Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0012

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/12/KE tas-27 ta’ Jannar 1998 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhomTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 81, 18.3.1998, pp. 1–146 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/12/oj

31998L0012

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/12/KE tas-27 ta’ Jannar 1998 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhomTest b’rilevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 081 , 18/03/1998 P. 0001 - 0146
CS.ES Chapter 13 Volume 020 P. 124 - 269
ET.ES Chapter 13 Volume 020 P. 124 - 269
HU.ES Chapter 13 Volume 020 P. 124 - 269
LT.ES Chapter 13 Volume 020 P. 124 - 269
LV.ES Chapter 13 Volume 020 P. 124 - 269
MT.ES Chapter 13 Volume 020 P. 124 - 269
PL.ES Chapter 13 Volume 020 P. 124 - 269
SK.ES Chapter 13 Volume 020 P. 124 - 269
SL.ES Chapter 13 Volume 020 P. 124 - 269


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/12/KE

tas-27 ta’ Jannar 1998

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1] kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/422/KE [4] u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi d-Direttiva 71/320/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE; billi, konsegwentement, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE li jirrelataw għas-sistemi, komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva;

Billi, b’mod partikolari, l-Artikoli 3(4) u 4 (3) tad-Direttiva 70/156/KEE jinneċessitaw li kull Direttiva separata jkollha mehmuż magħha dokument ta’ informazzjoni li jinkorpora l-punti rilevanti ta’ l-Anness I ma’ dik id-Direttiva kif ukoll ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI ta’ magħha sabiex l-approvazzjoni tat-tip tkun tista’ tiġi kompjuterizzata.

Billi l-bejgħ fis-swieq tal-partijiet ta’ sostituzzjoni ta’ linings ta’ sostituzzjoni tal-brekijiet huwa tali li, sabiex jiġi assigurat li jinżammu standards ta’ sigurtà u affidabilità, hemm issa l-ħtieġa għall-irregolar tal-kwalità u l-prestazzjoni ta’ linings ta’ sostituzzjoni tal-brekijiet fis-suq permezz ta’ din id-Direttiva;

Billi r-rikonoxximent ta’ ekwivalenza bejn ir-regolamenti internazzjonali, partikolarment ir-regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, u Direttivi separati huwa mixtieq; billi, konsegwentement, kien meqjus neċessarju li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 71/32/KEE jinġiebu in linja ma’ dawk tar-Regolament Nru 13 tal-UN/ECE li jirrelataw għall-ibbrejkjar u r-Regolament Nru 90 li jirrelata għal assemblaġġi ta’ linings ta’ sostituzzjoni tal-brekijiet;

Billi n-numru ta’ reviżjonijiet sussegwenti għad-Direttiva 71/320/KEE oriġinali issa jagħmluh approprjat li jiġu ikkonsolidati dawn ir-reviżjonijiet kollha f’Direttiva waħda konsolidata;

Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. L-Artikoli tad-Direttiva 71/320/KEE huma hawnhekk emendati kif ġej:

- L-Artikolu 1(1) għandu jinqara:

"1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kwalunkwe vettura kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Kategoriji ta’ vetturi huma definiti fl-Anness IIA mad-Direttiva 70/156/KEE,"

- il-punti (a), (b) u (ċ) għandhom jitħassru,

- il-paragrafi 3 u 5 għandhom jitħassru u l-paragrafu 4 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala 3,

- fl-Artikolu 2, "l-Annessi I sa VIII u XI sa XII" għandu jiġu sostitwiti b’ "l-Annessi rilevanti",

- fl-Artikolu 2a, "l-Annessi I sa VIII" għandu jiġi sostitwit b’ "l-Annessi rilevanti",

- fl-Artikolu 5, "id-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970" għandu jiġi sostitwit b’ "id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE".

2. L-Annessi mad-Direttiva 71/320/KEE huma hawnhekk sostitwiti bil-lista ta’L-Annessi u l-Annessi ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 1999 l-Istati Membri m’għandhomx, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ l-ibbrejkjar ta’ vetturi

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura, li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

- jipprojbixxu ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi,

- jipprojbixxu il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ linings ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet,

jekk il-vetturi jew il-linings ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1999 l-Istati Membri

- m’għandhomx iktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE,

u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal tip ġdid ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sistema ta’ l-ibbrejkjar tal-vettura u għal tip ġdid ta’ linings tal-brejkijiet jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, mhumiex sodisfatti.

3. B’effett mill-31 ta’ Marzu 2001 l-Istati Membri

- għandhom jikkunsidraw ċertifikati ta’ konformità li jkunu ma’ vetturi ġodda skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE bħala li mhumiex iktar validi għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva,

u

- jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda,

għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ l-ibbrejkjar jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 71/320/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, mhumiex sodisfatti.

4. B’effett mill-31 ta’ Marzu 2001 il-ħtiġiet tad-Direttiva 71/320/KEE li jirrelataw għall-linings ta’ sostituzzjoni tal-brejkjiet bħala unitajiet tekniċi separati, kif emendata b’din id-Direttiva, huma applikabbli għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

5. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 4 ta’ hawn fuq, għall-iskopijiet ta’ partijiet ta’ sostituzzjoni, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ linings ta’ sostituzzjoni ta’ brejkijiet maħsuba sabiex jiġu armati ma’ tipi ta’ vetturi li għalihom l-approvazzjoni tat-tip ingħatat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u bil-kondizzjoni li dawn il-linings ta’ sostituzzjoni tal-brejkijiet ma jmorrux kontra d-dispożizzjonijiet tal-verżjoni preċedenti tad-Direttiva 71/320/KEE li kienet applikabbli fiż-żmien tad-dħul fis-servizz ta’ dawn il-vetturi.

Fi kwalunkwe każ dawn il-linings tal-brejkijiet m’għandux ikun fihom asbestos.

6. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1999 l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi mgħammra b’linings tal-brejkijiet li jikkontjenu l-asbestos. Madankollu, approvazzjonijiet maħruġa skond id-Direttiva 91/422/KEE għal vetturi mgħammra b’linings tal-brejkijiet li ma fihomx l-asbestos, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Marzu 2001.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, id-dispożizzjonijiet regolatorji u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1999 u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet legali sussegwentement adottati fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Jannar 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 233, tal-25.8.1997, p. 1.

[3] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 37.

[4] ĠU L 233, tat-22.8.1991, p. 21.

--------------------------------------------------

LIST OF ANNEXES

| | Page |

Annex I | Definitions, construction and fitting requirements, application for EC type-approval, granting of EC type-approval, modifications of type and amendments to approvals, conformity of production… | 6 |

Annex II | Braking tests and performance of braking systems… | 17 |

Appendix: | Distribution of braking effort among vehicle axles |

| |

Annex III | Method of measuring the reaction time for vehicles with compressed-air braking systems… | 41 |

Appendix: | Example of a simulator |

| |

Annex IV | Energy reservoirs and sources of energy… | 45 |

A: Compressed-air braking systems

| |

B: Vacuum braking systems

| |

C: Hydraulic braking systems with stored energy

| |

Annex V | Spring brakes… | 51 |

Annex VI | Parking braking by mechanical locking of the brake cylinders (lock actuators)… | 53 |

Annex VII | Cases in which Type I and/or II or IIA or Type III tests do not have to be carried out on a vehicle submitted for type-approval… | 54 |

Appendix 1: | Alternative procedures for Type I and Type III tests for trailer brakes |

Appendix 2: | Model reference axle test report form |

| |

Annex VIII | Conditions governing the testing of vehicles with inertia (overrun) braking systems… | 64 |

Appendix 1: | Explanatory diagrams |

Appendix 2: | Test report on the control device |

Appendix 3: | Test report on the brake |

Appendix 4: | Test report on the compatibility of the control device, the transmission and the brakes |

| |

Annex IX | Type-approval documentation… | 82 |

Appendix 1: | Type-approval certificate |

Appendix 2: | Test report |

Appendix 3: | List of vehicle data for the purpose of approvals pursuant to Annex XV |

| |

Annex X | Test conditions for vehicles with anti-lock braking systems… | 90 |

Appendix 1: | Symbols and definitions |

Appendix 2: | Utilisation of adhesion |

Appendix 3: | Performance on differing adhesion surfaces |

Appendix 4: | Method of selection of the low-adhesion surface |

| |

Annex XI | Test conditions for trailers with electrical braking systems… | 107 |

Appendix: | Compatibility diagram |

| |

Annex XII | Inertia dynamometer test method for brake linings… | 110 |

Annex XIII | Braking and deviation test for vehicles with temporary-use spare wheels/tyres… | 113 |

Annex XIV | Alternative procedure for testing trailer anti-lock braking systems… | 114 |

Appendix 1: | Trailer anti-lock braking system approval report |

Appendix 2: | Symbols and definitions |

| |

Annex XV | Type-approval of replacement brake lining assemblies as separate technical units… | 123 |

Appendix 1: | Arrangements of the approval mark and approval data |

Appendix 2: | Requirements for replacement brake lining assemblies for vehicles of categories M1, M2 and N1 |

Appendix 3: | Requirements for replacement brake lining assemblies for vehicles of categories O1 and O2 |

Appendix 4: | Determination of friction behaviour by machine testing |

| |

Annex XVI | EC type-approval certificate (separate technical units)… | 137 |

Annex XVII | Information document for replacement brake lining assemblies… | 139 |

Annex XVIII | Information document for motor vehicles… | 140 |

Annex XIX | Information document for trailers… | 144 |

--------------------------------------------------

Top