This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997R0577
Commission Regulation (EC) No 577/97 of 1 April 1997 laying down certain detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 2991/94 laying down standards for spreadable fats and of Council Regulation (EEC) No 1898/87 on the protection of designations used in the marketing of milk and milk products
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 577/97 ta’ l-1 ta’ April 1997 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistipula livelli għax-xaħam li jiddellek u għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 577/97 ta’ l-1 ta’ April 1997 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistipula livelli għax-xaħam li jiddellek u għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib
ĠU L 87, 2.4.1997, p. 3–6
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 13/05/2007; Imħassar b' 32007R0445
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implementation | 31987R1898 | 09/04/1997 | |||
Implementation | 31994R2991 | 09/04/1997 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 31997R1278 | Żieda | artikolu 5BIS | 10/07/1997 | |
Modified by | 31997R1278 | Emenda | artikolu 2.2 | 10/07/1997 | |
Modified by | 31997R2181 | ANNDEVIENT anness 1 | |||
Modified by | 31997R2181 | Sostituzzjoni | artikolu 2.3 | 11/11/1997 | |
Modified by | 31997R2181 | Żieda | anness 2 | 11/11/1997 | |
Modified by | 31998R0623 | abolizzjoni | artikolu 4 | 01/09/1998 | |
Modified by | 31998R0623 | Żieda | anness 3 | 01/09/1998 | |
Modified by | 31998R0623 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 01/09/1998 | |
Modified by | 31998R1298 | DATE artikolu 2.3 | |||
Modified by | 31998R2521 | Sostituzzjoni | anness 2 | 02/12/1998 | |
Modified by | 31998R2521 | Emenda | artikolu 2.1 | 02/12/1998 | |
Modified by | 31998R2521 | Sostituzzjoni | artikolu 2.2 | 02/12/1998 | |
Modified by | 31999R0568 | Emenda | anness 1 | 24/03/1999 | |
Repealed by | 32007R0445 |
Official Journal L 087 , 02/04/1997 P. 0003 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 577/97 ta’ l-1 ta’ April 1997 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 li jistipula livelli għax-xaħam li jiddellek u għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 dwar il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 tal-5 ta’ Diċembru 1994 li jistipula l-livelli għax-xaħam li jiddellek [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 tat-2 ta’ Lulju 1987 dwar il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet użati fil-marketing tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [2], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 (2) tiegħu, Billi l-Artikolu 2 (2) tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 jipprovdi illi d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għalhekk għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness hemm mehmus; billi hemm eċċezjonijiet għal dik ir-regola; billi r-regola ma tapplikax b’mod partikolari għad-denominazzjonijiet fejn in-natura eżatta tal-prodott hija ċara mill-użu tradizzjonali u/jew fejn id-denominazzjoni hija ovvjament użata sabiex tiddeskrivi kwalità karratteristika tal-prodott; billi ċerti regoli dettaljati għandhom jiġu stipulati għall-applikazzjoni ta’ dik id-disposizzjoni; Billi l-Artikolu 1 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2991/94, li jistipula li dak ir-Regolament għandu jiġi applikat mingħajr preġudizzju b’mod partikolari għar-Regolament (KEE) Nru1898/87, għandu jiġi mħares; billi l-iskop taż-żewġ Regolamenti huwa essenzjalment l-istess, jiġifieri li tiġi evitata kull konfużjoni fil-moħħ tal-konsumatur dwar in-natura vera tal-prodotti in kwistjoni; billi, għalhekk, sabiex tiġi assigurata l-konsistenza tal-leġislazzjoni tal-Komunità, ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 2991/94 u (KEE) Nru 1898/87 dwar l-użu tad-deskrizzjoni ‘butir’ għandhom jiġu stipulati f’test waħdieni; Billi, sabiex jiġi identifikat b’mod ċar l-iskop tad-derogi msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2991/94, lista eżawrjenti tad-denominazzjonijiet konċernati għandha titħejja, flimkien ma deskrizzjoni tal-prodotti li għalihom dawn jirreferu; Billi l-ewwel kriterju tad-deroga li għalih jipprovdi l-ewwel inċiż tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 2 (2) tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 għandu x’jaqsam mal-karattru tradizzjonali ta’ denominazzjoni; billi dan il-karattru tradizzjonali jista jiġi kkunsidrat bħala ppruvat fejn id-denominazzjoni kienet tiġi użata għal-perjodu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-inqas daqs it-tul taż-żmien li s-soltu jiġi attribwit għal-ġenerazzjoni umana; billi d-deroga għandha tiġi limitata għal dawk il-prodotti li għalihom id-denominazzjoni kienet fil-fatt użata b’mod illi dan il-karattru tradizzjonali ma jintilifx; Billi it-tieni kriterju tad-dergoga mmsemmija hawn fuq għandu x’jaqsam ma’ l-użu tad-denominazzjonijiet fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2991/94 sabiex jiddeskrivu fattur karatteristiku tal-prodotti imqegħda fis-suq; billi f’dan il-kas l-eċċezjoni għandha x’taqsam loġikament ma prodotti li ma humiex elenkati f’dak l-Anness; Billi dik id-deroga għandha tiġi ristretta għall-prodotti attwalment imqiegħda fis-suq; billi l-Istati Membri bagħtu lill-Kummissjoni l-lista tal-prodotti li huma jikkunsidraw li jilħqu l-kriterji ta’ dik id-deroga ġewwa t-territorju tagħhom; Billi d-Deċizjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE tat-28 ta’ Ottubru 1988 li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 [3] fiha diġà eċċezjonijiet dwar id-denominazzjoni ‘butir’; billi għandu jingħata kont ta’ dawn; Billi, fil-lista tal-Komunita li għaliha jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 2991/94, id-denominazzjonijiet tal-prodotti in kwistjoni għandhom jiġu elenkati biss fil-lingwa tal-Komunità li biha dawk id-denominazzjonijiet jistgħu jiġu wżati; Billi d-denominazzjonijiet dwar l-ittikettjar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel li jkun fihom prodotti kif definiti fl-Anness li jinsab ma’ dak ir-Regolament jew prodotti konċentrati kif definiti fit-tieni inċiż tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 2 (2) jistgħu jirreferu għad-denominazzjonijiet korrispondenti mogħtija fl-Anness, sakemm id-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ittikkettjar, il-prezentazzjoni u r-reklamar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 97/4/KE [5], huma mħarsa; billi ma hemmx għalhekk l-ebda ħtieġa li l-lista ta’ l-imsemmija eċċezjonijiet issemi dawn l-oġġetti ta’ l-ikel; Billi, minħabba l-kondizzjonijiet tekniċi tal-present, kull obbligazjoni biex jiġi indikat il-kontenut ta’ xaħam eżatt mingħajr ebda tolleranza tkun tinvolvi diffikultajiet prattiċi konsiderevoli; billi, għalhekk, ċerti regoli speċjali għandhom jiġu stipulati f’dak ir-rigward; Billi r-Regolamenti (KE) Nru 2991/94 u (KEE) Nru 1898/87 jkopru prodotti kompositi li minnhom parti essenzjali hija butir; billi, għalhekk, dawk il-prodotti għandhom jiġu ttrattati b’mod konsistenti, waqt li tinżamm l-attitudni wżata fl-Artikolu 2 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1898/87; billi l-iskop ta’ l-imsemmi l-Artikolu 2 (3) għandu għalhekk jiġi definit b’mod aktar ċar fir-rigward ta’ prodotti kompositi li minnhom parti essenzjali hija butir, billi jiġi stipulat kriterju oġġettiv sabiex jiġi stabbilit jekk parti essenzjali mill-prodotti kompositi hijix fil-fatt butir u jekk id-denominazzjoni ‘butir’ hijix għaldaqstant ġustifikata; billi kontenut ta’ xaħam-ħalib minimu ta’ 75 % fil-prodott finali jidher li huwa l-kriterju l-aktar xieraq; Billi madankollu trid issir disposizzjoni għal proċedura speċjali li tippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni li jistmaw, wara l-applikazzjoni tal-partijiet konċernati, jew għal-raġunijiet tekniċi u/jew raġunijiat organoleptiċi, fil-każ ta’ prodott li parti essenzjali minnu hija butir, il-kontenut ta’ xaħam minimu tal-prodott finali irid ikun anqas minn 75 % u li tawtorizza l-użu tad-denominazzjoni ‘butir’ f’dak il-każ; Billi l-introduzzjoni tar-regoli għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1898/87 għall-prodotti kompositi li minnhom parti essenzjali hija butir turi l-ħtieġa ta’ ċerti disposizzjonijiet transitorji sabiex jippermettu l-operaturi ċertu tul ta’ żmien li fih jadattaw ruħhom għal dawn ir-regoli; Billi it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2 (2) tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 jipprovdi illi d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ elenkati fl-Anness hemm mehmuż għandhom jiġu reservati għall-prodotti li jilħqu l-kriterji stipulati f’dak l-Anness; għalhekk, marki tal-kummerċ li jużaw dawk id-denominazzjonijiet jistgħu ikomplu jintużaw biss fil-futur unikament għall-prodotti li jilħqu dawk il-kriterji; Billi l-kundizzjonijiet attwali tas-suq għandhom juru jekk hux sejjer ikun xieraq jew le li jiġu stipulati miżuri f’data aktar tard dwar il-prodotti kompositi li minnhom l-ingredjent prinċipali hija l-marġerina jew ix-xaħmijiet kompositi; Billi l-kumitati konċernati ta’ ġestjoni ma tawx opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-presidenti tagħhom, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Il-lista tal-prodotti koperti bid-deroga li għaliha jipprovdi l-ewwel inċiż tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 2 (2) tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 għandha tkun kif muri fl-Anness hemm mehmuż. 2. Id-denominazzjonijiet elenkati fl-Anness li jinsab mad-Deċizjoni 88/566/KEE li fihom il-kelma ‘butir’ f’waħda mil-lingwi tal-Komunità ma għandhomx jiġu affetwati minn dan ir-Regolament. Artikolu 2 1. L-indikazzjoni tal-kontenut ta’ xaħam kif provdut għaliha fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regoalment (KE) Nru 2991/94 għandha tikkonforma mar-regoli li ġejjin: (a) il-kontenut medju ta’ xaħam għandu jiġi dikjarat mingħajr l-użu ta’ deċimali; (b) il-kontenut ta’ xaħam ta’ kampjun individwali ma jistax ivarja b’aktar minn punt wieħed ta’ perċentwali mill-perċentwali dikjarat; (ċ) fil-każi kollha, l-kampjuni individwali iridu jikkonformaw mal-limiti stipulati fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2991/94. 2. Minkejja l-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-kontenut ta’ xaħam minimu dikjarat għall-prodotti msemmija fit-Taqsima A (1) ta’ l-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2991/94 għandu jikkorrispondi mal-kontenut ta’ xaħam minimu tal-prodott. 3. Il-konformità mal-paragrafu 1 għandha tiġi verifikata permezz ta’ metodu li għandu jiġi stabbilit qabel fl-1 ta’ Lulju 1997. Artikolu 3 Id-denominazzjoni ‘butir’ tista tiġi wżata biss għal-prodotti kompositi li parti essenzjali minnhom skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1898/87 hija butir jekk il-prodott finali ikun fih mill-inqas 75 % xaħam tal-ħalib u jkun ġie manifatturat unikament mill-butir skond it-tifsira tat-Taqsima A (1) ta’ l-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2991/94 u l-ingredjent(i) miżjuda l-oħra msemmija fid-deskrizzjoni. Artikolu 4 1. Kull-manifattur jista’ jibgħat talba raġunata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih għandu l-uffiċju reġistrat tiegħu bil-ħsieb li jikseb awtorizzazjoni għall-użu tad-denominazzjoni ‘butir’ għal-prodott kompositu li parti essenzjali minnu hija butir iżda li l-kontenut ta’ xaħam tal-ħalib tiegħu ma jikkonformax mal-minimu stipulat fl-Artikolu 3 għal raġunijiet tekniċi u/jew organoleptiċi. L-Istat Membru għandu jikkunsidra dawn it-talbiet u jibgħathom lill-Kummissjoni, flimkien mad-dokumenti li fuqhom ikun ibbaża d-deċizjoni tiegħu, fejn iqis li l-ħtiġiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu huma mħarsa. 2. Minkejja l-proċedura stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, fis-sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u fuq l-inizzjattiva tagħhom stess, jibgħatu talbiet lill-Kummissjoni flimkien mad-dokumenti li fuqhom huma bażaw l-opinjoni tagħhom li l-ħtiġiet stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huma mħarsa, sabiex jiksbu l-awtorizzazjoni msemmija f’dak is-subparagrafu. Talbiet bħal dawk jistgħu jiġu preżentati biss għall-prodotti li huma mqiegħda fis-suq fl-Istat Membru li qed jagħmel it-talba fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. 3. Il-Kummissjoni għandha, mill-aktar fis possibli, tikkunsidra talbiet kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 [6], jekk jistgħux jiġu aċċettati. Il-Kummissjoni tista tieħu kull passi meħtieġa sabiex tikseb informazzjoni dwar l-aspetti tekniċi tat-talba. Id-deċizjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazjoni għandha tiġi publikata fil-Ġurnal Uffiċali tal-Komunitajiet Ewropej. 4. Awtorizzazjonijiet kif provduti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu validi wkoll għall-istess prodott magħmul minn manifatturi oħra. Artikolu 5 Prodotti kompositi li jużaw id-denominazzjoni ‘butir’ skond l-Artikolu 2 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1898/87 u mqiegħda fis-suq fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament li ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu mqiegħda fis-suq bl-użu tad-denominazzjoni ‘butir’ għal sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan imsemmi l-aħħar. Artikolu 6 Dan ir-Regolamet għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Madanakollu, l-Artikolu 2 għandu japplika fl-istess żmien bħal dak tal-metodu li għalih jipprovdi l-paragrafu 3 tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussels, fl-1 ta’ April 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 316, tad-9.12.1994, p. 2. [2] ĠU L 182, tat-3.7.1987, p. 36. [3] ĠU L 310, tas-16.11.1988, p. 32. [4] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1. [5] ĠU L 43, ta’ l-14.2.1997, p. 21. [6] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. -------------------------------------------------- L-ANNESS I.(Spanjol) | "Mantequilla de Soria" jew "Mantequilla de Soria dulce", "Mantequilla de Soria azucarada": għal prodott aromatizzat tal-ħalib b'kontenut minimu ta' xaħam ta' 39 % | II.(Daniż) | | III.(Germaniż) | "Butterkäse": għal ġobon mill-ħalib tal-baqra li jkollu konsistenza nofsa ratba ta' xaħam u kontenut minimu ta' xaħam tal-ħalib f'materjal niexef ta' 45 %"Kräuterbutter": għal preparazzjonijiet bażati fuq il-butir li jkun fihom ħwawar u kontenut minimu ta' xaħam tal-ħalib ta' 62 %"Milchmargarine": għal marġerina li jkun fiha ta' l-anqas 5 % ta' ħalib sħiħ, ħalib xkumat jew prodotti oħra adattati tal-ħalib | IV.(Grieg) | | V.(Ingliż) | "Brandy butter", "Sherry butter" jew "Rum butter": għal prodott ħelu, alkoħoliku b'kontenut minimu ta' xaħam tal-ħalib ta' 34 %"Buttercream": għal prodott ħelu b'kontenut minimu ta' xaħam tal-ħalib ta' 22,5 % | VI.(Franċiż) | "Beurre d'anchois, de crevettes, de langouste, de homard, de crabe, de langoustine, de saumon, de saumon fumé, de coquille Saint-Jacques, de sardine": għal prodotti li jkun fihom ikel tal-baħar u kontenut minimu ta' xaħam tal-ħalib ta' 10 % | VII.(Taljan) | | VIII.(Olandiż) | | IX.(Portugiż) | | X.(Fillandiż) | "Munavoi": għal prodott li jkun fih il-bajd u kontenut minimu ta' xaħam tal-ħalib ta' 35 % | XI.(Svediż) | "flytande margarin": għal prodott b'konsistenza likwida li jkun fiha ta' l-anqas 80 % ta' xaħmijiet tal-ħxejjex bħal marġerina li l-komposizzjoni tagħha tkun tali li l-prodott ma jistax jiddellek."messmör": għal prodott tal-ħalib bazat fuq ix-xorrox, sew jekk ħelu sew jekk le, ta' kontenut minimu ta' xaħam tal-ħalib ta' 2 %."vitlöksmör", "persiljesmör" jew "pepparrotssmör": għal prodott li jkun fih oġġetti ta' l-ikel li jagħtu effett ta' togħma u ta' kontenut minimu ta' xaħam tal-ħalib ta' 66 % | --------------------------------------------------