This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31998D0386
98/386/EC, ECSC: Decision of the Council and of the Commission of 29 May 1998 concerning the conclusion of the Agreement between the European Communities and the Government of the United States of America on the application of positive comity principles in the enforcement of their competition laws
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni tad-29 ta' Mejju 1998 rigward il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' relazzjoni pożittiva fl-infurzar tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni tad-29 ta' Mejju 1998 rigward il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' relazzjoni pożittiva fl-infurzar tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom
ĠU L 173, 18.6.1998, p. 26–27
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/386/oj
Official Journal L 173 , 18/06/1998 P. 0026 - 0027
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-kummissjoni tad-29 ta' Mejju 1998 rigward il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' relazzjoni pożittiva fl-infurzar tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom (98/386/KE, KEFA) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 87 flimkien ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikoli 65 u 66 miġjuba fih, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]; Billi l-Ftehim tat-23 ta' Settembru 1991 bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika rigward l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom, u l-iskambju ta' ittri ta' interpretazzjoni datati 31 ta' Mejju u 31 ta' Lulju 1995 rigward dak il-Ftehim (kollha f'daqqa minn issa 'l quddiem imsemmija bħala "il-Ftehim ta' l-1991"), mehmuża mad-Deċiżjoni 95/145/KE, KEFA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [2] ikkontribwew għall-kordinazzjoni, koperazzjoni u evitar ta' kunflitti fl-infurzar tal-liġi tal-kompetizzjoni; Billi l-Artikolu V tal-Ftehim ta' l-1991, spiss magħruf bħala l-Artikolu tar-"relazzjoni pożittiva", isejjaħ għal koperazzjoni rigward attivitajiet anti-kompetittivi li jseħħu fit-territorju ta' Parti li jaffettwaw negattivament l-interessi tal-Parti l-oħra; Billi elaborazzjoni ulterjuri tal-prinċipji ta' relazzjoni pożittiva u l-implimentazzjoni ta' tali prinċipji jkabbru l-effettività tal-Ftehim ta' l-1991 rigward tali mġiba; Billi, għal dan l-għan, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' relazzjoni pożittiva fl-infurzar tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Uniti ta' l-Amerika; Billi l-Ftehim għandu jiġi approvat, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' relazzjoni pożittiva fl-infurzar tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. It-test tal-Ftehim, imfassal fil-lingwa Ingliża, huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna/i li jkollhom il-jedd li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunitajiet Ewropej. Il-President tal-Kummissjoni huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna/i li jkollhom il-jedd li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 1998. F'isem il-Kunsill Il-President J. Straw Għall-Kummissjoni J. Santer Il-President [1] ĠU C 138, ta' l-4.5.1998. [2] ĠU L 95, tas-27.4.1995, p. 45; korrezzjoni , ĠU L 131, tal-15.6.1995, p. 38. --------------------------------------------------