Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0434

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 434/97 tat-3 ta’ Marzu 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu għal prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali.

    ĠU L 67, 7.3.1997, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/434/oj

    31997R0434



    Official Journal L 067 , 07/03/1997 P. 0001 - 0001


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 434/97

    tat-3 ta’ Marzu 1997

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu għal prodotti mediċinali veterinarji f’oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali.

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEJA,

    Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 dwar dan,

    Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 [4] jipprovdi għall-evalwazzjoni progressiva ta’ sustanzi li l-użu tagħhom ġie awtoriżżat fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament u billi l-Artikolu 14 ta’ dan jistabbilixxi li, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1997, ‘l-amministrazzjoni ta’ annimali li jipproduċu ikel tal-prodotti mediċinali veterinarji li jkun fihom sustanzi farmakoloġikament attivi li m’humiex imsemmija fl-Annessi I, II jew III għandhom jiġu projbiti fil-Komunità’.

    Billi, sabiex din il-proċedura tal-Komunità titħalla titkompla fuq sisien xjentifikament sodi u biex l-istess proċedura ma tiċħadx kirurgi veterinarji u talin li jużaw sustanzi meħtieġa milli jħarsu s-saħħa ta’ l-annimali, dan il-limitu ta’ żmien għandu jiġi estiż għal sustanzi għal liema applikazzjonijiet iddokumentati għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu ġew mogħtija lill-Kummissjoni jew lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali qabel l-1 ta’ Jannar 1996, jew il-perijodu ta’ estensjoni li jinbidel skond in-natura tas-sustanza.

    ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-sottoparagrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90:

    "Madankollu, d-data li għaliha saret referenza fis-sottoparagrafu ta’ qabel għandha tiġi diferita għal sustanzi li l-użu tagħhom ġiet awtorizzat fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u b’rispett ta’ liema applikazzjonijiet iddokumentati għat-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwu ġew mogħtija lill-Kummissjoni jew l-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali qabel l-1 ta’ Jannar, 1996:

    - sa l-1 ta’ Jannar 1998 fil-każ ta’ prodotti li ġejjin minn pyrasolidon, nitroimidazoles, aċiduarsaniliku u phenylubutazone, u

    - sa l-1 ta’ Jannar 2000 fil-każ ta’ sustanzi oħra.

    L-Aġenzija għandha tippubblika lista ta’ dawn is-sustanzi qabel is-7 ta’ Ġunju 1997."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 1997.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Marzu 1997.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. De Boer

    [1] ĠU C 381, tas-17.12.1996, p. 9.

    [2] Fehma mogħtija fl-20 ta’ Frar 1997 (għad mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] Fehma mogħtija fid-27 ta’ Frar 1997 (għad mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 17/97 (ĠU L 5, tad-9.1.1997, p. 12).

    --------------------------------------------------

    Top