This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998L0045
Council Directive 98/45/EC of 24 June 1998 amending Directive 91/67/EEC concerning the animal health conditions governing the placing on the market of aquaculture animals and products
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/45/KE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1998 li temenda d-Direttiva 91/67/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u l-prodottita’ l-akwakultura
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/45/KE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1998 li temenda d-Direttiva 91/67/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u l-prodottita’ l-akwakultura
ĠU L 189, 3.7.1998, p. 12–13
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32006L0088
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31991L0067 | Sostituzzjoni | artikolu 13.2 | 03/07/1998 | |
Modifies | 31991L0067 | Emenda | anness B. | 03/07/1998 | |
Modifies | 31991L0067 | Tlestija | artikolu 16.1 | 03/07/1998 | |
Modifies | 31991L0067 | Sostituzzjoni | artikolu 13.1 | 03/07/1998 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32006L0088 | 01/08/2008 |
Official Journal L 189 , 03/07/1998 P. 0012 - 0013
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/45/KE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1998 li temenda d-Direttiva 91/67/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u l-prodottita’ l-akwakultura IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 li joħroġ minn dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew [2]; Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi d-Direttiva 91/67/KEE [4] stabbiliet ir-regoli tal-Komunità li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali ta’ l-akwakultura għall-iskop, b’mod partikolari, li jkunu evitati li jinfirex ċertu mard serju; Billi l-mard imniżżel fil-lista III ta’ l-Anness A ta’ l-imsemmija Direttiva, inkluż il-ġirodaktilosi, jista’ jkollhom riperkussjonijiet ekonomiċi serji jekk joħorġu f’kull reġjun li qabel kien ħieles mill-mard; Billi għalhekk hemm bżonn li jkun evitat li jinfirex dan il-mard billi jkunu msaħħa d-dispożizzjonijiet li jgħoddu bħalissa; Billi hemm bżonn jiġi żgurat li t-tqegħid fis-suq tal-ħut minn żona mhux approvata ma jippreġudikax l-istat tas-saħħa ta’ irziezet mhux infettati li jinsabu f’żona mhux approvata; billi dan jista’ jintlaħaq minn ċertifikazzjoni tal-konsenji maħsuba għall-kummerċ fil-Komunità; Billi hemm bżonn ikunu adattati ċertu disposizzjonijiet dwar il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet u l-ħtiġiet tat-teħid tal-kampjuni u l-eżamijiet għall-mard tal-ħut għal-livelli internazzjonali, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 91/67/KEE hija emendata kif ġej: 1. fl-Artikolu 13, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej: "1. Fejn kull Stat Membru jikkonsidra li t-territorju jew parti mit-territorju tiegħu huwa ħieles minn wieħed mill-mard imniżżel fl-Anness A, il-kolonna 1, tal-Lista III, għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-ġustifikazzjonijiet xierqa li b’mod partikolari jagħti: - l-isem tal-marda u l-istorja preċedenti ta’ kif ġrat f’dak l-Istat Membru, - ir-riżultati ta’ l-eżami tas-sorveljanza bbażat fuq riżultati seroloġiċi, viroloġiċi, mikrobijoloġiċi jew patoloġiċi, jew l-identifikazzjoni tal-parassita, skond il-każ, u fuq il-fatt li l-marda trid bilfors tkun avżata lill-awtoritajiet kompetenti, - il-perjodu li fuqu s-sorveljanza twettqet, - l-arranġamenti ta’ kontroll biex ikun ivverifikat li l-qasam ikkonċernat jibqa’ ħieles mill-mard. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, il-kriterji ġenerali biex tiżgura l-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu. 2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ġustifikazzjonijiet ikkomunikati mill-Istati Membri u, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, tiddefinixxi ż-żoni li għandhom ikunu meqjusa bħala ħielsa minn, u l-ispeċi li huma suxxettibli għal, il-mard in kwistjoni, u l-garanziji addizzjonali, ġenerali jew speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa għall-introduzzjoni ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura f’dawk l-oqsma. Ħut ħaj, gandoffli jew krustaċeji u jekk ikun il-każ, il-bajd u l-gametes, introdotti f’dawn iż-żoni jridu jkunu akkumpanjati b’kull dokument ta’ moviment, li jaqbel ma’ kull mudell li jrid jitħejja skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, li jiċċertifika li huma konformi ma’ dawn il-garanziji addizzjonali." 2. fl-Artikolu 16(1), is-sentenza li ġejja hija miżjuda: "Magħduda ma’ dan, il-Kummissjoni, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, għandu jħejji kampjuni taċ-ċertifikati li għandhom jakkumpanjaw l-annimali ta’ l-akwakultura, il-bajd u l-gametes fil-kummerċ ġewwa l-Komunità bejn żoni mhux approvati rigward il-mard li għalih saret referenza fil-lista II ta’ l-Anness A, u għandha tiddeċiedi fuq l-arranġamenti biex testendi s-sistema kompjuterizzata ta’ l-"ANIMO" li tgħaqqad l-awtoritajiet kompetenti biex tkopri l-kummerċ fl-annimali u l-prodotti fuq imsemmija." 3. fl-Anness B: (a) punt I. B., l-ewwel sentenza tal-punt 2 għandu jkun mibdul b’dan li ġej: "2) kull razzett fiż-żona kontinentali għandu jitqiegħed taħt is-sorveljanza tas-servizzi uffiċjali. Żewġ spezzjonijiet tas-saħħa fis-sena għal sentejn iridu jkunu saru."; (b) punt I. Ċ., il-punt 2 jkun mibdul b’dan li ġej: "2) kull razzett irid joqgħod għal żewġ spezzjonijiet tas-saħħa fis-sena skond il-punt B.2, ħlief razzett mingħajr stokk ta’ qrejjaq li jrid jiġi spezzjonat darba kull sena. Madankollu, kampjuni għandhom jittieħdu b’rotazzjoni f’50 % ta’ l-irziezet tal-ħut fiż-żona kontinentali kull sena;". Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1999. Huma minnufih għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom kull riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bl-imsemmija riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir l-imsemmija riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ Ġunju 1998. F’isem il-Kunsill Il-President J. Cunningham [1] ĠU C 242, 21.8.1996, p. 9. [2] ĠU C 362, 2.12.1996, p. 314. [3] ĠU C 56, 24.2.1997, p. 28. [4] ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE (ĠU C 24, 30.1.1998, p. 31). --------------------------------------------------