EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0284

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’April 1997 li tieħu l-post tad-Deċżjoni tal-Kummissjoni 96/536/KE tad-29 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi l-lista tal-prodotti msejsa fuq il-ħalib li rigward tagħhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jikkonċedu derogi individwali u ġenerali skond l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/46/KEE u n-natura tad-derogi li japplikaw għall-fabbrikazzjoni ta’ dawn il-prodotti

ĠU L 114, 1.5.1997, p. 45–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2006; Impliċitament imħassar minn 32006D0765

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/284/oj

31997D0284



Official Journal L 114 , 01/05/1997 P. 0045 - 0046


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta’April 1997

li tieħu l-post tad-Deċżjoni tal-Kummissjoni 96/536/KE tad-29 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi l-lista tal-prodotti msejsa fuq il-ħalib li rigward tagħhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jikkonċedu derogi individwali u ġenerali skond l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/46/KEE u n-natura tad-derogi li japplikaw għall-fabbrikazzjoni ta’ dawn il-prodotti

(97/284/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-ħalib sħiħ, tal-ħalib ittrattat bis-sħana u tal-prodotti msejsa fuq il-ħalib [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE jipprovdi l-possibbiltà li l-Istati Membri jiġu awtorizzati li jikkonċedu derogi individwali u ġenerali minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/536/KE [3] tawtorizza lill-Istati Membri li jikkonċedu derogi minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(A)(1) sa (4) tad-Direttiva 92/46/KEE u tiddefenixxi n-natura ta’ dawn id-derogi;

Billi t-test tad-Deċiżjoni hawn fuq imsemmija għandu jkun addattat għalbiex jagħmilha iktar ċara; billi, barra minn dan, m’għandhiex tiġi ppubblikata lista tal-prodotti msejsa fuq il-ħalib li għalihom l-Istati Membri jikkonċedu derogi individwali jew ġenerali awtorizzati taħt l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/46/KEE;

Billi l-fatt illi Stat Membru jikkonċedi deroga skond id-Deċiżjoni 96/536/KE ma jagħtix lill-produtturi tal-prodotti interessati d-dritt li jqegħduhom fis-suq billi jużaw denominazzjoni riservata bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-identifikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 535/97 [5];

Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L- Artikolu 1

It-Test tad-Deċiżjoni Nru 96/536/KE huwa mibdul b’dan li ġej:

"L- Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/46/KEE u ta’ din id-Deċiżjoni, il-prodotti msejsa fuq il-ħalib b’karatteristiċi tradizzjonali għandhom ifissru l-prodotti msejsa fuq il-ħalib li huma:

- magħrufa storikament, jew

- iffabbrikati skond ir-referenzi tekniċi jew il-metodi tal-produzzjoni kkodifikati jew irreġistrati fi Stat Membru li fih ikunu tradizzjonalment iffabbrikati, jew

- protetti b’liġi nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-Istat Membru li fih jiġu ffabbrikati tradizzjonalment.

L- Artikolu 2

L-Istati Membri huma hawnhekk awtorizzati li jikkonċedu lill-istabbilimenti li jiffabbrikaw ċerti prodotti msejsa fuq il-ħalib b’karatteristiċi tradizzjonali kif iddefiniti fl-Artikolu 1 derogi individwali jew ġenerali mill-kondizzjonijiet stabbiliti:

(a) fil-punt 6 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness B u l-punt 2 tal-Kapitolu III ta’ l-Anness Ċ mad-Direttiva 92/46/KEE rigward in-natura tal-materjali li jikkomponu l-istrumenti u t-tagħmir speċifiku għat-tħejjija, l-imballaġġ u t-tgeżwir ta’ dawn il-prodotti;

dawn l-istrumenti u t-tagħmir iridu, madankollu, jiġu kostantement mantenuti fi stat sodisfaċenti ta’ indafa u jiġu mnaddfa u ddiżinfettati regolarment;

(b) fil-punt 2(a), (b), (ċ) u (d) tal-Kapitolu I ta’ l-Anness B mad-Direttiva 92/46/KEE rigward il-kantini u l-kmamar għall-maturazzjoni ta’ dawn il-prodotti;

dawn il-kantini u l-kmamar għall-maturazzjoni jista’ jkun fihom ħitan naturali ġeoloġiċi u ħitan, art, soqfa u bibien li mhumiex lixxi, li ma jidħolx ilma minnhom u b’saħħithom għal tul ta’ żmien, koperti b’kisja kkulurita ħafif jew ta’ materjal li ma jinħefiex. Il-frekwenza u n-natura tal-miżuri tat-tindif u tad-diżinfettar f’dawn il-kantini u kmamar għandhom jiġu aġġustati għat-tip ta’ l-attività għalbiex titqies il-flora ambjentali speċifika tagħhom."

L- Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ April 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1.

[2] ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10.

[3] ĠU L 230, tal-11.9.1996, p. 12.

[4] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 1.

[5] ĠU L 83, tal-25.3.1997, p. 3.

--------------------------------------------------

Top