawn in-notifki jistgħu jingħataw lill-Kumitat.

4. Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu adottati b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a tad-Direttiva 77/93/KEE:

- il-metodi adatti għall-istħarriġ u t-testijiet li jsiru fil-laboratorju li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, (b).

5. Id-disposizzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu adottati b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a tad-Direttiva 77/93/KEE:

- il-metodi adatti għall-istħarriġ li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, (c),

- id-dettalji l-oħrajn ta’ l-istħarriġ li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, bil-ħsieb li jkunu assigurati livelli kumparabbli ta’ l-assigurazzjoni bejn l-Istati Membri.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-preżenza suspettata jew il-konferma ta’ l-organiżmu fit-territorju tagħhom għandha tiġi rrappurtata lill-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom.

Artikolu 4

1. F’kull każ ta’ preżenza suspettata, il-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) għandhom jassiguraw it-tkomplija tat-testijiet uffiċjali, jew sorveljati b’mod uffiċjali, li jsiru fil-laboratorju billi jintuża, għall-materjal tal-pjanti li jidhru fil-lista, il-metodu relevanti stabbilit fl-Anness II u b’konformità mal-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt 1 ta’ l-Anness III, jew, fil-każi l-oħrajn kollha, kwalunkwe metodu ieħor approvat uffiċjalment, biex jikkonferma jew jirrifjuta l-preżenza suspettata. Fil-każ ta’ konferma, il-kriterji stabbiliti fil-punt 2 ta’ l-Anness III għandhom ikunu applikabbli.

2. Sakemm iddum biex tkun ikkonfermata jew miċħuda l-preżenza suspettata permezz tal-paragrafu 1, f’kull każ ta’ preżenza suspettata meta, jew:

(i) sintomi dijagnostiċi tal-marda kkawżati mill-organiżmu jkunu dehru u għalhekk jinkiseb riżultat pożittiv mit-test(ijiet) ta’ l-istħarriġ rapidu, kif speċifikat fl-Anness II, is-sezzjoni I, il-punt 1 u s-sezzjoni II; jew,

(ii) riżultat pożittiv fit-test(ijiet) ta’ l-istħarriġ kif speċifikat fl-Anness II, is-sezzjoni I, il-punt 2 u s-sezzjoni III ikun miksub, il-korpi uffiċjali reponsabbli ta’ l-Istati Membri għandhom, b’relazzjoni mal-produzzjoni tagħhom stess:

(a) jipprojbixxu l-moviment tal-pjanti u t-tuberi mill-uċuh kollha tar-raba’, mil-lottijiet jew mill-konsenji li minnhom ikunu ttieħdu l-kampjuni, ħlief jekk dawn ikunu taħt il-kontroll tagħhom u sakemm ikun ġie stabbilit li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli tal-firxa ta’ l-organiżmu;

(b) jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jidentifikaw l-oriġini tal-preżenza suspettata;

(ċ) jintroduċu miżuri adatti ta’ prekawzjoni addizzjonali bbażati fuq il-livell ikkalkolat tar-riskju, partikolarment b’relazzjoni mal-produzzjoni tal-materjal tal-pjanti elenkati u l-moviment tal-lottijiet tal-patata taż-żriegħ għajr dawk riferiti fil-punt (a), prodotti fuq il-post tal-produzzjoni li minnu l-kampjun riferit fil-punt (a) ikun ittieħed, biex jipprevjienu kwalunkwe firxa ta’ l-organiżmu.

3. F’dawk il-każi ta’ preżenza suspettata fejn ikun hemm riskju ta’ kontaminazzjoni tal-materjal tal-pjanti msemmija jew ta’ l-ilma tal-wiċċ minn jew ġewwa Stat(i) Membru(i) ieħor(oħrajn), l-Istat Membru li fih il-preżenza suspettata tkun ġiet irrappurtata għandu javża minnufih, skond ir-riskju identifikat, id-dettalji tal-preżenza suspettata msemmija lill-Istat(i) Membru(i) l-ieħor(l-oħra) ikkonċernat(i), u għandu jkun hemm ko-operazzjoni xierqa bejn l-Istati Membri msemmija. L-Istat(i) Membru(i) hekk kif ikunu avżati, għandhom jintroduċu mużuri ta’ prekawzjoni b’konformità mal-paragrafu 2(c) u jieħdu kwalunkwe azzjonijiet oħra, skond kif ikun xieraq, b’konformità mal-paragrafi 1 u 2.

4. Id-disposizzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu adottati b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a tad-Direttiva 77/93/KEE:

- il-miżuri riferiti fil-paragrafu 2(c).

Artikolu 5

1. Jekk test uffiċjali jew sorveljat b’mod uffiċjali li jsir f’laboratorju, li juża, għall-materjal tal-pjanti msemmija, il-metodu relevanti stabbilit fl-Anness II jew, jew fil-każi l-oħrajn kollha, kwalunkwe metodu ieħor approvat uffiċjalment, jikkonferma l-preżenza ta’ l-organiżmu f’kampjun meħud skond din id-Direttiva, il-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat Membru, wara li jkunu kkunsidraw prinċipji xjentifiċi tajba, il-bioloġija ta’ l-organiżmu u l-produzzjoni partikolari, il-marketing, u s-sistemi ta’ l-ipproċessar tal-pjanti ospitanti ta’ l-organiżmu f’dak l-Istat Membru, għandhom:

(a) għall-materjal tal-pjanti msemmija;

(i) jistabbilixxu investigazzjoni biex ikun stabbilit il-limitu u s-sors(i) primarju(i) tal-kontaminazzjoni b’konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Anness IV, permezz ta’ testijiet oħra b’konformità ma’ l-Artikolu 4(1), fuq, minn ta’ l-inqas, il-lottijiet kollha tal-patata taż-żriegħ klonalment relatata, u,

(ii) jiddikjaraw bħala kontaminati l-materjal tal-pjanti msemmija, il-konsenji u/jew il-lottijiet li minnhom il-kampjun ikun ittieħed, u l-makkinarju, il-vetturi, ir-reċipjenti, l-imħażen, jew l-unitajiet ta’ dawn, u kwalunkwe oġġetti oħra inkluż il-materjal ta’ l-ippakkjar li jkun ġie f’kuntatt mal-materjal tal-pjanti msemmija li minnhom ikun ittieħed il-kampjun; jiddikjaraw ukoll bħala kontaminati, meta ikun xieraq, l-għalqa (jew l-għelieqi), l-unitajiet tal-produzzjoni protetta ta’ l-uċuħ tar-raba’ u l-postijiet tal-produzzjoni li minnhom il-materjal tal-pjanti msemmija kien miġbur u li minnhom kien ittieħed il-kampjun; u għal dawk il-kampjuni li jkunu ttieħdu waqt l-istaġun tat-tkabbir, jiddikjaraw bħala kontaminati l-għelieqi, il-postijiet tal-produzzjoni, u, meta jkun xieraq, l-unitajiet tal-produzzjoni protetta ta’ l-uċuħ tar-raba’ li minnhom ikun ittieħed il-kampjun, u,

(iii) jistabbilixxu, b’konformità mad-disposizzjonijiet tal-punt 1 ta’ l-Anness V, il-limitu tal-kontaminazzjoni probabbli permezz tal-kuntatt ta’ qabel jew ta’ wara l-ħsad, permezz ta’ rabtiet mal-produzzjoni, l-irrigazzjoni jew il-bexx, jew permezz tar-relazzjonijiet klonali mal-kontaminazzjoni iddikjarata, u,

(iv) jiddemarkaw żona fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-kontaminazzjoni permezz tal-punt (ii), id-determinazzjoni tal-limitu tal-kontaminazzjoni probabbli taħt il-punt (iii), u l-firxa possibbli ta’ l-organiżmu, b’konformità mad-disposizzjonijiet tal-punt 2(i) ta’ l-Anness V;

(b) għal uċuħ tar-raba’ tal-pjanti ospitanti għajr dawk imsemmija fil-punt (a) meta l-produzzjoni tal-materjal tal-pjanti msemmija tkun identifikata li tinsab f’riskju,

(i) li jistabbilixxu investigazzjoni b’konformità mal-punt (a)(i); u

(ii) jiddikjaraw bħala kontaminati l-pjanti ospitanti ta’ l-organiżmu li minnhom il-kampjun ikun ittieħed; u

(iii) jistabbilixxu l-kontaminazzjoni probabbli u jiddemarkaw żona b’konformità mal-punti (a)(iii); u (iv), ripsettivament, f’relazzjoni mal-produzzjoni tal-materjal tal-pjanti msemmija;

(ċ) għall-ilma tal-wiċċ (inkużi l-emissjonijiet ta’ l-iskart likwidu mill-bini industrijali ta’ l-ipproċessar jew l-ippakkjar li jittratta l-materjal tal-pjanti msemmija) u pjanti ospitanti solanini selvaġġi assoċjati, fejn il-produzzjoni tal-materjal tal-pjanti msemmija tkun identifikata li hija f’riskju permezz ta’ l-irrigazzjoni, il-bexx, jew it-tifqigħ ta’ l-ilma tal-wiċċ,

(i) jistabbilixxu investigazzjoni li tkun tinkludi stħarriġ uffiċjali fi żminijiet addattati fuq kampjuni ta’ l-ilma tal-wiċċ u, jekk ikunu preżenti pjanti ospitanti solanini selvaġġi, biex jistabbilixxu l-limitu tal-kontaminazzjoni; u

(ii) jiddikjaraw bħala kontaminat l-ilma tal-wiċċ li minnu l-kampjun(i) kien ittieħed, sal-limitu li hu xieraq u fuq il-bażi tal-investigazzjoni permezz tal-punt (i); u

(iii) jistabbilixxu l-kontaminazzjoni probabbli u jiddemarkaw żona fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-kontaminazzjoni taħt il-punt (ii), u l-firxa possibbli ta’ l-organiżmu waqt li jikkunsidraw id-disposizzjonijiet tal-punti 1 u 2(ii) ta’ l-Anness V.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, b’konformità mad-disposizzjonijiet tal-punt 3 tal-Anness V, dwar kwalunkwe kontaminazzjoni ddikjarata taħt il-paragrafi 1(a)(ii) u 1(ċ)(ii) u d-dettalji tad-demarkazzjoni taż-żona taħt il-pargrafu 1(a)(iv) u, meta jkun applikabbli, taħt il-paragrafu 1(c)(iii). Id-dettalji tan-notifika taħt dan il-paragrafu tista’ tkun ippreżentata lill-Kumitat.

L-Istati Membri għandhom fl-istess ħin jissottomettu lill-Kummissjoni n-notifika addizzjonali stabbilita fil-punt 4 ta’ l-Anness V. Id-dettalji tan-notifika taħt dan is-subparagrafu għandhom ikunu sottomessi minnufih lill-membri tal-Kumitat.

3. Bħala riżultat tan-notifika taħt il-paragrafu 2 u l-elementi msemmija fiha, l-Istati Membri l-oħrajn iddettaljati fin-notifika għandhom jistabbilixxu investigazzjoni b’konformità mal-paragrafu 1(a)(i) u, meta jkun applikabbli, il-paragrafu 1(ċ)(i) u jieħdu aktar azzjoni, kif ikun xieraq, b’konformità mal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l-materjal tal-pjanti msemmija u ddikjarati bħala kontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a)(ii) ma jistax ikun miżrugħ u li, taħt il-kontroll u l-approvazzjoni tal-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom, dan għandu jkun suġġett għal waħda mid-disposizzjonijiet tal-punt 1 ta’ l-Anness VI, b’tali mod li jkun stabbilit li ma jkunx hemm riskju identifikabbli tal-firxa ta’ l-organiżmu.

2. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l-materjal tal-pjanti msemmija u stabbiliti bħala probabbilment ikkontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a) (iii) u (ċ)(iii) inkluż il-materjal tal-pjanti msemmija li għalihom ġie identifikat riskju, prodotti f’postijiet ta’ produzzjoni u stabbiliti bħala probabbilment ikkontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a)(iii), ma jkunx jista’ jiġi miżrugħ u għandu, taħt il-kontroll tal-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom, jitpoġġa għall-użu xieraq jew disponibbiltà kif speċifikat fil-punt 2 ta’ l-Anness VI, b’tali mod li jkun stabbilit li m’hemmx riskju identifikabbli tal-firxa ta’ l-organiżmu.

3. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li kwalunkwe makkinarju, vettura, reċipjent, maħżen, jew unitajiet ta’ dawn, u kwalunkwe oġġetti oħra li jinkludu l-materjal ta’ l-ippakkjar, iddikjarati bħala ikkontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a)(ii) jew stabbiliti bħala probabbilment ikkontaminati taħt l-Artikolu 5(1)(a)(iii) u (ċ)(iii), għandu jew jinqered jew ikun iddekontaminat billi jintużaw metodi adatti kif speċifikat fil-punt 3 ta’ l-Anness VI. Wara d-dekontaminazzjoni, kwalunkwe oġġetti bħal dawn m’għandhomx jitqiesu aktar bħala kkontaminati.

4. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri implimentati taħt il-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jippreskrivu li, fiż-żona ddemarkata taħt l-Artikolu 5(1)(a)(iv) u (ċ)(iii), serje ta’ miżuri, kif speċifikat fil-punti 4.1 u 4.2 ta’ l-Anness VI, għandhom ikunu implimentati. Dettalji ta’ dawn il-miżuri għandhom ikunu nnotifikati ta’ kull sena lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. Id-dettalji ta’ din in-notifika jistgħu jiġu ppreżentati lill-Kumitat.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l-patata taż-żriegħ għandha tilħaq il-kriterji tad-Direttiva 77/93/KEE u għandhom jiksbu f’linja diretta mill-patata l-materjal miksub taħt programm approvat uffiċjalment li jkun instab ħieles mill-organiżmu f’testijiet uffiċjali jew sorveljati b’mod uffiċjali billi jintuża l-metodu relevanti stabbilit fl-Anness II.

It-testijiet msemmija hawn fuq għandhom isiru minn Stat Membru:

(a) f’każi fejn ikun ġie kkonfermat li hemm preżenza ta’ l-organiżmu fil-produzzjoni tagħhom tal-patata taż-żriegħ,

(i) billi jittestjaw il-propagazzjonijiet ta’ qabel, inklużi l-għażla klonali tal-bidu u l-ittestjar sistematiku ta’ kloni ta’ żerriegħa bażika tal-patata; jew

(ii) fil-każi fejn ikun ġie stabbilit li m’hemm l-ebda relazzjoni klonali, bl-ittestjar tal-kloni kollha taż-żriegħ bażika tal-patata jew tal-propagazzjonijiet ta’ qabel, inkluża l-għażla klonali tal-bidu, u

(b) fil-każi l-oħra, jew fuq kull pjanta ta’ l-għażla klonali inizjali jew fuq il-kampjun rappreżentattiv taż-żriegħ bażika tal-patata jew tal-propagazzjonijiet ta’ qabel.

2. Id-disposizzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu adottati b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a tad-Direttiva 77/93/KEE:

- ir-regoli dettaljati ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (a),

- ir-regoli li jikkonċernaw il-kampjun rappreżentattiv li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (b).

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu ż-żamma u l-immaniġġjar ta’ l-organiżmu.

Artikolu 9

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 77/93/KEE, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi mill-miżuri msemmija fl-Artikoli 6 u 8 ta’ din id-Direttiva b’konformità mad-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 95/44/KE [5] għal għanijiet ta’ prova jew xjentifiċi, u għal xogħol fuq selezzjonijiet varjetali.

Artikolu 10

L-Istati Membri jistgħu jadottaw f’relazzjoni mal-produzzjoni tagħhom stess miżuri addizzjonali jew aktar stretti, skond kif ikun meħtieġ, biex ikun miġġieled dan l-organiżmu jew biex ma jħalluhx jinfirex, sakemm dawn ikunu b’konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 77/93/KEE.

Id-dettalji ta’ dawn il-miżuri għandhom ikunu nnotifikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. Id-dettalji ta’ din in-notifika jistgħu jingħataw lill-Kumitat.

Artikolu 11

Emenedi għall-Annessi għal din id-Direttiva, li għandhom isiru fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku, għandhom ikunu adottati b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16a tad-Direttiva 77/93/KEE. Fil-każ tal-metodi stabbiliti fl-Anness II u l-miżuri fil-paragrafi 4.1 u 4.2 ta’ l-Anness VI għal din id-Direttiva, għandu jitħejja rapport mill-Kummissjoni li fih ikunu riveduti dawn il-metodi u l-miżuri fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, u r-rapport għandu jkun ippreżentat lill-Kumitat qabel l-1 ta’ Jannar 2002.

Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex dawn ikunu konformi ma’ din id-Direttiva b’effett mill-21 ta’ Awissu 1999. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom ikunu adottati mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan.

Artikolu 13

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 14

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Lulju 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Molterer

[1] ĠU C 124, 21.4.1997, p. 12 u ĠU C 108, 7.4.1998, p. 85.

[2] ĠU C 14, 19.1.1998, p. 34.

[3] ĠU C 206, 7.7.1997, p. 57.

[4] ĠU L 26, 31.1.1977, p. 20. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/2/KE (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 34).

[5] ĠU L 184, 3.8.1995, p. 34. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/46/KE (ĠU L 204, 31.7.1997, p. 43).

--------------------------------------------------

ANNESS I

SEZZJONI I

Lista ta’ pjanti ospitanti tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. msemmija fl-Artikolu 1

Pjanti (inklużi tuberi), apparti milli għal żerriegħa vera, tas-Sonanum tuberosum L. | Patata |

Pjanti, apparti milli għall-frott u ż-żerriegħa, tal-Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw. | Tadam |

SEZZJONI II

Stħarriġ

1. L-istħarriġ uffiċjali riferit fl-Artikolu 2(2)(a) għandu jkun ibbażat fuq il-bioloġija ta’ l-organiżmu u s-sistemi tal-produzzjoni partikolari fl-Istati Membri kkonċernati u għandu jikkomprendi:

(i) fil-każ tal-patata,

- fi żmien addattat, spezzjoni viżwali ta’ l-uċuħ tar-raba’ waqt li qed jikbru, u/jew teħid ta’ kampjuni kemm taż-żriegħ u kemm ta’ patata oħra waqt l-istaġun tat-tkabbir jew li tkunu maħżuna. Dawn il-kampjuni għandhom ikunu suġġetti għal spezzjoni viżwali uffiċjali jew sorveljata uffiċjalment bil-qtugħ ta’ tuberi, u

- fil-każ ta’ żerriegħa tal-patata, u meta jkun xieraq għal patata oħra, testijiet uffiċjali jew sorveljati b’mod uffiċjali f’laboratorju bl-użu tal-metodi stabbiliti fl-Anness II,

(ii) fil-każ tat-tadam,

- spezzjoni viżwali, fi żmien addattat, ta’ mill-inqas il-pjanti li qed jikbru u li l-frott tagħhom huwa intiż biex ikun miżrugħ mill-ġdid għall-użu professjonali.

2. In-notifika ta’ l-istħarriġ uffiċjali riferit fl-Artikolu 2(3) għandu jinkludi:

(i) fil-każ ta’ stħarriġ fuq il-patata,

- estimi taż-żona kollha kkultivata, f’ettari, taż-żriegħ u patata l-oħra,

- stratifikazzjoni skond il-kategorija taż-żriegħ u l-għamla, u meta jkun xieraq, skond ir-reġjun,

- in-numru u t-teħid tal-ħin tal-ġbir tal-kampjuni meħuda għall-ittestjar,

- in-numru ta’ l-ispezzjonijiet viżwali fl-għalqa,

- in-numru (u l-qies tal-kampjun) ta’ l-ispezzjonijiet viżwali fuq it-tuberi;

(ii) fil-każ ta’ stħarriġ fuq, minn ta’ l-inqas, l-uċuħ tar-raba’ tal-pjanti tat-tadam li qed jikbru u intiżi biex jinżergħu mill-ġdid għall-użu professjonali,

- l-estimi tan-numru totali tal-pjanti,

- in-numru ta’ spezzjonijiet viżwali;

(iii) fil-każ ta’ stħarriġ fuq pjanti ospitanti apparti milli għall-patata u t-tadam, inklużi l-pjanti ospitanti solanini selvaġġi,

- l-ispeċi,

- in-numru u l-ħin tat-teħid tal-kampjuni li jkun inġabru,

- żona/xmara li minnhom ikunu ttieħdu l-kampjuni, skond kif ikun xieraq,

- il-metodu ta’ l-analiżi;

(iv) fil-każ ta’ stħarriġ fuq l-ilma u l-emissjonijiet ta’ skart likwidu mill-bini industrijali ta’ l-ipproċessar u ta’ l-ippakkjar,

- in-numru u l-ħin tat-teħid biex jinġabru l-kampjuni,

- iż-żona/ix-xmara/il-post tal-bini minn fejn ikunu ttieħdu l-kampjuni, skond kif ikun xieraq,

- il-metodu ta’ l-analiżi.

--------------------------------------------------

ANNESS II

L-ISKEMA TAT-TEST GĦAD-DIANJOSI, IS-SEJBA U L-IDENTIFIKAZZJONI TAR-RALSTONIA SOLANACEARUM (SMITH) YABUUCHI ET AL.

L-ISKOP TA’ L-ISKEMA TAT-TEST

L-iskema hawn ippreżentata tiddeskrivi d-diversi proċeduri involuti fil-:

(i) dianjosi tat-tħassir kannella fit-tuberi tal-patata u t-tinxif batterjoloġiku fil-pjanti tal-patata u tat-tadam;

(ii) id-determinazzjoni tar-Ralstonia solanacearum f’kampjuni ta’ tuberi tal-patata;

(iii) l-identifikazzjoni tar-Ralstonia solanacearum.

Fl-Appendiċi, id-dettalji huma pprovduti għat-tħejjija tal-materjali tat-test, i.e. il-medja tat-tkabbir, l-ilqugħ, is-soluzzjonijiet, ir-reaġenti.

WERREJ:

SEZZJONI I: | Applikazzjoni ta' l-Iskema tat-Test | 9 |

1.Dianjosi tat-tħassir kannella fit-tuberi tal-patata u ta' l-inxif batterjoloġiku fil-patata u fit-tadam pjanti | 9 |

2.Determinazzjoni u identifikazzjoni tar-Ralstonia solanacearumf'kampjuni tat-tuberi tal-patata | 11 |

SEZZJONI II: | Dianjosi tat-tħassir kannella fit-tuberi tal-patata u tnixxif batterjoloġiku fil-patata u fit-tadam | 13 |

1.Sintomi | 13 |

2.It-test(ijiet) mgħaġġel ta'l-analiżi | 13 |

3.Il-proċedurata' l-iżolament | 14 |

4.It-test(ijiet)talkonferma | 14 |

SEZZJONI III: | Determinazzjoni u identifikazzjoni tar-Ralstonia solanacearumf'kampjuni ta' tuberi tal-patata | 17 |

1.Il-preparazzjonital-kampjun għat-test | 17 |

2.It-testta' l-immunoflorexxenza (IF) | 18 |

3.It-testta' l-ELISA (Enzyme Linked Immuno-Sorbent Assay) | 20 |

4.It-testtal-PCRTM(Polymerase Chain Reaction) | 20 |

5.Testgħalkisi selettiv | 22 |

6.It-testtal-bioassay. | 23 |

7.It-testijietta' arrikkiment | 23 |

8.Ittesttalpatoġeniċità | 23 |

Appendiċi 1 | Medja nutrittiva għall-iżolament u l-kultura tar-Ralstonia solanacearum | 24 |

Appendiċi 2 | Materjali għall-preparazzjoni tal-kampjun | 25 |

Appendiċi 3 | Materjali għat-test ta' l-IF | 26 |

Appendiċi 4 | Determinazzjoni tal-livell tal-kontaminazzjoni fit-test ta' l-IF | 27 |

Appendiċi 5 | Materjali għat-test ta' l-ELISA | 28 |

Appendiċi 6 | Materjali għat-test tal-PCR | 29 |

Appendiċi 7 | Materjali għat-test(ijiet) tal-kisi u arrikkiment selettiv | 29 |

Referenzi | 30 |

SEZZJONI I

APPLIKAZZJONI GĦALL-ISKEMA TAT-TEST

1. Id-dianjosi tat-tħassir kannella fit-tuberi tal-patata u l-inxif batterjoloġiku fil-patata u fit-tadam

Il-proċedura tat-test hija intiża għal tuberi tal-patata b’sintomi tipiċi jew suspettużi tat-tħassir kannella u għall-pjanti tal-patata u tat-tadam li jkollhom sintomi tipiċi jew suspettużi ta’ nxif batterjoloġiku. Dan jinvolvi test ta’ l-analiżi ħafifa, l-iżolament tal-patoġenu miċ-ċelloli vaskulari infettati fuq medja diagnostiċi u, fil-każ ta’ riżultat pożittiv, l-identifikazzjoni tal-kultura bħala Ralstonia solanacearum.

+++++ TIFF +++++

Referenzi għall-flowchart:

(1) Id-deskrizzjoni tas-sintomi hija pprovduta fis-sezzjoni II.1.

(2) Testijiet ta’ analiżi mħaffa li jiffaċilitaw dianjosi preżuntiva.

It-testijiet adatti huma:

- It-test ta’ l-għażla taċ-ċelloli vaskulari prinċipali (is-sezzjoni II.2),

- It-test għall-gerbubi tal-poly-ß-hydroxybutyrate (is-sezzjoni II.2),

- It-test ta’ l-IF (is-sezzjoni III.2),

- It-test ta’ l-ELISA (is-sezzjoni III.3),

- It-test tal-PCR (is-sezzjoni III.4).

(3) Għalkemm l-iżolament tal-patoġenu mill-materjal tal-pjanta b’sintomi tipiċi bid-diluzzjoni tal-kisi huwa wieħed ċar, il-kultura tista’ tonqos minn stadji avvanzati ta’ l-infezzjoni. Il-batterja saprofitiċi li jikbru fuq ċelluli morda jistgħu jikbru aktar milli suppost jew inkella jinibixxu l-patoġenu fuq il-medja ta’ l-iżolament. Jekk it-test ta’ l-iżolament ikun wieħed negattiv, iżda s-sintomi tal-mard ikunu tipiċi, mela l-iżolament għandu jkun ripetut, preferibbilment b’test ta’ kisi selettiv.

(4) L-identifikazzjoni ta’ min jorbot fuqha ta’ kultura pura tar-Ralstonia solanacearum tinkiseb b’minn ta’ l-inqas wieħed mit-testijiet elenkata fis-sezzjoni II.4.1 flimkien mat-test tal-patoġeniċità (is-sezzjoni II.4.3). Il-karatterizzazzjoni ta’ l-iggruppjar hija diskrezzjonali iżda rakkomandabbli għal kull każ ġdid.

2. Id-determinazzjoni u l-identifikazzjoni tar-Ralstonia solanacearum f’kampjuni ta’ tuberi tal-patata

Il-proċedura hija intiża għad-determinazzjoni ta’ l-infezzjonijiet moħbija fit-tuberi tal-patata permezz ta’ test wieħed jew, preferibbilment, aktar minn wieħed tad-determinazzjoni li, jekk ikunu pożittivi, ikunu kkumplimentati bl-iżolament tal-patoġenu; dawn ikunu segwiti, fil-każ ta’ l-iżolament tal-kolonji tipiċi, mill-identifikazzjoni tal-kultura pura bħala Ralstonia solanacearum.

+++++ TIFF +++++

Referenzi tal-flowchart:

(1) Il-qies tal-kampjun

Il-qies standard huwa 200 tuberi. B’dana kollu, il-proċedura tista’ tkun applikata konvenjentement għal kampjuni b’inqas minn 200 tuberi.

(2) Test(ijiet) tad-determinazzjoni

Test wieħed jista’ ma jkunx sensittiv jew ta’ min jorbot fuqu biżżejjed biex tinstab ir-Ralstonia solanacearum fil-kampjun. Għalhekk, aktar minn test wieħed huwa rakkomandabbli u dawn it-testijiet għandhom preferibbilment ikunu bbażati fuq prinċipji bioloġiċi differenti.

(3) It-test ta’ l-immunoflorexxenza (IF)

It-test ta’ l-IF huwa test tad-determinazzjoni stabbilit sew. Dan huwa vantaġġjuż fuq oħrajn li għadhom ma ġewx żviluppati sewwa jew inkella validati. It-test jintuża għal ħafna batterja statutorja oħra, e.g. Clavibacter michiganensis subsp. sepedonicus. Bil-parametri tal-qari speċifikati b’dan il-metodu, dan it-test isir wieħed sensittiv (b’livell ta’ sensittività ta’ 103-104 ċelloli għal kull ml ta’ tgerbubi ta’ estratt tal-patata).

Il-fattur kritiku għas-serħan fuq ir-riżultat tat-test hija l-kwalità ta’ l-antiserum. L-antiserum b’titru għoli biss (minumu ta’ 2000 għall-antiserum mhux maħdum) ikun aċċettabbli u t-testijiet kollha għandhom isiru fit-titru ta’ l-antiserum jew f’diluzzjoni waħda taħt it-titru. Il-metodu indirett huwa aktar preferut. Il-metodu dirett jista’ jkun applikat jekk it-test ikollu livell ta’ sensittività u speċifiċità ekwivalenti għal dak tal-metodu indirett.

It-test ta’ l-IF għandu l-vantaġġ ta’ l-interpretazzjoni suġġettiva tal-morfoloġija tal-grupp taċ-ċelloli u ta’ l-intensità tal-florexxenza li jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ispeċifiċità tar-reazzjoni. Kontro-reazzjonijiet b’batterji relatati seroloġikament mill-ħamrija jew assoċjati maċ-ċelloli tal-patata b’morfoloġija ta’ ċelloli tar-Ralstonia solanacearum huma komuni. It-test IF jista’ jintuża bħala test ta’ determinazzjoni waħdu għalkemm f’każi meta l-kontro-reazzjonijiet ikunu suspettati għandu jsir test addizzjonali ta’ determinazzjoni bbażat fuq prinċipju bioloġiku differenti. F’każi bħal dawn il-kisi selettiv huwa l-aktar test addattat.

(4) Il-kisi selettiv

Bil-medja SMSA modifikata u bil-metodolġija ta’ l-ittestjar speċifikata f’dan il-metodu, dan huwa test sensittiv u selettiv għar-Ralstonia solanacearum. Ir-riżultat ikun disponibbli 3-6 ijem wara t-tħejjija tal-kampjun. Il-patoġenu jinkiseb direttament fil-kultura u jkun jista’ jiġi identifikat mill-ewwel. Għall-esplojtazzjoni sħiħa tal-potenzjal tiegħu, it-test jeħtieġ preparazzjoni tajba tat-trufijiet biex tkun evitata batterja sekondarja assoċjata mat-tuberu tal-patata li tkun kompetitur mar-Ralstonia solanacearum fuq il-medja u tista’ taffettwa l-iżvilupp tal-patoġenu. Ċerti gruppi jistgħu jikbru b’mod bagħtut hekk kif il-komponenti tal-medja jistgħu jaffettwaw l-organiżmu tal-mira. Hija meħtieġa attenzjoni wkoll biex tkun iddifferenzjata r-Ralstonia solanacearum minn batterji oħra li jistgħu jiżviluppaw fuq il-medja. Il-kisi selettiv jista’ jintuża bħala test tad-determinazzjoni waħdu sakemm f’każi fejn l-inibizzjoni tar-Ralstonia solanacearum minn batterja oħra fuq il-pjanċi tkun issuspettata u r-riżultat negattiv tat-test jinkiseb jekk il-kampjun ikun ittestjat mill-ġdid bl-użu ta’ test differenti biex jikkonferma jew jinnega d-dianjosi. F’każi bħal dawn, it-test IF huwa l-iktar test addattat.

(5) It-test ta’ l-ELISA

It-test ta’ l-ELISA huwa ġeneralment inqas sensittiv mill-IF (b’livell ta’ sensittivita ta’ 104-105 ċelloli għal kull ml ta’ gerbubi ta’ l-estratt tal-patata). It-test huwa rħis u mgħaġġel iżda ġeneralment aktar vulnerabbli għal riżultati pożittivi (kontro-reazzjonijiet) u negattivi (inibizzjoni permezz ta’ molekuli fenoliċi fl-estratt tal-patata) foloz. Il-kriterji għall-ispeċifiċità ta’ l-antiserum huma għoljin ħafna. It-test ELISA ma jistax jintuża waħdu bħala test tad-determinazzjoni.

(6) It-test tal-PCR

Il-PCR għandu potenzjal għal determinazzjoni sensittiva ħafna għalkemm it-test huwa inibit minnufih mill-komponenti ta’ l-estratt tal-pjanta jew tat-tuberu li jagħti riżultati negattivi foloz. Ċertu speċi ta’ patata li jeżistu b’mod naturali ikollhom aktar inibituri minn oħrajn. Huwa għalhekk meħtieġ li jitneħħew dawn l-inibituri. L-inibizzjoni tista’ titnaqqas bid-diluzzjoni, iżda l-popolazzjonijiet tar-Ralstonia solanacearum huma wkoll dilwiti. Għandha tingħata attenzjoni kbira fl-istadji kollha tat-tħejjija u ta’ l-ittestjar tal-kampjun biex tkun evitata kontaminazzjoni li tista’ twassal għal riżultati pożittivi foloz. Riżultati pożittivi foloz jistgħu wkoll jiġu mill-omoloġija sekwenzjali ta’ l-organiżmi l-oħrajn. Għal dawn ir-raġunijiet il-PCR dirett ma jistax jintuża waħdu bħala test ta’ determinazzjoni.

(7) Test ta’ l-arrikkiment

L-inkubazzjoni tal-kampjuni tal-gerbubi ta’ l-estratt tal-patata fi brodu semi-selettiv, bħalma hu dak tal-SMSA immodifikat, tippermetti l-multiplikazzjoni tar-Ralstonia solanacearum. Aktar importanti x’aktarx, dan jiddiljutja inibituri potenzjali tat-test ELISA jew PCR. Ralstonia solanacearum fi brodu ta’ l-arrikkiment tista’ għalhekk tkun iddeterminata bl-IF, ELISA u l-PCR. Aħna ma nirrakkomandawx li l-kisi dirett isir minn brodu arrikkit. Dawn il-metodi ta’ l-arrikkiment ma ġewx ippruvati u ttestjati kompletament. Dawn ġew inklużi hawn għaliex għandhom potenzjal tajjeb. Iżda, minħabba n-nuqqas relattiv ta’ l-esperjenza dwarhom, dawn ma jistgħux jintużaw weħidhom bħala metodi ta’ determinazzjoni.

(8) It-test tal-bioassay

It-test tal-bioassay jintuża għall-iżolament tar-Ralstonia solanacearum minn gerbubi ta’ l-estratt tal-patata permezz ta’ l-arrikkiment selettiv fi pjanta ospitanti u jista’ jsir fuq il-pjanti tat-tadam jew tal-brunġiel. It-test jeħtieġ kondizzjonijiet tajbin ta’ l-inkubazzjoni kif speċifikat f’dan il-metodu. Batterji li huma inibitorji għar-Ralstonia solanacearum fuq il-medja ta’ l-SMSA probabbilment ma joħolqu l-ebda interferenza f’dan it-test.

(9) Test(ijiet) ta’ konferma

L-identifikazzjoni ta’ min jorbot fuqha ta’ kultura pura tar-Ralstonia solanacearum tinkiseb permezz ta’ wieħed mit-testijiet elenkati fis-sezzjoni II.4.1. flimkien ma’ test ta’ patoġeniċità (is-sezzjoni II.4.3.). Il-karatterizzazzjoni ta’ l-igruppjar hija diskrezzjonali iżda rakkomandabbli għal kull każ ġdid.

SEZZJONI II

DIANJOSI TAT-TAĦSIR KANNELLA FIT-TUBERI TAL-PATATA U TA’ L-INXIF BATTERJOLOĠIKU FIL-PJANTI TAL-PATATA U TAT-TADAM

1. Is-sintomi

1.1. Is-sintomi fil-patata

Il-pjanta tal-patata. L-ewwel stadju ta’ l-infezzjoni huwa l-inxif tal-weraq lejn in-naħa ta’ fuq tal-pjanta f’temperaturi għoljin matul il-jum b’riakkwist matul il-lejl. L-inxif, b’mod mgħaġġel, isir irriversibbli u jikkawża l-mewt tal-pjanta. Iċ-ċelloli vaskulari fi zkuk maqtugħa trasversalment minn pjanti mnixxfa jistgħu jsiru kannella u tnixxija qiesha ħalib toħroġ minn ġol-wiċċ maqtugħ jew tista’ tkun faċilment espressa jekk din tkun mgħaffġa. Meta z-zokk maqtugħ jitpoġġa vertikalment fl-ilma, ħjut ta’ materja tat-tgħakkir joħorġu minn ġo l-għoqod vaskulari.

It-tuberu tal-patata. It-tuberi tal-patata għandhom jinqatgħu trasversalment qrib it-tarf ta’ l-għarqub (= stolon). L-ewwel stadju ta’ l-infezzjoni jikkonsisti f’nuqqas ta’ kulur isfar ileqq għal kannella ċar tad-dawra vaskulari li minnha toħroġ tnixxija qisha krema safranija b’mod spontanju wara ftit minuti jew meta tkun applikata pressjoni ġentili bis-swaba fuq il-qoxra ħdejn il-wiċċ maqtugħ. Aktar tard, in-nuqqas ta’ kulur vaskulari jsir kannella aktar distint u n-nekrosi tista’ testendi fiċ-ċelloli parenkimatiċi. Fi stadji avvanzati, l-infezzjoni toħroġ ’il barra mit-tarf ta’ l-għarqub u l-għajnejn li jistgħu jirriżultaw fi ħsarat kemmxejn fondi ta’ lewn ħamrani-kannella fuq ir-rita li minnha tista’ tnixxi l-batterja, u li allura tikkawża l-partiċelli tal-ħamrija biex dawn jeħlu magħha.

1.2. Sintomi fil-ħamrija

Il-pjanta tad-tadama. L-ewwel sintomu li jidher hija d-dehra midbiela ta’ l-iżgħar weraq. Permezz ta’ kondizzjonijiet ambjentali favorevoli għall-patoġenu (bit-temperatura tal-ħamrija tkun madwar 25 °C b’umdità saturata), it-tgħawwiġ u l-inxif ta’ ġenb wieħed jew tal-pjanta sħiħa jkomplu fi ftit ġranet li jwasslu biex il-pjanta sħiħa tispiċċa. Permezz ta’ kondizzjonijiet inqas favorevoli (bit-temperatura tal-ħamrija tkun taħt il-21 °C) numru kbir ta’ għeruq barranin jistgħu jiżviluppaw fuq iz-zokk. Huwa possibbli li jkun osservat kurdun pjuttost idellek tul iz-zokk li dan ikun xiehda tan-nekrosi fis-sistema vaskulari. Meta z-zokk jinqata’ trasversalment iċ-ċelloli vaskulari taz-zokk, li jkunu ta’ lewn kannella mitfi, joħorġu taqtiriet ta’ tnixxija bajda jew safra ta’ batterji.

2. It-testijiet ta’ l-analiżi rapida

It-testijiet ta’ l-analiżi rapida jiffaċilitaw dianjosi preżuntiva. Uża wieħed jew aktar mit-testijiet li ġejjin:

It-test tat-tixqieq taz-zokk

Il-preżenza tar-Ralstonia solanacearum fiz-zkuk tal-patata u tat-tadam li qed jinxfu tista’ tkun evalwata permezz tat-test preżuntiv u sempliċi li ġej:

Aqta’ z-zokk eżattament mal-livell tal-ħamrija. Poġġi l-wiċċ maqtugħ f’reċipjent mimli bl-ilma. Ftit wara, ħjut ta’ materja batterjali toħroġ spontanjament mill-għoqod vaskulari. Kwalunkwe batterja oħra li tikkawża infezzjoni batterjali fil-pjanti tal-patata u tat-tadam ma turix dan il-fenomenu.

L-identifikazzjoni tal-granuli tal-poly-ß-hydroxybutyrate (PHB)

Il-granuli tal-PHB fiċ-ċelloli tar-Ralstonia solanacearum ikunu jidhru bl-ikkulurir ta’ l-ikħal tan-Nile A, jew bl-iswed tas-Sudan B.

Jew tipprepara kampjun tat-tnixxija jew taċ-ċellola sospiża fuq ħġieġa tal-mikroskopju jew inkella tipprepara kampjun ta’ kultura ta’ 48 siegħa fuq il-YPGA jew l-SPA (l-Appendiċi 1). Ipprepara kampjuni ta’ kontroll pożittiv tal-grupp biovar2/razza 3 u, jekk ikun kkunsidrat meħtieġ, kampjun ta’ kontroll negattiv ta’ grupp eterologu. Ħalli jinxef. Għaddi l-wiċċ ta’ taħt tal-ħġieġa diversi drabi malajr minn ġo fjamma sakemm il-kampjun isir fiss.

It-test ta’ l-ikħal tan-Nile

(1) Għarraq il-kampjun fiss b’1 % ta’ soluzzjoni b’soluzzjoni akweja ta’ l-ikħal tan-Nile A.

Inkuba għal 10 minuti f’temperatura ta’ 55 °C.

(2) Nixxef kompletament is-soluzzjoni tat-trattament. Laħlaħ bil-mod taħt ilma ġieri tal-vit. Neħħi l-ilma żejjed b’karta strazza.

(3) Għarraq il-kampjun bi 8 % ta’ aċidu aċetiku mħallat bl-ilma.

Inkuba għal minuta f’temperatura ambjentali.

(4) Laħlaħ bil-mod taħt ilma ġieri tal-vit. Nixxef fuq karta strazza.

(5) Erġa’ xarrab b’qatra ilma. Għatti bi ħġieġa bħala għatu.

(6) Eżamina l-kampjun trattat b’mikroskopju epiflorexxenti f’450 nm taħt immersjoni ta’ żejt b’magnifikazzjoni ta’ 1000.

Osserva għal florexxenza ta’ lewn oranġjo ċar ta’ granuli tal-PHB. Osserva wkoll taħt dawl normali biex tassigura li l-granuli jkunu intraċellulari u l-morfoloġija taċ-ċellola tkun tipika tar-Ralstonia solanacearum.

It-test ta’ l-iswed tas-Sudan

(1) Għarraq il-kampjun fiss b’0,3 % ta’ soluzzjoni ta’ iswed tas-Sudan B fi 70 % ethanol. Inkuba għal 10 minuti f’temperatura ambjentali.

(2) Nixxef is-soluzzjoni tat-trattament. Laħlaħ ftit fl-ilma tal-vit. Neħħi l-ilma żejjed. Neħħi l-ilma żejjed b’karta strazza.

(3) Għaddas ftit il-kampjun fil-xylol. Ħalli jinxef fuq karta strazza.

Attenzjoni! Xylol huwa prodott perikoluż. Aħdem f’kabinett tad-duħħan.

(4) Għarraq il-kampjun bi 0,5 % (w/v) ta’ safranin akweju u ħalli għal 10 sekondi f’temepratura ambjentali.

Attenzjoni! Is-Safranin huwa prodott perikoluż. Aħdem f’kabinett tad-duħħan.

(5) Laħlaħ bil-mod taħt l-ilma ġieri tal-vit. Ħalli jinxef fuq karta strazza. Agħmel l-għatu tal-ħġieġ.

(6) Eżamina l-kampjun trattat b’mikroskopju tad-dawl li juża dawl trasmess taħt immersjoni ta’ żejt b’magnifikazzjoni ta’ 1000.

Il-granuli tal-PHB fiċ-ċelloli tar-Ralstonia solanacearum ikunu ikħal-suwed. Il-ħajt taċ-ċelloli jkollu tbajja’ roża.

Testijiet oħrajn

Testijiet oħra ta’ l-analiżi li huma addattati huma t-test IF (is-sezzjoni III.2), it-test ELISA (is-sezzjoni III.3) u t-test PCR (is-sezzjoni III.4).

3. Proċedura ta’ l-iżolament

3.1 Neħħi tnixxijiet jew sezzjonijiet taċ-ċellola mingħajr lewn mid-dawra vaskulari fit-tuberu tal-patata jew mill-ispag vaskulari fiz-zokk tal-pjanti tal-patata u tat-tadam. Żomm f’volum żgħir ta’ ilma distillat sterili jew f’50 mM ta’ fosfatiku bħala barriera. Ħalli għal bejn 5-10 minuti fuq il-bank.

3.2 Ipprepara serje ta’ dilwizzjonijiet deċimali tas-sospensjoni, e.g. 1/10 u 1/100 jew aktar skond kif ikun ikkunsidrat xieraq.

3.3 Ittrasferixxi volum standard tas-sospensjoni u d-dilwizzjonijiet għal fuq medja nutrittiva ġenerali (NA, YPGA u SPA, l-Appendiċi 1) u/jew għal fuq il-medja Kelman’s tetrazolium (l-Appendiċi 1) u/jew għal fuq il-medja selettiva SMSA (l-Appendiċi 7). Ifrex jew immarka b’teknika adatta tal-kisi tad-dilwizzjoni. Jekk ikun ikkunsidrat meħtieġ, ipprepara pjanċi separati ta’ kull medja użata b’kultura ta’ sospensjoni ta’ ċellola dilwita ta’ grupp infettiv ħafna ta’ biovar 2/silta 3 tar-Ralstonia solanacearum bħala kontroll pożittiv.

3.4 Inkuba l-pjanċi għal tlett ijiem f’temperatura ta’ 28 °C. L-inkubazzjoni tista’ tieħu sa sitt ijiem jekk it-tkabbir ikun bil-mod, iżda l-kolonji tal-pjanċi tal-SMSA ħafna drabi jsiru atipiċi u jmutu.

Fuq il-medja ta’ nutrijient ġenerali, fdalijiet infettivi tar-Ralstonia solanacearum jiżviluppaw kolonji jagħtu fil-lewn bajdani, ċatti, irregolari u fluwidali, ħafna drabi b’sepali karatteristiċi.

Fuq il-medja Kelman’s tetrazolium, kolonji tipiċi ta’ fdalijiet infettivi tar-Ralstonia solanacearum ikunu kremużi, ċatti, irregolari u fluwidali b’sepali ħamranin lewn id-demm, fin-nofs. Forom infettivi tar-Ralstonia solanacearum jiżviluppaw kolonji li għandhom is-sura ta’ butir u jkunu ħomor ħafna.

Fuq il-medja SMSA, kolonji tipiċi ta’ fdalijiet infettivi tar-Ralstonia solanacearum ikunu bojod ħalib, ċatti, irregolari u fluwidali b’kolorazzjoni ħamranija lewn id-demm, fiċ-ċentru.

Forom infettivi tar-Ralstonia solanacearum jiżviluppaw kolonji inqas fluwidali li jkunu kompletament bejn ir-roża u l-aħmar fuq il-medja ta’ l-SMSA.

3.5 Ippurifika l-kolonji li jkollhom morfolġija karatteristika b’sub-kultura fuq medja ta’ nutrijent ġenerali. Evita s-sub-kulturament regolari li jista’ jwassal għal telf fl-infettività.

4. Test(ijiet) ta’ konferma

4.1. L-identifikazzjoni tar-Ralstonia solanacearum

Identifika kulturi puri tar-Ralstonia solanacearum permezz ta’ waħda minn dawn il-proċeduri:

Testijiet nutrittivi u enżimatiċi

Nota:

Inkludi gruppi ta’ kontroll addattati f’kull test użat.

Lewnijiet florexxenti | - |

Inklużjonijiet PHB | + |

Test ta' l-ossidazzjoni/fermentazzjoni (O/F) | O+/F- |

Katalasi | + |

Kovac's oxidase | + |

Tnaqqis tan-nitrat | + |

Utilizzar taċ-ċitrat | + |

Tkabbir f'40 °C | - |

Tkabbir f'1 % NaCl | + |

Tkabbir fi 2 % NaCl | - |

Arginine dihydrolase | - |

Likwifikazzjoni tal-ġelatina | - |

Idroliżi tal-lamtu | - |

Idroliżi ta' l-aesulina | - |

Produzzjoni tal-levan | - |

Medja u metodi li hemm provvediment dwarhom fil-Lelliott & Stead (1987)

It-test IF

Ipprepara sospensjoni ta’ 106 ċelloli għal kull ml mill-kultura u l-grupp(i) ta’ kontroll. Ipprepara serje u dilwizzjonijiet doppji ta’ l-antiserum. Applika l-proċedura IF (is-sezzjoni III.2). It-titru ta’ l-IF tal-kultura għandu jkun ekwivalenti għal dak tal-kontroll pożittiv.

It-test ELISA

Ipprepara sospensjoni ta’ >106 ċelloli għal kull ml mill-kultura u l-grupp(i) ta’ kontroll. Applika l-proċedura ta’ l-ELISA (is-sezzjoni III.3). Il-valur ta’ l-ELISA tal-kultura għandu jkun ekwivalenti għal dak tal-kontroll pożittiv.

It-test PCR

Ipprepara sospensjoni ta’ 106 ċelloli għal kull ml mill-kultura u l-grupp(i) ta’ kontroll. Applika l-proċedura tal-PCR (is-sezzjoni III.4). Il-prodott tal-PCR tal-kultura għandu jkollu l-istess qies u ristrettiv ta’ l-analiżi ta’ l-enżimi ristrettiva (REA) bħal dak tal-kontroll pożittiv.

Ibridazzjoni florexxenti in-situ (FISH)

Ipprepara sospensjoni ta’ 106 ċelloli għal kull ml mill-kultura u l-grupp(i) ta’ kontroll. Applika l-proċedura FISH (van Beuningen et al, 1995) bil-primer OLI-1 PCR (Seal et al, 1993). Il-kultura għandha turi l-istess reazzjoni bħall-kontroll pożittiv.

Il-profilikar tal-proteina

Ċelloli sħaħ denaturati ta’ protejina jiġu separati bil-polyacrylamide gel electrophoresis - PAGE (Stead, 1992a).

Il-profilikar ta’ l-aċidu xaħmi (FAP)

Kabbar il-kultura u l-grupp ta’ kontroll pożittiv għal 48 siegħa f’temperatura ta’ 28 °C fuq trypticase soy agar u applika l-proċedura tal-FAP (Janse, 1991; Stead, 1992a; Stead, 1992b). Il-profil tal-kultura għandu jkun identiku għal dak tal-kontroll pożittiv. Taħt il-kondizzjonijiet speċifikati, l-aċidi xaħmija karatteristiċi jkunu 14:0 3OH, 16:0 2OH, 16:1 2OH u 18:1 2OH.

4.2. Karatterizzazzjoni tal-grupp

Il-karatterizzazzjoni tal-grupp hija diskrezzjonali iżda rakkomandabbli għal kull każ ġdid li juża minn ta’ linqas wieħed minn dawn li ġejjin:-

Id-determinazzjoni tal-biovar

| Biovar |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

Utilizzazzjoni ta’: | | | | | |

— maltosju | - | + | + | - | + |

— laktosju | - | + | + | - | + |

— ċellobiosju | - | + | + | - | + |

— mannitol | - | - | + | + | + |

— sorbitol | - | - | + | + | - |

— dulċitol | - | - | + | + | - |

| biovar 2 | biovar 2-A | biovar 2-T |

Utilizzazzjoni ta’ trehalose | - | + | + |

Utilizzazzjoni ta’ inositol | + | - | + |

Utilizzazzjoni ta’ D-ribose | - | - | + |

Attività pektolitika | baxxa | baxxa | għolja |

Id-determinazzjoni tar-razza

| [1]Razza |

1 | 2 | 3 |

Reazzjoni fil-: | | | |

— pjanti tat-tadam/brinġiel | titbiel | l-ebda reazzjoni | titbiel |

— Pjanti tat-tabakk | titbiel | l-ebda reazzjoni | l-ebda reazzjoni |

— Weraq tat-tabakk | nekrosi(48 siegħa) utitbiel (7—8 ijiem) | HR (12—24 siegħa) | klorożi (2—8 ijiem) |

Il-karatterizzazzjoni tar-razza bit-test tal-patoġeniċità jew b’dak ta’ l-ipersensittività tat-tabakk jistgħu ma jkunux wisq ta’ min jorbot fuqhom u għalhekk din tista’ tkun dedotta mill-biovar u l-ospitanti naturali ta’ l-oriġini.

Il-kultura tista’ tkun ukoll karatterizzata bil-:

It-teħid ta’ fingerprinting ġenomiku

Id-divrenzazzjoni molekulari tal-gruppi fil-kumpless Ralstonia solanacearum tista’ ssir bil-:

l-analiżi RFLP (Cook et al, 1989)

Sekwenza repetittiva tal-PCR REP-, ERIC- & BOX-PCR (Louws et al, 1995; Smith et al, 1995)

4.3. It-test tal-patoġeniċità

Dan it-test huwa għall-konferma tad-dianjosi tar-Ralstonia solanacearum u għall-estimi ta’ l-infettività tal-kulturi identifikati bħala Ralstonia solanacearum.

Ipprepara inokulu ta’ 106 ċelloli għal kull ml mill-kultura u mis-siltiet ta’ kontroll pożittiv. Inokula 5-10 pjanti tat-tadam jew tal-brinġiel li preferibbilment ikunu fit-tielet stadju ġenwin tal-werqa jew aktar qodma (is-sezzjoni III, 6.). Inkuba għal ġimagħtejn f’temperatura ta’ 22 °C-28 °C u f’umdità relattivament għolja billi xxarrabhom kuljum. Osserva għal xi titbil u/jew tidwir, klorożi, nuqqas ta’ żvilupp.

Iżola mill-pjanti sintomatiċi kif ġej:

- Neħħi sezzjoni taċ-ċelloli miz-zokk 2 ċm ’il fuq mill-punt ta’ l-inokulazzjoni.

- Farrak u ssospendi f’volum żgħir ta’ ilma distillat sterili jew f’50 mm ta’ fosfatiku bħala barriera. Imbagħad poġġi fuq pjanċa, inkuba, u ċċekkja għal kolonji tipiċi tar-Ralstonia solanacearum.

SEZZJONI III

ID-DETERMINAZZJONI U L-IDENTIFIKAZZJONI TAR-RALSTONIA SOLANACEARUM F’KAMPJUNI TAT-TUBERI TAL-PATATA

Nota:

Il-qies standard tal-kampjun huwa ta’ 200 tuberu. Iżda, il-proċedura tista’ tkun applikata konvenjentement għal kampjuni b’inqas minn 200 tuberu.

1. Il-preparazzjoni tal-kampjun għat-test

Nota:

Il-gerbubi ta’ l-estratt tal-patata li jinkiseb b’din il-proċedura jista’ jintuża wkoll għad-determinazzjoni tal-Clavibacter michiganensis subsp. sepedonicus.

Għażliet ta’ qabel it-test jekk ikunu kkunsidrati bħala ta’ użu:

(i) Inkuba l-kampjun f’temperatura ta’ bejn il-25-30 °C għal ġimgħatejn biex tinkoraġġixxi l-multiplikazzjoni tal-popolazzjonijiet baxxi tar-Ralstonia solanacearum.

(ii) Aħsel it-tuberi taħt l-ilma ġieri b’diżinfettanti u deterġenti addattati. Nixxef it-tuberi fl-arja.

1.1 Neħħi bi skalpell jew sikkina tal-ħaxix nodfa u ddiżinfettati, il-ġilda tat-tarf ta’ l-għarqub tat-tuberu biex iċ-ċelloli vaskulari jkunu jidhru. B’attenzjoni aqta’ biċċa qalba konikali żgħira (b’dijametru ta’ 3-5 mm) taċ-ċellola vaskulari fit-tarf ta’ l-għarqub. Żomm l-ammont taċ-ċellola mhux-vaskulari kemm jista’ jkun fl-iżgħar limitu possibbli. Ipproċessa kull wieħed mit-tuberi fil-kampjun.

Nota:

Eżami viżwali tat-tuberi (is-Sezzjoni II.1) jista’ jsir f’dan l-istadju. Warrab kwalunkwe tuberu b’sintomi jew taħsir sever u ttestja separatament (is-sezzjoni II).

1.2 Iġbor t-truf tal-għarqub f’kontenitur magħluq. Preferibilment, it-trufijiet ta’ l-għarqub għandhom ikunu pproċessati mill-ewwel. Jekk dan ma jkunx possibbli, aħżinhom għal mhux aktar minn 24 siegħa jew, f’temperatura ta’ 4 °C, għal mhux aktar minn 72 siegħa.

1.3 Ipproċessa t-truf ta’ l-għarqub b’waħda minn dawn il-proċeduri:

(i) Ittrasferixxi t-truf ta’ l-għarqub f’kontenitur addattat.

Żid volum suffiċjenti ta’ barriera ta’ maċerazzjoni (l-Appendiċi 2) biex tgħatti t-truf ta’ l-għarqub.

Farrak it-truf ta’ l-għarqub f’Waring Blender jew permezz ta’ Ultra Thurrax sakemm tkun għadha kif inkisbet l-omoġenizzazzjoni kompleta. Evita l-omoġenizzazzjoni eċċessiva.

Ħalli l-maċerat jgħum għal 15-30-il minuta.

(ii) Ittrasferixxi t-truf ta’ l-għarqub f’kontenitur addattat.

Żid volum suffiċjenti ta’ barriera ta’ maċerazzjoni biex tgħatti t-truf ta’ l-għarqub.

Poġġi l-kontenitur fuq rotary shaker.

Inkuba għal bejn 50-100 rpm għal 4 sigħat f’temperatura ta’ 20 °C-22 °C jew bejn 16-24 siegħa f’4 °C.

(iii) Ittrasferixxi t-truf ta’ l-għarqub f’borża ta’ maċerazzjoni b’saħħitha u li tużaha darba biss (e.g. borża tat-tip Stomacher b’qisien 105 mm × 150 mm, radjazzjoni sterili).

Farrak it-truf ta’ l-għarqub b’attenzjoni b’għodda addatta, e.ż. martell, sakemm tinkiseb l-omoġenizzazzjoni kompleta.

Żid volum suffiċjenti ta’ barriera ta’ maċerazzjoni biex tgħatti t-truf ta’ l-għarqub.

Ħalli l-maċerat joqgħod għal 15-30-il minuta.

1.4 Estratta l-batterji mit-truf ta’ l-għarqub ipproċessati b’waħda minn dawn il-proċeduri li ġejjin:

(i) Ferragħ il-maċerat bil-mod f’tubu ta’ ċentrifugu waqt li tħalli l-fdalijiet f’kontenitur jew f’borża. Jekk il-maċerat imferragħ ikun imsaħħab, iċċentrifuga f’mhux aktar minn 180 g għal 10 minuti f’temperatura taħt il-10 °C.

Iċċentrifuga l-maċerat imferragħ, jew is-supernatant mill-ewwel stadju taċ-ċentifugazzjoni, f’7000 g għal 15-il minuta jew f’10000 g għal 10 minuti f’temperatura taħt il-10 °C.

Armi s-supernatant mingħajr ma tiddisturba l-gerbubi.

(ii) Iffiltra l-maċerat permezz ta’ sistema ta’ filtrazzjoni b’qies ta’ pori ta’ 40-100μm. Qawwi l-filtrazzjoni bl-użu ta’ pompa tal-vakum.

Iġbor il-filtrat f’tubu ta’ ċentrifugu.

Aħsel il-filtru bil-barriera tal-maċerazzjoni.

Iċċentrifuga l-filtrat f’7000 g għal 15-il minuta jew f’10000 g għal 10 minuti f’temperatura taħt l-10 °C.

Warrab is-supernatant mingħajr ma tiddisturba l-gerbubi.

1.5 Issospendi għal darb’oħra l-gerbubi fil-barriera tal-gerbubi ta’ 1 ml (l-Appendiċi 2).

Aqsam f’żewġ partijiet egwali u ttrasferixxi kull parti għal ġo ċilindru żgħir tal-ħġieġ.

Uża ċilindru żgħir tal-ħġieġ wieħed għall-ittestjar. Ikkonserva l-bqija ta’ l-estratt f’temperatura ta’ 4 °C matul it-test.

Żid 10-25 % (v/v) ta’ gliċerol sterili mal-mini-ċilindru l-ieħor. Vortex. Aħżen f’temperatura ta’ - 18 °C (ġimgħat) jew f’temperatura ta’ - 70 °C (xhur).

2. It-test IF

Uża l-antiserum għar-Ralstonia solanacearum, preferibbilment għal razza 3/biovar 2. Stabbilixxi t-titru fuq sospensjoni ta’ 106 ċelloli għal kull ml mill-grupp omoloġeju tar-Ralstonia solanacearum b’diluzzjoni addattata tal-konjugat ta’ l-isothiocyanate (FITC), skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-fabbrikant. L-antiserum mhux misjur għandu jkollu titru ta’ IF ta’ mill-inqas 1:2000.

Uża multiwell slides tal-mikroskopju preferibbilment b’10 twieqi ta’ mill-inqas 6 mm ta’ dijametru.

Inkludi kontroll ta’ konjugat tal-FITC fuq kull ħġieġa tat-test. It-test għandu jiġi ripetut b’kontroll ta’ PBS inkluż jekk xi ċellola pożittiva tkun ġiet osservata fil-kontroll FITC.

Ipprepara l-ħġieġ tal-kontroll pożittiv separati b’sospensjoni ta’ 106 ċelloli għal kull ml minn grupp tar-razza/biovar addattata tar-Ralstonia solanacearum. Uża ħġieġa waħda f’kull sett ta’ testijiet.

2.1 Ipprepara l-ħġieġ tat-test b’waħda minn dawn il-proċeduri li ġejjin:

(i) għal gerbubi bi ftit lamtu relattiv:

Bil-pipetta kejjel volum standard (15 μl huwa adatt għal tieqa b’dijametru ta’ 6 mm - żid il-volum għal twieqi akbar) tal-gerbubi sospiżi mill-ġdid fuq filliera ta’ twieqi. Il-filliera li jibqa’ tista’ tintuża bħala duplikat jew għat-tieni kampjun kif ippreżentat fil-Figura 1.

(ii) Għal gerbubi l-oħrajn:

Ipprepara diluzzjonijiet deċimali, viz. 1/10, 1/100 u 1/1000 tal-gerbubi sospiżi mill-ġdid fil-barriera tal-gerbubi. Bil-pipetta kejjel volum standard (15 μl huwa suffiċjenti għal tieqa b’dijametru ta’ 6 mm - żid il-volum għal twieqi akbar) tal-gerbubi sospiżi mill-ġdid u kull diluzzjoni fuq filliera ta’ twieqi. Il-filliera li jifdal tista’ tintuża bħala duplikat jew għal tieni kampjun kif ippreżentat fil-Figura 2.

2.2 Ħalli l-qtar jinxfu. Waħħal iċ-ċelloli tal-batterja mal-ħġieġa jew bis-sħana, jew fuq fjamma jew ma’ 95 % ethanol.

2.3 Il-proċedura IF

(i) Skond il-preparazzjoni tal-ħġieġa tat-test fi 2.1 (i):

Ipprepara sett ta’ diluzzjonijiet doppji ta’ l-antiserum fil-barriera IF (l-Appendiċi 3):

¼ tat-titru (T/4), ½ tat-tiru (T/2), it-titru (T) u d-doppju tat-tritu (2T).

(ii) Skond il-preparazzjoni tal-ħġieġa tat-test fi 2.1 (ii):

Ipprepara d-diluzzjoni tat-tħaddim (WD) ta’ l-antiserum fil-barriera IF. Id-diluzzjoni tat-tħaddim hija dik ta’ l-antiserum bl-aħjar speċifiċità u normalment tkun in-nofs tat-titru.

+++++ TIFF +++++

Figura 1Preparazzjoni tal-ħġieġa tat-test skond il-2.1 (i) u 2.3 (i)

+++++ TIFF +++++

Figura 2Preparazzjoni tal-ħġieġa tat-test skond il-2.1 (ii) u 2.3 (ii)

2.3.1 Irranġa l-ħġieġ fuq karta strazza mxarrba.

Għatti t-twieqi tat-test bid-diluzzjoni(jiet) ta’ l-antiserum. Applika l-PBS fuq it-twieqi tal-FITC. Il-volum ta’ l-antiserum applikat fuq it-twieqi għandu jkun ekwivalenti għall-volum ta’ l-estratt applikat.

2.3.2 Inkuba taħt għatu għal 30 minuta f’temperatura ambjentali.

2.3.3 Ħawwad il-qtar ta’ l-antiserum lil hinn mil-ħġieġa u laħlaħ il-ħġieġ b’attenzjoni bil-barriera tal-IF. Aħsel għal ħames minuti fil-IF barriera-Tween u wara għal ħames minuti fil-barriera ta’ l-IF (l-Appendiċi 3). Neħħi b’attenzjoni l-umdità żejda.

2.3.4 Irranġa l-ħġieġ fuq karta strazza niedja. Għatti t-twieqi tat-test u t-tieqa tal-FITC bid-diluzzjoni tal-konjugat tal-FITC użat sabiex jistabbilixxi t-titru. Il-volum tal-konjugat applikat fuq it-twieqi għandu jkun identiku għall-volum ta’ l-antiserum applikat.

2.3.5 Inkuba taħt għatu għal 30 minuta f’temperatura ambjentali.

2.3.6 Ħawwad il-qtar tal-konjugat lil hinn mil-ħġieġa. Laħlaħ u aħsel bħal qabel (2.3.3). Neħħi b’attenzjoni l-umdità żejda.

2.3.7 Bil-pipetta itfa’ 5-10 μl 0,1 M ta’ fosfat tal-gliċerina bil-barriera (phosphate-buffered glycerol) (l-Appendiċi 3) jew montant ieħor fuq kull tieqa u applika l-ħġieġa ta’ l-għatu.

2.4 Il-qari tat-test IF

Eżamina l-ħġieġ tat-test taħt mikroskopju epiflorexxenti b’filtri addatti għall-eċċitazzjoni ta’ l-FITC, taħt immersjoni taż-żejt b’magnifikazzjoni ta’ bejn 500-1000. Skannja t-twieqi tul żewġ dijametri f’angoli perpendikulari u madwar il-perimetru.

Ivverifika l-ewwel ħġieġa ta’ kontroll pożittiv. Iċ-ċelloli għandhom ikunu ċari u florexxenti u kompletament imtabbgħin. Nota: It-test għandu jkun ripetut jekk it-tbajja’ jkunu jiddefferixxu mit-tip normali.

Aqra l-ħġieġ tat-test. L-ewwel osserva għal xi nuqqas taċ-ċelloli ta’ florexxenza fit-twieqi tal-kontroll ta’ l-FITC. Iċ-ċelloli florexxenti fil-kontroll ta’ l-FITC jindikaw irbit mhux speċifiku tal-konjugat, awtoflorexxenza jew kontaminazzjoni: Nota: Irrepeti t-test jekk ikun osservat dan.

Osserva għal ċelloli ċari florexxenti b’morfoloġija karatteristika tar-Ralstonia solanacearum fit-twieqi tat-test. L-intensità tal-florexxenza għandha tkun ekwivalenti għall-grupp ta’ kontroll pożittiv fl-istess diluzzjoni ta’ l-antiserum. Ċelloli bi tbajja’ mhux kompluti jew bi florexxenza dgħajfa għandhom jiġu skartati, kemm-il darba jkun hemm ħafna ċelloli (ara l-interpretazzjoni tar-riżultat tat-test IF).

L-interpretazzjoni tar-riżultat tat-test IF:

(i) Jekk ma jinstabux ċelloli ċari florexxenti b’morfoloġija karatteristika, mela t-test IF huwa wieħed negattiv.

(ii) Jekk jinstabu ċelloli ċari u florexxenti b’morfoloġija karatteristika, mela stabbilixxi n-numru medju ta’ ċelloli għal kull qasam tal-mikroskopju u kkalkola n-numru ta’ ċelloli (N) għal kull ml ta’ gerbubi sospiżi mill-ġdid (l-Appendiċi 4).

Popolazzjoni ta’ madwar 103 ċelloli għal kull ml ta’ gerbubi sospiżi mill-ġdid huwa kkunsidrat bħala l-limitu ta’ sejbien għat-test IF,

- għal kampjuni b’N > 103 ċelloli għal kull ml ta’ gerbubi sospiżi mill-ġdid, it-test IF huwa meqjus bħala pożittiv,

- għal kampjuni b’N > 103 ċelloli għal kull ml ta’ gerbubi sospiżi mill-ġdid, it-test IF jista’ jkun meqjus bħala pożittiv.

(iii) Jekk numru kbir (> 105 ċelloli għal kull ml) ta’ ċelloli florexxenti mhux kompleti jew dgħajfa jkunu jidhru fit-titru ta’ l-antiserum, għandu jsir it-tieni test:

- jew test ibbażat fuq prinċipju bioloġiku differenti, jew

- jiġi ripetut it-test IF, jew bit-tieni antiserum jew b’diluzzjoni għaxar darbiet aktar tal-biċċiet żgħar.

3. It-test ELISA

Ibbażat fuq Robinson-Smith et al., 1995

Uża l-antiserum għar-Ralstonia solanacearum, preferibbilment għar-razza 3/biovar 2. Stabbilixxi t-titru fuq sospensjoni ta’ 106 cells għal kull ml minn grupp omoloġeju tar-Ralstonia solanacearum.

L-użu tal-pjanċi NUNC-Polysorb microtitre huwa rakkomandat.

Inkludi kontroll ta’ l-estratt negattiv tal-patata u wieħed ta’ phosphate buffered saline (PBS).

Uża sospensjoni ta’ > 106 ċelloli għal kull ml minn grupp tar-razza/biovar addattata tar-Ralstonia solanacearum bħala l-kontroll pożittiv. Ittestja f’manjiera identika bħall-kampjun(i) iżda separati sewwa mill-kampjuni li jkunu fuq il-pjanċa mikrotitra.

3.1 Bil-pipetta itfa’ 100-200 μl tal-gerbubi sospiżi mill-ġdid f’tubu żgħir tal-ħġieġ.

Saħħan għal 4 minuti f’temperatura ta’ 100 °C. Neħħi l-mikro-tubu u poġġi fuq is-silġ.

3.2 Żid volum egwali ta’ carbonate coating buffer ta’ saħħa doppja (l-Appendiċi 5). Vortex.

3.3 Applika 100 μl alikwoti għal kull wieħed ta’ minn ta’ l-inqas żewġ qigħat tal-pjanċa mikrotitra. Inkuba għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C jew matul il-lejl f’4 °C.

3.4 Neħħi l-estratti minn ġol-qigħat. Aħsel il-qigħat tliet darbiet bil-PBS-Tween (l-Appendiċi 5), waqt li tħalli l-aħħar soluzzjoni tal-ħasil fil-qigħat għal minn ta’ l-inqas ħames minuti.

3.5 Ipprepara d-diluzzjoni adatta ta’ l-antiserum tar-Ralstonia solanacearum f’barriera ta’ l-ibblokkar (l-Appendiċi 5). Applika 100 μl tad-diluzzjoni ta’ l-antiserum għal ġol-qigħat.

Inkuba għal siegħa f’37 °C.

3.6 Neħħi l-antiserum minn ġol-qigħat. Aħsel il-qigħat bħal qabel (3.4).

3.7 Ħejji d-diluzzjoni adatta tal-konjugat tal-fosfatase ta’ l-alkalina fil-barriera ta’ l-ibblokkar. Applika 100 μl tad-diluzzjoni tal-konjugat fil-qigħat.

Inkuba għal siegħa f’37 °C.

3.8 Neħħi l-konjugat mill-qigħat. Aħsel il-qigħat bħal qabel (3.4 u 3.6).

3.9 Ħejji s-soluzzjoni tas-substrata tal-fosfatase ta’ l-alkalina (l-Appendiċi 5). Applika 100 μl għal ġol-qigħat. Inkuba bejn 30 minuta sa siegħa fid-dlam f’temperatura ambjentali.

3.10 Aqra l-assorbità f’409 nm.

L-interpretazzjoni tat-test ELISA:

It-test ELISA jkun negattiv jekk id-densità ottika (OD) tal-kampjun tkun 2 × OD tal-kontroll negattiv.

It-test ELISA jkun posittiv jekk id-densità ottika (OD) tal-kampjun tkun 2 × OD tal-kontroll negattiv.

4. It-test PCR

Ibbażat fuq Seal et al., 1993

Nota:

Matul l-istadji kollha tal-preparazzjoni tal-kampjun għandhom jintużaw ponot tal-pipetta bil-filtru magħhom u manipulazzjonijiet oħra li jinvolvu l-PCR.

Ħejji sospensjoni ta’ 106 cellola għal kull ml minn grupp ta’ razza 3/biovar 2 tar-Ralstonia solanacearum bħala l-kontroll pożittiv. Ittestja f’manjiera identika bħall-kampjun(i).

4.1 Bil-pipetta itfa’ 100 μl tal-gerbubi sospiżi mill-ġdid f’mikro-tubu.

Alternattivament, ittrasferixxi 90 μl tal-gerbubi sospiżi mill-ġdid għal ġo mikro-tubu li jkollu 10 μl ta’ 0,5M NaOH. Ħawwad billi ripetutament taqleb il-mikro-tubu.

4.2 Saħħan għal erba’ minuti f’100 °C. Neħħi t-tubu u għamlu minnufih fuq is-silġ.

4.3 Ħejji minn ta’ l-inqas żewġ diluzzjonijiet deċimali, e.g. 1/10 u 1/100 jew aktar, jekk ikun ikkunsidrat bħala ta’ użu, f’ilma distillat sterili jew ultra pur (UPW).

4.4 Ħejji t-taħlita tar-reazzjoni PCR (l-Appendiċi 6) f’tubu sterili billi żżid il-komponenti li ġejjin fl-ordni li ġejja:

Għal volum ta’ reazzjoni ta’ 50 el:

Komponent | Kwantità | Konċentrazzjonifinali |

Ilma distillat sterili jew ultra pur | 30,8 el—33,8 μl | |

10×PCR Barriera | 5,0 μl | 1× |

d-ATP | 1,0 μl | 0,2 mM |

d-CTP | 1,0 μl | 0,2 mM |

d-GTP | 1,0 μl | 0,2 mM |

d-TTP | 1,0 μl | 0,2 mM |

Primer OLI-1 (20 eM) | 2,5 μl | 1 μM |

Primer Y-2 (20 eM) | 2,5 μl | 1 μM |

Taq polymerase (5U/el) | 0,2 μl | 1,0 U |

Volum totali | 45 μl—48 μl | |

Għal aktar reazzjonijiet:

Ikkalkola l-kwantità ta’ kull komponent għan-numru tar-reazzjonijiet meħtieġa.

Ħallat il-komponenti u ttrasferixxi 45 μl-48 μl tat-taħlita f’tubi sterili PCR.

Żomm it-tubi bit-taħlita tar-reazzjoni PCR fuq is-silġ.

Għal volumi ta’ reazzjoni ta’ 25 μl:

Naqqas il-komponenti kif suppost.

4.5 L-amplifikazzjoni PCR

4.5.1 Voluntarja: Iċċentrifuga b’taħbit regolari t-tubi bil-kampjun jagħli u l-kontroll pożittiv.

Żid, fl-ordni speċifikata, 2-5 μl tal-kampjun(i), kontroll ta’ l-ilma u kontroll pożittiv ġot-tubi li jkun hemm fihom it-taħlita tar-reazzjoni PCR. Poġġi t-tubi fil-blokka tas-sħana tad-DNA thermal cycler.

4.5.2 Ħaddem dan il-programm li ġej:

Ċiklu wieħed ta’:

(i) 2 minuti f’96 °C : denaturazzjoni tal-mudell

50 ċiklu ta’

(ii) 20 sekonda f’94 °C : denaturazzjoni

(iii) 20 sekonda fi 68 °C : tagħti t-tempra lill-primers

(iv) 30 sekonda fi 72 °C : estensjoni tal-kopja

Ċiklu ta’:

(v) 10 minuti fi 72 °C : aktar estensjoni

Ċiklu ta’:

(vi) żomm f’4 °C

Nota:

Dawn il-parametri huma għal Perkin Elmer 9600. Ċikli termali oħra jistgħu jkunu jeħtieġu kisja ta’ żejt minerali fit-tubi tar-reazzjoni PCR u/jew modifikazzjoni ta’ kemm idumu l-istadji (ii), (iii) u (iv) fil-profil ta’ l-amplifikazzjoni.

4.5.3 Neħħi t-tubi mit-thermal cycler. Analizza l-prodott PCR. Jekk ma jsirx mill-ewwel, aħżen it-tubi f’4 °C għall-użu fl-istess jum jew f’temperatura ta’ -18 °C għal perjodu itwal.

4.6 Analiżi tal-prodott PCR

Il-fdalijiet PCR jiġu identifikati bil-ġelettroferesi ta’ l-agarose u l-immarkar bl-ethidium bromide.

4.6.1 Ħejji ġelatina ta’ l-agarose addattata billi bil-mod twassal biex l-agarose jagħli fil-barriera tris-acetate-electrophoresis (TAE).

4.6.2 Kessaħ l-agarose maħlul f’temperatura ta’ bejn il-50-60 °C, ferragħ fil-forma ta’ l-unità ta’ l-elettroferiżi u daħħal il-moxt. Ħalli s-soluzzjoni ssir solida.

4.6.3 Neħħi l-moxt. Għarraq il-ġelatina fit-TAE biex tkun mgħottija (2-3 mm) bil-barriera.

4.6.4 Poġġi 3 μl taqtiriet ta’ loading buffer fuq il-parafilm. Żid 12μl tal-prodott tal-PCR jew mill-kampjuni, il-kontroll pożittiv jew inkella l-kontroll ta’ l-ilma u ħallat b’aspirazzjoni ġentili fil-ponta tal-pipetta qabel il-mili. Il-volumi mogħtija jistgħu jinbidlu biex ikunu konformi mal-kapaċità tal-qigħat fil-ġelatina ta’ l-agarose.

4.6.5 Imla b’attenzjoni l-qigħat tal-ġelatina. Inkludi għar-referenza marka ta’ DNA adatta f’minn ta’ l-inqas qiegħa waħda.

4.6.6 Orbot il-wires mas-sistema tad-dawl u mat-tagħmir ta’ l-elettrofereżi. Mexxi l-ġelatina għal 5-8 V/cm sakemm il-parti ta’ quddiem tat-tracking indicator tkun f’mhux aktar minn 1 ċm ’il bogħod mit-tarf tal-ġelatina.

4.6.7 Itfi l-kurrent. Iddiskonnettja l-wires mill-unità ta’ l-elettrofereżi.

B’attenzjoni neħħi l-ġelatina. Għarraq f’soluzzjoni ta’ ethidium bromide għal 30-45 minuta.

Nota:

Ilbes ingwanti disposable il-ħin kollu meta tuża l-ethidium bromide li huwa mutaġenu qawwi ħafna!

4.6.8 Żomm fl-ilma distillat għal 10-15-il minuta.

4.6.9 Agħmel il-fdal(ijiet) tad-DNA mkabbra viżibbli bi transilluminazzjoni ta’ UV. Il-prodott tal-PCR tar-Ralstonia solanacearum bil-primer issettjat OLI-1 u Y-2 huwa twil 288 bp. Iċċekkja kontra l-marker tad-DNA u kontra l-kontroll pożittiv.

Nota:

Il-kontroll ta’ l-ilma għandu jkun negattiv f’kull każ. Jekk ikun pożittiv, irrepeti t-test.

4.6.10 Ħu ritratt tal-ġelatina jekk ikun rekord permanenti tkun meħtieġa.

4.6.11 Ikkonferma l-awtentiċità tal-fdal imkabbar bl-analiżi ta’ l-enżima ta’ ristrezzjoni (REA).

4.7 L-Analiżi ta’ l-Enżima ta’ Restrizzjoni (REA)

4.7.1 Ittrasferixxi 8,5μl mill-prodott tal-PCR (4.5.3) għal ġo mikro-tubu ġdid. Żid1 μl ta’ 10 × barriera ta’ l-enżima u 0,5 μl ta’ l-enżima ta’ restrizzjoni Ava II.

4.7.2 Ħawwad b’aspirazzjoni bil-mod fil-ponta tal-pipetta. Jekk jibqgħu xi qtar fuq il-ħitan tat-tubu, iċċentrifuga b’taħbit regolari f’mikroċentrifugu. Inkuba għal siegħa f’37 °C.

4.7.3 Analizza l-fdal tal-PCR iddiġerit bl-elettrofereżi ta’ l-agarose bħal qabel (4.6).

L-interpretazzjoni tar-riżultat tat-test PCR:

It-test PCR ikun negattiv jekk il-fdal karatteristiku 288 bp ma jinstabx u l-fdal jinstab għall-grupp ta’ kontroll pożittiv tar-Ralstonia solanacearum.

It-test tal-PCR ikun pożittiv jekk il-framment 288 bp jinstab u l-analiżi REA tal-fdal amplifikat tkun identika mal-grupp ta’ kontroll pożittiv tar-Ralstonia solanacearum.

5. It-test tal-kisi selettiv

Ibbażat fuq Elphinstone et al., 1996

5.1 Agħmel it-test b’teknika addattata ta’ kisi ta’ diluzzjoni, e.g.:

(i) Ipprepara minn ta’ l-inqas żewġ diluzzjonijiet deċimali, viz. 1/10 u 1/100 jew aktar, jekk ikun ikkunsidrat ta’ użu, tal-gerbubi sospiżi mill-ġdid f’barriera tal-gerbubi. Bil-pipetta kejjel volum standard (50-100 μl) tal-gerbubi sospiżi mill-ġdid u kull diluzzjoni fuq medja selettiva tas-SMSA modifikata (l-Appendiċi 7) u ifrex b’virga tal-ħġieġ fuq il-wiċċ kollu tal-medja.

Jekk ikun meqjus ta’ użu, agħmel ukoll strixxa ta’ diluzzjoni ta’ 10 μl bil-gerbubi sospiżi mill-ġdid. Poġġi fuq fjamma l-ingassa bejn l-istrixxi.

(ii) Ittrasferixxi volum standard imkejjel (50-100 μl) ta’ gerbubi sospiżi mill-ġdid fuq medja selettiva ta’ SMSA modifikata u ifrex b’virga tal-ħġieġ fuq il-wiċċ kollu tal-medja. Mexxi l-virga f’linja dritta mingħajr nar fuq minn ta’ l-inqas żewġ pjanċi ta’ SMSA modifikata.

5.2 Applika, bl-istess teknika tal-kisi tad-diluzzjoni, sospensjoni ta’ 106 ċelloli għal kull ml minn grupp infettiv tar-razza 3/biovar 2 tar-Ralstonia solanacearum bħala kontroll pożittiv fuq sett ta’ pjanċi separati ta’ SMSA modifikata.

5.3 Inkuba l-pjanċi fi 28 °C. Ibda aqra l-pjanċi wara tlett ijiem. Jekk negattiv, inkuba għal sitt ijiem. Kolonji ta’ fdalijiet infettivi tar-Ralstonia solanacearum ikunu bojod lewn il-ħalib, ċatti, irregolari u fluwidali b’kolorazzjoni ħamranija lewn id-demm fiċ-ċentru u juru strixxi jew ċrieki interni.

5.4 Ippurifika l-kolonji b’morfoloġija karatteristika bis-subkulturament fuq medja ta’ nutrijent ġenerali (l-Appendiċi 1).

5.5 Identifika kulturi puri (is-sezzjoni II, 4.1) u kkonferma l-kulturi tar-Ralstonia solanacearum b’test tal-patoġeniċità (is-sezzjoni II, 4.3).

L-interpretazzjoni tar-riżultat tat-test tal-kisi selettiv:

It-test tal-kisi selettiv ikun wieħed negattiv jekk l-ebda kolonji ta’ batterji ma jkunu ġew iżolati wara sitt ijiem jew jekk l-ebda kolonji karatteristiċi tar-Ralstonia solanacearum ma jkunu ġew iżolati, sakemm ma tkunx ġiet suspettata l-ebda inibizzjoni minn kolonji ta’ batterja oħra u li l-kolonji karatteristiċi tar-Ralstonia solanacearum ikunu nstabu fil-kontrolli pożittivi.

It-test tal-kisi selettiv ikun wieħed pożittiv jekk kolonji karatteristiċi tar-Ralstonia solanacearum ikunu ġew iżolati.

6. It-test tal-bioassay

Ibbażat fuq Janse, 1988.

6.1 Uża 10 pjanti tat-test taż-żriegħ suxxettibbli tat-tadam jew tal-brinġiel li jkunu fit-tielet stadju veru tal-weraq għal kull kampjun. Issaqqix il-pjanti tat-test għal 24 siegħa qabel l-inokulazzjoni.

6.2 Ifrex 100 μl ta’ gerbubi sospiżi mill-ġdid bejn il-pjanti tat-test. Inokula fiz-zokk bejn il-kotiledoni u f’post ieħor jew aktar.

6.3 Inokula, bl-istess teknika, 10 żerrigħat b’sospensjoni ta’ 106 ċelloli għal kull ml minn grupp infettiv ta’ biovar 2/razza 3 tar-Ralstonia solanacearum bħala l-kontroll pożittiv u bil-barriera tal-gerbubi bħala l-kontroll negattiv. Issepara l-pjanti tal-kontroll pożittiv mill-pjanti l-oħra biex tkun evitata kontro-kontaminazzjoni.

6.4 Kabbar aktar il-pjanti tat-test għal erba’ ġimgħat f’temperatura ta’ bejn it-22 °C-28 °C u f’umdità relattivament għolja b’tisqija kuljum. Osserva għal tgħawwiġ, epinażità, klorożi u/jew nuqqas ta’ tkabbir.

6.5 Iżola minn pjanti infettati (is-sezzjoni II). Identifika kulturi puri b’morfoloġija karatteristika (is-sezzjoni II.4.1) u kkonferma l-kulturi tar-Ralstonia solanacearum b’test tal-patoġeniċità (is-sezzjoni II.4.3).

6.6 Jekk ikun meqjus ta’ użu, ivverifika n-nuqqas ta’ infezzjoni fil-gruppi tal-pjanti tat-test li juru indikazzjoni ta’ l-infezzjoni. Neħħi minn kull pjanta tat-test sezzjoni taz-zokk ta’ 1 ċm, minn 2 ċm ’il fuq mill-punt ta’ l-inokulazzjoni. B’dana kollu omoġenizza ċ-ċelloli f’barriera ta’ maċerazzjoni. Agħmel kisi tad-diluzzjoni (is-sezzjoni III.5.1). Jekk pożittiv, identifika kulturi puri b’morfoloġija karatteristika (is-sezzjoni II.4.1) u kkonferma l-kulturi tar-Ralstonia solanacearum bit-test tal-patoġeniċità (is-sezzjoni II.4.3).

L-interpretazzjoni tar-riżultat tat-test tal-bioassay:

It-test tal-bioassay ikun wieħed negattiv jekk il-pjanti tat-test ma jkunux infettati bir-Ralstonia solanacearum, u sakemm ir-Ralstonia solanacearum tkun indentifikata fil-kontrolli pożittivi.

It-test tal-bioassay ikun wieħed pożittiv jekk il-pjanti tat-test ikunu infettati bir-Ralstonia solanacearum.

7. It-testijiet ta’ l-arrikkiment

Ibbażati fuq Elphinstone et al., 1996

7.1 Ittrasferixxi 100 μl tal-gerbubi sospiżi mill-ġdid fi 3ml ta’ likwidu ta’ SMSA modifikat (l-Appendiċi 7).

7.2 Inkuba għal 48 siegħa, u f’kull każ għal mhux aktar minn 72 siegħa, fi 28 °C bit-tapp tat-tubu jkun imdaħħal b’mod ħafif biex jippermetti l-arja.

7.3 Issikka t-tapp u għamel il-vortex. Alikwot għat-test IF (din is-sezzjoni, 2.), it-test ELISA (din is-sezzjoni, 3.) u/jew it-test PCR (din is-sezzjoni, 4.).

8. It-test tal-patoġeniċità

Irreferi għas-Sezzjoni II.4.3.

[1] Ir-razza 4 (patoġeniċità fuq il-ġinġer u ftit ospitanti oħra) u r-razza 5 (patoġeniċità fuq iċ-ċawsli biss) mhumiex inklużi.

--------------------------------------------------

ANNESS III

1. Għal kull preżenza suspettata li għaliha jkun ġie identifikat riżultat pożittiv fit-test(ijiet) ta’ l-iscreening skond, għall-materjal tal-pjanti msemmija, tal-metodu relevanti stabbilit fl-Anness II jew, fil-każi l-oħrajn kollha, kwalunkwe metodu ieħor approvat uffiċjalment, u l-konferma jew ir-rifjut bit-tkomplija tal-metodu msemmi tkun mistennija, għandu jkun hemm iż-żamma u l-konservazzjoni addattata tal-:

- kull meta jkun possibbli, il-lott, jew parti minnu (li minnu l-kampjun ikun ittieħed) fl-ippakkjar oriġinali bit-tikketta,

- kull meta jkun possibbli, il-parti li tibqa’ tal-kampjun,

- kwalunkwe estratt li jifdal u l-materjal addizzjonali ppreparat għat-test(ijiet) ta’ l-iscreening e.g. il-ħġieġa ta’ l-immunoflorexxenza, u,

- id-dokumentazzjoni kollha relevanti, sakemm ikun hemm it-tkomplija tal-metodu msemmi.

2. Fil-każ ta’ konferma ta’ l-organiżmu, għandu jkun hemm iż-żamma u l-konservazzjoni xierqa tal-:

- il-materjal speċifikat fil-paragrafu 1, u

- il-kampjun tal-materjal infettat tat-tadama jew tal-brinġiela inokulati bit-tuberu jew bl-estratt tal-pjanta, meta xieraq, u

- il-koltura iżolata tal-organiżmu, sa minn ta’ l-inqas xahar wara l-proċedura tan-notifika permezz ta’ l-Artikolu 5(2).

--------------------------------------------------

ANNESS IV

L-elementi fl-investigazzjoni riferiti fl-Artikolu 5(1)(a)(i) għandhom jinkludu meta jkun relevanti:

(i) il-postijiet tal-produzzjoni,

- il-patata li qed tikber jew li kibret, li tkun relatata klonalment għal dik li tkun instabet li hija infettata bl-organiżmu,

- it-tadam li qed jikber jew li kiber li jkun mill-istess sors bħal dak li jinstab infettat bl-organiżmu,

- il-patata jew it-tadam li qed jikber jew li kiber, li jkun tpoġġa taħt kontroll uffiċjali minħabba l-preżenza suspettata ta’ l-organiżmu,

- il-patata li qed tikber jew li kibret, li tkun relatata klonalment għal dik li tkun tkabbret f’postijiet ta’ produzzjoni li jkunu nstabu infestati bl-organiżmu,

- il-patata jew it-tadam li qed jikbru u li jinstabu fil-viċinanzi tal-postijiet tal-produzzjoni infestati, inklużi dawk li jaqsmu bejniethom tagħmir u faċilitajiet direttament jew permezz ta’ kuntrattur komuni,

- l-użu ta’ l-ilma tal-wiċċ għall-irrigazzjoni jew għall-bexx minn kwalunkwe sors ikkonfermat jew issuspettat li jkun infestat bl-organiżmu,

- l-użu ta’ l-ilma tal-wiċċ għall-irrigazzjoni jew għall-bexx minn sorsi użati b’mod komuni ma’ postijiet tal-produzzjoni kkonfermati jew issuspettati li huma infestati bl-organiżmu,

- mgħarrqa bl-ilma tal-wiċċ ikkonfermat jew issuspettat li hu infestat bl-organiżmu; u,

(ii) l-ilma tal-wiċċ użat għall-irrigazzjoni jew għall-bexx ta’, jew li jkun għarraq l-għalqa (l-għelieqi) jew il-post(ijiet) tal-produzzjoni, ikkonfermati li huma infestati bl-organiżmu.

--------------------------------------------------

ANNESS V

1. L-elementi fid-determinazzjoni tal-limitu tal-kontaminazzjoni probabbli permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(iii) u 5(1)(ċ)(iii), għandhom jinkludu meta jkun relevanti:

- il-materjal tal-pjanti msemmija mkabbra f’post ta’ produzzjoni deskritt bħala kontaminat permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(ii),

- il-post(ijiet) tal-produzzjoni b’rabta mal-produzzjoni tal-materjal tal-pjanti msemmija deskritt(i) bħala kontaminati permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(ii), inklużi dawk li jaqsmu bejniethom it-tagħmir tal-produzzjoni u l-faċilitajiet direttament jew permezz ta’ kuntrattur komuni,

- il-materjal tal-pjanti msemmija prodotti fil-post(ijiet) tal-produzzjoni riferiti fil-vers ta’ qabel, jew preżenti f’dawn il-post(ijiet) tal-produzzjoni matul il-perjodu meta l-materjal tal-pjanti msemmija u deskritti bħala kontaminati permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(ii), kien preżenti fil-postijiet tal-produzzjoni riferiti fl-ewwel vers,

- imħażen li jimmaniġġjaw il-materjal tal-pjanti msemmija mill-postijiet tal-produzzjoni li ssemmew fuq,

- kwalunkwe makkinarju, vetturi, reċipjenti, imħażen, jew unitajiet ta’ dawn, u kwalunkwe oġġetti oħra inkluż il-materjal ta’ l-ippakkjar, li seta’ ġie f’kuntatt mal-materjal tal-pjanti msemmija u deskritti bħala kkontaminati permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(ii),

- kwalunkwe materjal tal-pjanti msemmija li ġew maħżuna, jew li ġew f’kuntatt ma’, kwalunkwe strutturi jew oġġetti elenkati fil-vers ta’ qabel, qabel ma jkun seħħ it-tindif u d-diżinfettar ta’ dawn l-istrutturi jew oġġetti,

- bħala riżultat ta’ l-investigazzjonijiet u l-ittestjar permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(i), fil-każ tal-patata, dawk it-tuberi jew il-pjanti b’relazzjoni klonali fraternali jew parentali mal-, u fil-każ tat-tadam, dawk il-pjanti bl-istess sors bħal, il-materjal tal-pjanta msemmija u deskritt bħala kkontaminat permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(ii) u li għalih, għalkemm dawn setgħu irriżultaw fin-negattiv għall-organiżmu, jidher li l-kontaminazzjoni tkun waħda probabbli permezz ta’ relazzjoni klonali,

- il-post(ijiet) tal-produzzjoni tal-materjal tal-pjanti msemmija riferiti fil-vers ta’ qabel,

- il-post(ijiet) tal-produzzjoni tal-materjal tal-pjanti msemmija li jużaw ilma għall-irrigazzjoni jew għall-bexx li ġie deskritt bħala kkontaminat permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(ċ)(ii),

- il-materjal tal-pjanti msemmija prodotti f’għelieqi mgħarrqa bl-ilma tal-wiċċ ikkonfermat li huwa infestat bl-organiżmu.

2. Id-determinazzjoni tal-firxa possibbli permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(iv) u 5(1)(ċ)(iii) għandha tinkludi:

(i) f’każi li jidħlu taħt l-Artikolu 5(1)(a)(iv), konsiderazzjoni ta’ dawn l-elementi li ġejjin,

- il-qrubija tal-postijiet oħrajn tal-produzzjoni li jkabbru l-materjal tal-pjanti msemmija,

- il-produzzjoni komuni u l-użu ta’ ħażniet tal-patata taż-żriegħ,

- il-postijiet tal-produzzjoni li jużaw ilma tal-wiċċ għall-irrigazzjoni jew għall-bexx tal-materjal tal-pjanti msemmija fil-każi meta jkun hemm jew kien hemm riskju ta’ ħarba ta’ l-ilma tal-wiċċ minn, jew għarqien ta’, post(ijiet) tal-produzzjoni deskritti bħala kkontaminati permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(ii);

(ii) fil-każi meta l-ilma tal-wiċċ ġie deskritt bħala kkontaminat permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(c)(ii):

- il-post(ijiet) tal-produzzjoni li jipproduċu l-materjal tal-pjanti msemmija li jinsabu maġenb, jew li huma f’riskju li jegħrqu bl-ilma tal-wiċċ deskritt bħala kkontaminat,

- kwalunkwe ħawt ta’ l-irrigazzjoni diskreta assoċjata ma’ l-ilma tal-wiċċ deskritt bħala kkontaminat.

3. Id-dettalji tan-notifika riferita fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2) għandhom jinkludu:

- id-data tar-rappurtaġġ tal-preżenza ssuspettata permezz ta’ l-Artikolu 4 u d-dati ta’ meta jkunu ttieħdu l-kampjuni u tal-konferma tal-preżenza ta’ l-organiżmu permezz ta’ l-Artikolu 5, meta jkun xieraq,

- id-deskrizzjoni ta’ l-elementi tal-kontaminazzjoni deskritta u d-demarkazzjoni taż-żona.

4. Id-dettalji tan-notifika addizzjonali riferita fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2) għandu jinkludi:

- għal kwalunkwe konsenja tal-patata jew tal-lott deskritt bħala kkontaminat, iċ-ċertifikati preskritti fl-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 77/93/KEE, in-numru tal-passaport jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-produtturi tal-patata, l-imħażen kollettivi u ċ-ċentri tad-dispaċċ, skond kif ikun xieraq,

- għal kwalunkwe konsenja tal-pjanti tat-tadam jew tal-lott deskritt bħala kkontaminat, iċ-ċertifikati preskritti fl-Artikoli 7 jew 8 tad-Direttiva 77/93/KEE u n-numru tal-passaport, b’konformità mal-lista li hemm fl-Anness V, il-Parti A, is-Sezzjoni I.2.2 tad-Direttiva 77/93/KEE,

- l-isem tal-varjetà u l-kategorija tal-ħażniet tal-patata taż-żriegħ, u meta jkun possibbli fil-każi l-oħrajn kollha,

- kwalunkwe informazzjoni oħra li għandha x’taqsam ma’ l-epidemija kkonfermata skond kif il-Kummissjoni tkun tesiġi.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

1. B’referenza għall-Artikolu 6(1) id-disposizzjonijiet għandhom ikunu:

- inċinerazzjoni, jew

- l-użu ta’ l-għalf għall-annimali wara trattament tas-sħana b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju li l-organiżmu jibqa’ jgħix, jew

- dfin fil-fond, f’sit ta’ disponiment li fih ma jkun hemm l-ebda riskju li dan jispiċċa f’art agrikola u jew ikun hemm kuntatt ma’ sorsi ta’ l-ilma li jistgħu jintużaw għall-irrigazzjoni ta’ l-art agrikola, jew

- il-proċessar industrijali permezz ta’ kuntatt dirett u t-tqassim immedjat għal impjant ta’ l-ipproċessar li jkollu l-faċilitajiet ta’ disponiment ta’ skart approvati uffiċjalment li jkunu konformi mad-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VII ta’ din id-Direttiva, jew

- miżuri oħrajn, sakemm ikun ġie stabbilit li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli tal-firxa tal-organiżmu; dawn il-miżuri għandhom ikunu nnotifikati immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

2. L-użu jew id-disponiment addattat tal-materjal tal-pjanti msemmija riferiti għalih fl-Artikolu 6(2), taħt il-kontroll tal-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i), b’komunikazzjoni xierqa bejn il-korpi uffiċjali responsabbli biex ikun assigurat il-ħin kollu tal-kontroll u l-approvazzjoni mill-korp uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat Membru fejn il-patata għandha tkun ippakkjata jew ipproċessata f’dak li għandhom x’jaqsmu l-faċilitajiet tad-disponiment ta’ l-iskart riferiti fl-ewwel u t-tieni vers, għandu jkun:

(i) Għat-tuberi tal-patata,

- l-użu bħala patata għall-bejgħ intiża għall-konsum u ppakkjata f’postijiet li jkollhom faċilitajiet addattati ta’ disponiment ta’ l-iskart, u lesta għat-tqassim dirett u l-użu mingħajr ippakkjar mill-ġdid, u intiża għal dan it-tqassim dirett u l-użu, jew

- l-użu bħala patata għall-bejgħ u intiża għall-ipproċessar industrijali, u intiża għat-tqassim dirett u immedjat għall-impjant ta’ l-ipproċessar li jkollu faċilitajiet addattati ta’ disponiment ta’ l-iskart, jew

- xi ftit użu jew disponiment ieħor, sakemm ikun ġie stabbilit li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli tal-firxa ta’ l-organiżmu, u suġġett għall-approvazzjoni tal-korpi uffiċjali responsabbli. Dawn il-miżuri għandhom ikunu nnotifikati minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

(ii) għall-partijiet l-oħra tal-pjanti inkluż iz-zokk u l-fdalijiet tal-faxxina,

- il-qerda, jew

- xi użu jew disponiment ieħor, sakemm ikun ġie stabbilit li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli tal-firxa ta’ l-organiżmu; dawn il-miżuri għandhom ikunu nnotifikati minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

3. Il-metodi adatti għad-dekontaminazzjoni ta’ l-oġġetti riferiti fl-Artikolu 6(3) għandhom ikunu t-tindif u, fejn xieraq, id-diżinfettar, b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju identifikabbli tal-firxa ta’ l-organiżmu, u għandhom ikunu applikati taħt is-sorveljanza tal-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri.

4. Din is-sensiela ta’ miżuri li għandhom ikunu implimentati mill-Istati Membri fi ħdan iż-żona(i) ddemarkat(i) stabbiliti taħt l-Artikolu 5(1)(a)(iv) u (ċ)(iii) u riferiti fl-Artikolu 6(4) għandhom jinkludu:

4.1. Fil-każi ta’ fejn il-postijiet tal-produzzjoni jkunu ġew iddikjarati bħala kkontaminati permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(ii):

(a) f’għalqa jew f’unità tal-produzzjoni ta’ l-uċuħ tar-raba’ protetta, iddikjarata bħala kkontaminata permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(ii), jew

(i) matul minn ta’ l-inqas l-erba’ snin tat-tkabbir wara l-kontaminazzjoni ddikjarata,

- għandhom jittieħdu miżuri biex ikunu eliminati pjanti volontarji tal-patata u tat-tadam kif ukoll pjanti ospitanti oħra ta’ l-organiżmu inkluż il-ħaxix solanaċeu, u

- dawn li ġejjin m’għandhomx ikunu kkultivati:

- tuberi jew pjanti tal-patata,

- pjanti u żerriegħa tat-tadam,

- billi tittieħed kunsiderazzjoni tal-bioloġija ta’ l-organiżmu,

- il-pjanti ospitanti l-oħrajn,

- il-pjanti ta’ l-ispeċi tal-Brassica, li għalihom ikun hemm riskju identifikabbli ta’ l-għixien ta’ l-organiżmu,

- l-uċuħ tar-raba’ li għalihom hemm riskju identifikabbli tal-firxa ta’ l-organizmu;

- fl-ewwel staġun tal-kultivazzjoni tal-patata jew tat-tadam wara l-perjodu speċifikat fil-vers ta’ qabel, u bil-kondizzjoni li l-għalqa tkun instabet ħielsa minn pjanti volontarji tal-patata u tat-tadam kif ukoll minn pjanti ospitanti oħrajn inkluż il-ħaxix solanin għal minn ta’ l-inqas is-sentejn konsekuttivi tal-kultivazzjoni qabel iż-żergħa,

- - fil-każ tal-patata, patata taż-żriegħ attestata uffiċjalment għandha tkun ikkultivata biss għall-produzzjoni tal-bejgħ u,

- għandu jsir stħarriġ uffiċjali inklużi testijiet, kif spjegat fid-dettal fl-Artikolu 2(1),

- fl-istaġun tal-kultivazzjoni tal-patata u tat-tadam wara dak imsemmi fil-vers ta’ qabel u wara ċiklu ta’ rotazzjoni xieraq, fil-każ ta’ patata taż-żriegħ attestata uffiċjalment, din għandha titkabbar jew għaż-żerriegħa jew għall-bejgħ, u fil-każ tal-patata u tat-tadam għandu jsir stħarriġ uffiċjali kif spjegat fid-dettal fl-Artikolu 2(1); jew

(ii) matul il-ħames snin tat-tkabbir wara dak tal-kontaminazzjoni ddikjarata,

- għandhom jittieħdu miżuri biex ikunu eliminati pjanti volontarji tal-patata u tat-tadam kif ukoll pjanti ospitanti oħrajn ta’ l-organiżmu inkluż il-ħaxix solanin, u

- l-għalqa għandha tkun stabbilita u miżmuma matul l-ewwel tliet snin jew, f’serħan jew, biċ-ċereali skond ir-riskju identifikat, jew, f’mergħa permanenti bi qtugħ frekwenti jew f’għalf intesiv jew, għall-ħaxix tal-produzzjoni taż-żriegħ, segwit minn kultivazzjoni fis-sentejn ta’ wara bi pjanti mhux ospitanti ta’ l-organiżmu li għalihom m’hemm l-ebda riskju identifikabbli ta’ l-għixien jew tal-firxa ta’ l-organiżmu,

- fl-ewwel staġun tat-tkabbir tal-patata u tat-tadam wara l-perjodu speċifikat fil-vers ta’ qabel,

- fil-każ tal-patata, patata taż-żriegħ attestata uffiċjalment għandha titkabbar jew għaż-żerriegħa jew għall-bejgħ,

u għandu jsir stħarriġ uffiċjali inkużi testijiet, kif spjegat fid-dettal fl-Artikolu 2(1);

(b) f’għelieqi oħrajn:

- fis-sena tat-tkabbir wara l-kontaminazzjoni ddikjarata:

- jew li l-ebda tuberi jew pjanti tal-patata, jew inkella pjanti ospitanti oħra tal-organiżmu għandhom ikunu miżrugħa, u għandhom jittieħdu l-miżuri biex ikunu eliminati l-pjanti volontarji tal-patata u tat-tadam u l-pjanti ospitanti l-oħrajn inkluż ħaxix solanin skond kif ikun xieraq, jew

- fil-każ ta’ tuberi tal-patata, il-patata taż-żriegħ attestata uffiċjalment tista’ tiġi mkabbra għall-bejgħ biss, bil-kondizzjoni li l-korpi uffiċjali responsabbli jkunu sodisfatti li r-riskji ta’ pjanti volontarji tal-patata u tat-tadam u l-pjanti ospitanti l-oħrajn ta’ l-organiżmu inkluż il-ħaxix solanin, ikunu ġew eliminati. L-uċuħ tar-raba’ li qed jikbru għandhom ikunu spezzjonati fi żminijiet adatti u l-pjanti volontarji tal-patata għandhom ikunu ttestjati għall-organimżu; apparti minnhekk, għall-patata, it-tuberi maħsuda għandhom ikunu spezzjonati;

- għall-ewwel sena tat-tkabbir wara dik speċifikata fl-ewwel vers,

- fil-każ tal-patata biss patata taż-żriegħ attestata uffiċjalment għandha titkabbar kemm għaż-żerriegħa jew għall-bejgħ,

- għal minn ta’ l-inqas it-tieni sena tat-tkabbir wara dik ta’ l-ewwel vers,

- fil-każ tal-patata biss il-patata taż-żriegħ attestata uffiċjalment jew il-patata taż-żriegħ mkabbra taħt kontroll uffiċjali minn patata taż-żriegħ attestata uffiċjalment għandha tkun imkabbra kemm għaż-żerriegħa jew għall-bejgħ,

- f’kull waħda mis-snin tat-tkabbir imsemmija fil-vrus ta’ qabel għandhom jittieħdu l-miżuri biex ikunu eliminati pjanti volontarji tal-patata u tat-tadam u l-pjanti ospitanti l-oħrajn ta’ l-organiżmu inkluż il-ħaxix solanin, u għandu jsir stħarriġ uffiċjali kif spjegati fid-dettal fl-Artikolu 2(1), u fil-każi fejn il-patata taż-żriegħ tkun imkabbra għall-produzzjoni taż-żriegħ għandhom isiru t-testijiet fuq it-tuberi;

(ċ) immedjatament wara d-dikjarazzjoni tal-kontaminzzjoni permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(ii) u f’kull waħda mis-snin tat-tkabbir ta’ wara sal-, u jinkudi, l-ewwel staġun tat-tkabbir permissibbli tal-patata jew tat-tadam fl-għalqa iddikjarata bħala kkontaminata, kif spjegat fid-dettal fil-paragrafu (a):

- il-makkinarju u l-faċilitajiet tal-ħażna kollha fuq il-post tal-produzzjoni u involuti fil-produzzjoni tal-patata u tat-tadam għandhom jiġu mnaddfa u, meta jkun xieraq, iddiżinfettati bl-użu ta’ metodi adatti, kif speċifikat fil-punt 3,

- għandhom ikunu introdotti kif xieraq kontrolli uffiċjali fuq il-programmi ta’ l-irrigazzjoni u l-bexx, inkluża l-projbizzjoni ta’ dawn, biex tkun evitata l-firxa ta’ l-organiżmu;

(d) f’unità tal-produzzjoni protetta ta’ l-uċuħ tar-raba’ iddikjarat bħala kkontaminat permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(ii) meta sostituzzjoni kompleta tal-medja tat-tkabbir tkun possibbli,

- l-ebda tuberi jew pjanti tal-patata, jew pjanti ospitanti oħra ta’ l-organiżmu inklużi tat-tadam u taż-żerriegħa m’għandhom jitkabbru kemm-il darba l-unità msemmija ma kinitx suġġetta għal miżuri uffiċjali ta’ sorveljanza biex ikun eliminat l-organiżmu u biex jitneħħa l-materjal kollu tal-pjanti ospitanti, inkluż, minn ta’ l-inqas, il-bidla kompleta fil-medja tat-tkabbir u fil-ħasil u, fejn xieraq, id-diżinfettar ta’ l-unità riferita u t-tagħmir kollu, u li wara tkun ingħatat l-approvazzjoni għall-produzzjoni tal-patata jew tat-tadam mill-korpi uffiċjali responsabbli, u

- għall-produzzjoni tal-patata, din il-produzzjoni għandha tkun minn patata taż-żriegħ attestata uffiċjalment, jew minn mini-tuberi jew mikro-pjanti li jkunu ġejjin minn sorsi ttestjati,

- għandhom ikunu introdotti kif xieraq kontrolli uffiċjali fuq il-programmi ta’ l-irrigazzjoni u l-bexx, inkluża l-projbizzjoni ta’ dawn, biex tkun evitata l-firxa ta’ l-organiżmu.

4.2 4.2. Fiż-żona demarkata, mingħajr preġudizzju għall-miżuri spjegati fid-dettal taħt 4.1, l-Istati Membri għandhom:

(a) immedjatament, u għal minn ta’ l-inqas tliet snin tat-tkabbir, wara l-kontaminazzjoni ddikjarata:

(aa) (aa) fil-każi meta ż-żona demarkata tkun ġiet stabbilita permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(iv),

- jassiguraw sorveljanza mill-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom fuq il-postijiet tat-tkabbir, tal-ħażna u l-immaniġġjar ta’ tuberi tal-patata jew tat-tadam, flimkien mal-bini ta’ l-opreat tal-makkinarju għall-produzzjoni tal-patata jew tat-tadam,

- jesiġu t-tindif u, meta xieraq, id-diżinfettar tal-makkinarju u ta’ l-imħażen f’din il-proprjeta, bl-użu ta’ metodi addattati, kif speċifikat taħt il-punt 3,

- jesiġu t-tkabbir biss ta’ żerriegħa attestata jew ta’ żerriegħa mkabbra taħt kontroll uffiċjali għall-uċuħ tar-raba’ kollha tal-patata fiż-żona demarkata, u l-ittestjar wara l-ħsad tal-patata taż-żriegħ li tkun tkabbret f’postijiet stabbiliti bħala probabbilment ikkontaminati permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(a)(iii),

- jesiġu l-immaniġġjar separat ta’ ħażniet ta’ żerriegħa tal-patata maħsuda minn dik intiża għall-bejgħ fil-bini kollu li jkun hemm fiż-żona,

- imexxu stħarriġ uffiċjali kif spjegat fid-dettal fl-Artikolu 2(1),

(ab) (ab) fil-każi ta’ fejn l-ilma tal-wiċċ ikun ġie ddikjarat bħala kontaminat permezz ta’ l-Artikolu 5(1)(ċ)(ii) jew inkluż fl-elementi għall-firxa possibbli ta’ l-organiżmu b’konformità mal-Anness V, il-punt 2,

- iwettqu ta’ kull sena u fi żminijiet addattati stħarriġ, inkluż it-teħid ta’ kampjuni, ta’ l-ilma tal-wiċċ u tal-pjanti solanini ospitanti addattati li jkun hemm fis-sorsi relevanti ta’ l-ilma u ta’ l-ittestjar b’ konformità mal-

- għall-materjal tal-pjanti msemmija, il-metodu relevanti stabbilit fl-Anness II, jew

- fil-każi l-oħrajn, kwalunkwe metodu ieħor approvat uffiċjalment,

- jintroduċu kontrolli uffiċjali fuq il-programmi ta’ l-irrigazzjoni u l-bexx, inkluża l-projbizzjoni fuq l-użu ta’ l-ilma iddikjarat bħala kontaminat għas-saqwi u għall-bexx tal-materjal tal-pjanti msemmija, u, meta xieraq, tal-pjanti ospitanti l-oħrajn biex tkun evitata l-firxa ta’ l-organiżmu. Din il-projbizzjoni tista’ tiġi riveduta fuq il-bażi tar-riżultati miksuba fl-imsemmi stħarriġ annwali,

- fil-każi meta emissjonijiet ta’ l-iskart likwidu jkunu kkontaminati, jintroduċu kontrolli uffiċjali fuq id-disponiment ta’ l-ilma mill-bini industrijali ta’ l-ipproċessar jew ta’ l-ippakkjar li jkun jimmaniġġja l-materjal tal-pjanti msemmija;

(b) jistabbilixxu programm, meta jkun xieraq, għas-sostituzzjoni tal-ħażniet kollha tal-patata taż-żriegħ matul perjodu xieraq ta’ żmien.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

Il-faċilitajiet uffiċjali tad-disponiment ta’ l-iskart riferiti fl-Anness VI, il-paragrafu 1, ir-raba’ vers, għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet li ġejjin b’tali mod li jkun evitat ir-riskju tal-firxa ta’ l-organiżmu:

(i) l-iskart ta’ l-ipproċessar tal-patata u tat-tadam (inkluż il-qxur mormija tal-patata u tat-tadam) u kwalunkwe skart solidu ieħor assoċjat mal-patata u mat-tadam għandu jew,

- jindifen fil-fond f’sit ta’ disponiment li fih ma jkun hemm l-ebda riskju li dan jista’ jispiċċa f’art agrikola jew jiġi f’kuntatt mas-sorsi ta’ l-ilma li jistgħu jintużaw għall-irrigazzjoni ta’ l-art agrikola. L-iskart jista’ jittieħed direttament lejn is-sit taħt kondizzjonijiet ta’ konteniment li ma jwasslu għall-ebda riskju ta’ telf ta’ l-iskart, jew

- inċinerazzjoni;

(ii) l-ipproċessar ta’ l-iskart likwidu: qabel id-disponiment, l-iskart likwidu li jkollu solidi sospiżi fih għandu jkun iffiltrat jew jitħalla joqgħod biex jitneħħew dawn is-solidi. Dawn is-solidi għandhom jintremew kif stabbilit fis-subparagrafu (i).

L-iskart likwidu għandu mbagħad ikun jew:

- imsaħħan għal minimu ta’ 70 °C matul minn ta’ l-inqas 30 minuta, qabel ir-rimi, jew

- inkella jiġi dispost, suġġett għal approvazzjoni uffiċjali u taħt il-kontroll uffiċjali, b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju li l-iskart jista’ jiġi f’kuntatt ma’ art agrikola jew ma’ sorsi ta’ l-ilma li jistgħu jintużaw għall-irrigazzjoni ta’ l-art agrikola. Id-dettalji dwar dan għandhom ikunu nnotifikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni.

--------------------------------------------------

Top