Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997L0002

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/2/KE ta’ l-20 ta’ Jannar 1997 li temenda d-Direttiva 91/629/KEE li tipprovdi n-normi minimi għall-protezzjoni ta’ l-għoġġiela

    ĠU L 25, 28.1.1997, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/02/2009; Impliċitament imħassar minn 32008L0119

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1997/2/oj

    31997L0002



    Official Journal L 025 , 28/01/1997 P. 0024 - 0025


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/2/KE

    ta’ l-20 ta’ Jannar 1997

    li temenda d-Direttiva 91/629/KEE li tipprovdi n-normi minimi għall-protezzjoni ta’ l-għoġġiela

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Billi, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/629/KEE [3], il-Kumitat Veterinarju Xjentifiku ta l-opinjoni tiegħu fid-9 ta’ Novembru 1995, li fuq il-bażi tagħha l-Kummissjoni ħejjiet rapport li kien tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill;

    Billi, fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ dak ir-rapport, huwa xieraq li jiġu emendati ċerti disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/629/KEE biex jiġi żgurat li r-regoli jkunu bbażati fuq xhieda xjentifika u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jippermetti li l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tiffunzjona b’mod effettiv;

    Billi d-Dikjarazzjoni Nru 24 mehmuża ma’ l-att Finali tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea titlob lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri, waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità, li tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtiġiet dwar il-benessri ta’ l-annimali;

    Billi l-armonizzazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet tat-trobbija ta’ l-għoġġiela fil-qafas ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq hija meħtieġa biex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti ta’ kompetizzjoni; billi f’dan ir-rigward huwa magħruf xjentifikament li l-għoġġiela għandhom jibbenefikaw minn ambjent li jkun jikkorrispondi għall-ħtiġiet tagħhom bħala speċi li tgħix f’merħla; billi, għal din ir-raġuni, dawn għandhom jitrabbew fi gruppi; billi l-għoġġiela, kemm dawk li jgħixu fi gruppi kif ukoll dawk li jinżammu għalihom, għandu jkollhom spażju biżżejjed għall-eżerċizzju, għall-kuntatt ma’ bhejjem oħra, u għall-movimenti normali meta dawn ikunu bil-wieqfa jew mimdudin;

    Billi huwa meħtieġ li jingħata żmien biex l-azjendi jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jikkonformaw mar-regoli l-ġodda,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 91/629/KEE qiegħda b’dan tiġi emendata kif ġej:

    1. L-Artikolu 3(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "3. Mill-1 Jannar 1998, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu għall-azjendi mibnijin ġodda jew mibnijin mill-ġdid u għal dawk kollha li jibdew jitħaddmu wara dik id-data:

    (a) ebda għoġol m’għandu jinqafel f’maqjel għalih waħdu wara l-età ta’ tmien ġimgħat, kemm-il darba l-veterinarju ma jkunx iċċertifika li s-saħħa jew l-imġieba tiegħu tkun teħtieġlu jiġi iżolat biex jingħata l-kura. Kull maqjel individwali għal għoġol għandu jkun wiesa’ ta’ l-anqas daqs l-għoli ta’ l-għoġol sal-ħotba tas-sinsla, meta mkejjel bil-wieqfa, u għandu jkun twil ta’ l-anqas daqs it-tul tal-ġisem ta’ l-għoġol, imkejjel mit-tarf ta’ mnieħru sat-tarf tad-denb tat-tuber ischii (il-pin bone), immultiplikat b’1,1.

    Imqajel individwali għall-għoġġiela (ħlief għal dawk fejn jiġu iżolati annimali morda) m’għandux ikollhom ħitan solidi, iżda ħitan imtaqqba li jkunu jippermettu lill-għoġġiela li jkollhom kuntatt dirett bil-vista u bil-mess;

    (b) Fil-każ ta’ l-għoġġiela li jinżammu fi gruppi, l-ispazju mingħajr ostruzzjoni li għandu jkollu kull għoġol għandu jkun ta’ l-anqas ugwali għal 1,5 m2 għal kull għoġol b’piż ħaj ta’ anqas minn 150 kilogramma, ta’ l-anqas ugwali għal 1,7 m2 għal kull għoġol b’piż ħaj ta’ 150 kilogramma jew aktar iżda anqas minn 220 kilogramma, u ta’ l-anqas ugwali għal 1,8 m2 għal kull għoġol b’piż ħaj ta’ 220 kilogramma jew aktar.

    Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw għal:

    - azjendi b’anqas minn sitt għoġġiela;

    - għoġġiela miżmuma ma’ ommhom biex jerdgħu.

    Mill-31 ta’ Diċembru 2006, id-disposizzjonijiet previsti hawn fuq għandhom ikunu japplikaw għall-azjendi kollha."

    2. It-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 3(4) għandu jitħassar;

    3. L-Artikolu 4(2) għandu jitħassar;

    4. Fl-Artikolu 6, id-data "l-1 ta’ Ottubru 1997" għandha tinbidel bi "1 ta’ Jannar 2006".

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mil-31 ta’ Diċembru 1997. Dawn għandhom minnufih javżaw b’dan lill-Kummissjoni.

    Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2. Iżda, mid-data stabbilita fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, b’konformità mar-regoli ġenerali tat-Trattat, iżommu jew japplikaw fit-territorju tagħhom disposizzjonijiet aktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Dawn għandhom javżaw lill-Kummissjoni b’kull miżura bħal dik.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak li fih din tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Jannar 1997.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Van Aartsen

    [1] ĠU C 85, tat-22.3.1996, p. 19.

    [2] ĠU C 320, tat-28.10.1996, p. 259.

    [3] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 28.

    --------------------------------------------------

    Top