This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997D0126
97/126/EC: Council Decision of 6 December 1996 concerning the conclusion of an agreement between the European Community, of the one part, and the Government of Denmark and the Home Government of the Faroe Islands, of the other part
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni ta' ftehim bejn il-Komunitá Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni ta' ftehim bejn il-Komunitá Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra
ĠU L 53, 22.2.1997, p. 1–1
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/08/2008
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/126/oj
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32008D0645 | Tlestija | artikolu 4 | ||
Modified by | 32008D0645 | Tlestija | artikolu 3 |
Official Journal L 053 , 22/02/1997 P. 0001 - 0001
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni ta' ftehim bejn il-Komunitá Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra (97/126/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEJA, Wara li kkunsidrat Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropeja u partikolarment l-Artikolu 113 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) tiegħu, Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Kummissjoni nnegozjat għan-nom tal-Komunitá ftehim ġdid li jissostitwixxi l-Ftehim bejn il- Komunità Ekonomika Ewropea minn naħa waħda u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe min-naħa l-oħra [1], iffirmat fit-2 ta' Diċembru 1991, kif emendat mill-Ftehim [2] fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunitá Ewropeja minn naħa waħda u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra, iffirmat fit-8 ta' Marzu 1995, Billi dan il-Ftehim ġdid għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il- Komunità Ewropea minn naħa waħda u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat għan-nom tal-Komunitá. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuni li jistgħu jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbtu ′l Komunitá u li jagħtu notifika li hemm provdut għaliha fl-Artikolu 40 tal-Ftehim. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 1996. F'isem il-Kunsill Il-President D. Spring [1] ĠU L 371, tal-31.12.1991, p. 1. [2] ĠU No L 54, ta' l-10.3.1995, p. 25. --------------------------------------------------