Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0461

    Id-Deċizjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 1998 dwar il-finanzjament ta' spejjeż fissi fis-sistema ta' ġestjoni ta' assistenza teknika għall-Istati tal-Paċifiku, Afrikani u tal-Karibew (ACP) u l-pajjiżi u territorji barranin (OCT)

    ĠU L 202, 18.7.1998, p. 64–64 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/461/oj

    31998D0461



    Official Journal L 202 , 18/07/1998 P. 0064 - 0064


    Id-Deċizjoni tal-Kunsill

    tat-13 ta' Lulju 1998

    dwar il-finanzjament ta' spejjeż fissi fis-sistema ta' ġestjoni ta' assistenza teknika għall-Istati tal-Paċifiku, Afrikani u tal-Karibew (ACP) u l-pajjiżi u territorji barranin (OCT)

    (98/461/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkonsidra ir-raba' Konvenzjoni ACP-EC, li ġiet iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 u li ġiet emendat permezz tal-ftehim iffirmat il-Mawrizju, fl-4 ta' Novembru 1995,

    Wara li kkonsidra id-Deċizjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju tal-25 ta' Lulju 1991 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji barranin mal-Komunità Ekonomika Ewropea [1]

    Wara li kkonsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u amministrazzjoni ta'għajnuna Komunitarija taħt it-tieni protokoll finanzjarju tar-raba' Konvenzjoni ACP-KE, hawnhekk iżjed il-quddiem imsejjaħ il-"Ftehim Intern" u b'mod partikolari l-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim,

    Wara li kkonsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi huwa neċessarju li jiġu koperti, għall-perjodi ta' erba' snin, l-ispejjeż fissi relatati mal-bidla ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koperazzjoni għall-amministrazzjoni ta' Assistenza Teknika għall-Istati ta' l-ACP u l-OCT;

    Billi l-introjtu li inġabar minn imgħax fuq il-fondi depożitati li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim Intern ikopri l-ispejjeż fissi,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-somma ta' ECU 5.5 miljuni għandha tigi maqtugħa mill-introjtu li inġabar minn imgħax fuq il-fondi depożitati ma' l-aġenti li qed iħallsu li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 319(4) tar-raba' Konvenzjoni ACP-KE, sabiex jiġu finanzjati l-ispejjeż fissi relatati mal-bidla ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koperazzjoni għall-amministrazzjoni ta' Assistenza Teknika għall-Istati ta' l-ACP u l-OCT.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' l-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussel, 13 Lulju 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. Schüssel

    [1] ĠU L 263, tad-19.9.1991, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz ta' Deċiżjoni Nru 97/803/KE (ĠU L 329, tad-29.11.1997, p. 50).

    --------------------------------------------------

    Top