This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998D0433
98/433/EC: Commission Decision of 26 June 1998 on harmonised criteria for dispensations according to Article 9 of Council Directive 96/82/EC on the control of major-accident hazards involving dangerous substances (notified under document number C(1998) 1758) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ġunju 1998 dwar il-kriterji armonizzati għad-dispensjonijiet skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll tar-riskji ta' inċidenti maġġuri li jinvolvu s-sustanzi perikolużi (innotifikati fid-dokument numru K (1998) 1758)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ġunju 1998 dwar il-kriterji armonizzati għad-dispensjonijiet skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll tar-riskji ta' inċidenti maġġuri li jinvolvu s-sustanzi perikolużi (innotifikati fid-dokument numru K (1998) 1758)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 192, 8.7.1998, p. 19–20
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Imħassar b' 32012L0018
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implementation | 31996L0082 | Implimentazzjoni | artikolu 9.6 | 29/06/1998 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32012L0018 |
Official Journal L 192 , 08/07/1998 P. 0019 - 0020
Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni tas-26 ta' Ġunju 1998 dwar il-kriterji armonizzati għad-dispensjonijiet skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll tar-riskji ta' inċidenti maġġuri li jinvolvu s-sustanzi perikolużi (innotifikati fid-dokument numru K (1998) 1758) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (98/433/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll tar-riskji ta' l-inċidenti maġġuri li jinvolvu s-sustanzi perikolużi [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi l-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/82/KE jistabbilixxi illi l-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-operaturi ta' ċerti stabbilimenti jridu jipproduċu rapporti dwar is-sigurtà; Billi l-Artikolu 9(6)(a) tad-Direttiva 96/82/KE jistabblixxi illi fejn jiġi muri għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti illi s-sustanzi partikolari preżenti fl-istabbiliment, jew kull parti minnu, ikunu fi stat inkapaċi li joħolqu r-riskju ta' inċident maġġuri, f'dan il-każ l-Istat Membru jista', skond il-kriterji riferiti fis-subparagrafu (b), jillimita t-tagħrif meħtieġ fir-rapporti dwar is-sigurtà għal dawk il-materji li jkunu relevanti għall-prevenzjoni tar-riskji ta' inċidenti maġġuri u għal-limitazzjoni tal-konsegwenzi tagħhom fuq il-bniedem u fuq l-ambjent; Billi dawn il-kriterji ma jaffettwawx il-mod kif jiġu stabbiliti l-kwantitajiet tal-kwalifika tas-sustanzi perikolużi sabiex jiġi applikat l-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/82/KE; Billi l-Artikolu 9(6)(b) tad-Direttiva 96/82/KE jistabbilixxi illi qabel ma tiġi applikata din id-Direttiva, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/501/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1982 dwar ir-riskji ta' inċidenti maġġuri minn ċerti attivitajiet industrijali [2], għandha tistabbilixxi l-kriterji armonizzati sabiex jiġi deċiż mill-awtorità kompetenti illi stabbiliment ikun fi stat li mhux kapaċi joħloq riskju ta' inċident maġġuri fit-tifsira tas-subparagrafu (a); Billi l-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 82/501/KEE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 96/82/KE dwar il-kontroll tar-riskji ta' inċidenti maġġuri li jinvolvu s-sustanzi perikolużi l-Kummisjoni hawnhekk tadotta l-kriterji armonizzati mogħtija fl-Anness ma' din id-Direttiva. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Ġunju 1998. Għall-Kummissjoni Ritt Bjerregaard Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 10, ta' l-14.1.1997. [2] ĠU L 230, tal-5.8.1982. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 87/216/KEE (ĠU L 85, tat-28.3.1987, p. 36), id-Direttiva 88/610/KEE (ĠU L 336, tas-7.12.1988, p. 14) u d-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, tat-31.12.1991, p. 48). -------------------------------------------------- ANNESS Il-kriterji armonizzati għad-dispensi skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll tar-riskji ta' inċidenti maġġuri li jinvolvu s-sustanzi perikolużi Tista' tiġi konċessa dispensa skond l-Artikolu 9(6) jekk titwettaq mill-inqas waħda mill-kriterji ġeneriċi li ġejjin: 1. Għamla fiżika tas-sustanza Is-sustanzi fl-għamla solida, hekk illi, skond kemm il-kondizzjonijiet normali u kemm kull kondizzjoni anormali li jistgħu jiġu previsti raġjonevolment, ma jkunx possibbli r-rilaxx tal-materjal jew ta' l-enerġija, li jistgħu joħolqu riskju ta' inċident maġġuri. 2. Kontenut u kwantitajiet Is-sustanzi ppakkjati jew kontenuti f'din il-manjiera u fil-kwantitajiet illi r-rilaxx massimu possibbli f'kull ċirkostanza ma jistax joħloq riskju ta' inċident maġġuri. 3. Lokazzjoni u kwantitajiet Is-sustanzi preżenti fil-kwantitajiet u fid-distanzi minn sustanzi oħra perikolużi (fl-istabbiliment jew x'imkien ieħor) b'mod li la jistgħu joħolqu riskju ta' inċidenti maġġuri minnhom infushom u lanqas jagħtu bidu għal riskju ta' inċident maġġuri li jinvolvi sustanzi preikolużi. 4. Klassifika Is-sustanzi li huma ddefiniti bħala perikolużi bis-saħħa tal-klassifika ġenerika tagħhom fil-Parti 2 ta' l-Anness I mad-Direttiva 96/82/KE, imma li ma jistgħux joħolqu riskju ta' inċident maġġuri, u li għalihom il-klassifika ġenerika mhix għalhekk approprjata għal dan il-għan. --------------------------------------------------