This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997D0800
97/800/ECSC, EC, Euratom: Council and Commission Decision of 30 October 1997 on the conclusion of the Partnership and Cooperation Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Russian Federation, of the other part
97/800/KEFA, KE, Euratom: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-kunsill tat-30 ta' Ottubru 1997 dwar l-ilħuq tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq in-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, fuq in-naħa l-oħra
97/800/KEFA, KE, Euratom: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-kunsill tat-30 ta' Ottubru 1997 dwar l-ilħuq tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq in-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, fuq in-naħa l-oħra
ĠU L 327, 28.11.1997, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/800/oj
Official Journal L 327 , 28/11/1997 P. 0001 - 0002
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-kunsill tat-30 ta' Ottubru 1997 dwar l-ilħuq tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq in-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, fuq in-naħa l-oħra [1] (97/800/KEFA, KE, Euratom) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 54(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 57(2), u l-Artikoli 66, 73c (2), 75, 84 (2), 99, 100, 113 u 235, konġuntivament mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u t-tieni ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u partikolarment, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu, Wara li kkunsidraw l-kunsens tal-Parlament Ewropew [2], Wara illi ikkonsultaw il-Kumitat konsultattiv KEFA u bil-qbil tal-Kunsill, Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, Billi l-konklużjoni tal-Ftehim għas-Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, iffirmat nhar l-24 ta' Ġunju 1994 f'Korfu, ser jikkontribwixxi għall-ilħuq ta' l-għanijiet tal-Komunitajiet Ewropej; Billi l-għan ta' dak il-Ftehim huwa illi jsaħħaħ in-nessi stabbiliti partikolarment bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliċi Sovjetika Soċjalista dwar is-sengħa u l-Koperazzjoni, iffirmat nhar it-18 ta' Diċembru, 1989 u approvat mid-Deċiżjoni 90/116/KEE [3]; Billi ċerti obbligazzjonijiet, previsti mill-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni barra mill-ambitu tal-politika kummerċjali tal-Komunità, jaffettwaw jew x' aktarx jeffettwaw l-arranġamenti stabbiliti mill-Att Komunitarju adottati fl-arjiet tad-dritt ta' l-istabbiliment, trasport u t-trattament ta' l-impriżi; Billi l-imsemmi Ftehim jimponi fuq il-Komunitajiet Ewropej ċerti obbligazzjonijiet fir-rigward tal-movimenti tal-kapital u l-pagamenti bejn il-Komunità u r-Russja; Billi, barra minn hekk, sal-punt safejn l-imsemmi Ftehim jeffettwa id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 fuq is-sistemi komuni tat-taxxa applikabbli lill-għaqdiet, diviżjonijiet, trasferimenti ta' assi u skambju ta' l-ishma fir-rigward ta' kumpanniji ta' Stati Membri differenti [4], id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta' Lulju 1990 fuq is-sistemi komuni tat-taxxa applikabbli fil-kas ta' kumpaniji parenti u sussidwarji ta' Stati Membri differenti [5], u illi huma ibbażati fuq l-Artikolu 100 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dak l-Artikolu għandha jintuża bħala bażi legali; Billi ċerti disposizzjonijiet ta' l-imsemmi Ftehim jimponu fuq il-Komunità obbligazzjonijiet fl-oqsma fil-provvista tas-servizzi illi jmorru lil hinn mill-qafas transkonfini; Billi ċerti disposizzjonijiet ta' l-imsemmi Ftehim illi għandhom jiġu implimentati mill-Komunità, it-Trattat illi jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ma jagħmel l-ebda disposizzjoni għall-poteri speċifiċi; Billi huwa għaldaqstant meħtieġ illi jsir rikors għall-Artikolu 235 tat-Trattat, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim dwar is-Sħubija u l-Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, fuq in-naħa l-oħra, flimkien mal-Protokoll u d-dikjarazzjoni, huwa qiegħed jiġi hawnhekk approvat f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. It-testi huma annessi ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 1. Il-posizzjoni illi għandha tiġi adottata mill-Komunità fil-Kunsill ta' Koperazzjoni u l-Kumitat ta' Koperazzjoni għandha tiġi determinate mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jew meta approprjat, mill-Kummissjoni, f'kull każ skond id-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat illi jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. 2. Skond l-Artikolu 91 tal-Ftehim tas-Sħubija u l-Koperazzjoni, il-President tal-Kunsill għandu jippresjedi l-Kunsill ta' Koperazzjoni u għandu jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresjedi l-Kumitat ta' Koperazzjoni skond ir-regoli ta' proċeduri u għandu jippreżenta l-posizzjoni tal-Komunità. 3. Id-deċiżjoni sabiex jiġu pubblikati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Koperazzjoni u l-Kumitat ta' Koperazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandha tittieħed fuq il-bażi tal-merti tal-każ mill-Kunsill u l-Kummissjoni. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika preskritta fl-Artikolu 112 tal-Ftehim f'isem il-Komunajiet Ewropej. Il-President tal-Kummissjoni għandu jagħti din in-notifika f'isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. Magħmul fil-Lussemburgu, 30 Ottubru 1997. Għall-Kummissjoni J. Santer Il-President F'isem il-Kunsill Il-President F. Boden [1] Dan il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni ġie iffirmat mar-Russja fl-24 ta' Ġunju 1994 mill-Komunitajiet Ewropej u t-tnax-il Stat Membru ta' dak iż-żmien. Wara t-tkabbar, kien ġie iffirmat Protokoll Addizjonalli mar-Russja fil-21 ta' Mejju, 1997 sabiex ikunu jistgħu jagħmluha possibbli għall-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja illi jsiru membri fil-Ftehim flimkien mat-tnax Stat Membru l-ieħor u sabiex jagħmlu uffiċjali.l-verżjonijiet tal-Ftehim bl-Isvediż u l-Finlandiż.Wara t-tkomplija tal-proċeduri meħtieġa, l-Komunitajiet u l-Istati Membri tagħhom iddeċidew ukoll – wara l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija – illi japplikaw id-disposizzjonijiet tal-Protokoll Addizjonali sakemm jidħol fis-seħħ, skond l-Artikolu 4 tiegħu. Għaldaqstant, it-test tal-Ftehim ta' Sħubija illi jinsab fl-edizzjoniijiet bl-Isvediż u l-Finlandiż tal-Ġurnal Uffiċjali huwa wieħed illi jsir uffiċjali mill-Protokoll Addizzjonali.Il-Ftehim tas-Sħubija u l-Koperazzjoni konkluż mar-Russja għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1997, wara illi jkunu tlestew sat-30 ta' Ottubru 1997in-notifiki dwar it-tlestija tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 112, it-tieni paragrafu. [2] ĠU C 339, tat-18.12.1995, p. 45. [3] ĠU L 68, tal-15.3.1990, p. 1. [4] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 1. [5] ĠU L 225, ta' l-20.8.1990, p. 6. --------------------------------------------------