Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0823

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 823/96 tat-3 ta’ Mejju 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/95 li jistabbilixxi regoli speċjali dettaljati sabiex jiġu applikati r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1953/82 u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3846/87

    ĠU L 111, 4.5.1996, p. 9–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/823/oj

    31996R0823



    Official Journal L 111 , 04/05/1996 P. 0009 - 0011


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 823/96

    tat-3 ta’ Mejju 1996

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/95 li jistabbilixxi regoli speċjali dettaljati sabiex jiġu applikati r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1953/82 u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3846/87

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2931/95 [2], u partikolarment l-Artikoli 13(3) u 17 (14) ta’ dan,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1466/95 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/96 [4], jistabbilixxi regoli speċjali dettaljati sabiex jiġu applikati r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

    Billi l-esperjenza miksuba turi illi huwa meħtieġ li jiġu ċċarati l-arranġamenti imdaħħla bl-Artikolu 1a u d-dispożizzjonijiet dwar it-tolleranza dikjarati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1466/95;

    Billi, fil-qafas tal-konsultazzjonijiet ma’ l-Isvizzera dwar l-implimentazzjoni tar-riżultati ta’ l-Uruguay Round, ġie miftiehem li jiġu applikati sett ta’ miżuri li jipprovdu partikolarment tnaqqis fid-dazji tad-dwana dwar ċerti tipi ta’ ġobon mill-Komunità importati fl-Isvizzera; billi għandu jiġi garantit l-oriġini Komunitarju ta’ dawn il-prodotti; billi, għal dan l-iskop, il-liċenzi ta’ l-esportazzjoni għandhom ikunu obbligatorji għat-tipi kollha tal-ġobon esportati skond l-arranġamenti, inklużi t-tipi ta’ ġobon li fuqhom ma jitħallsux rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni; billi l-liċenzi għandhom jinħarġu bla ħsara għall-preżentazzjoni mill-esportatur ta’ dikjarazzjoni li tiċċertifika l-oriġini Komunitarju tal-prodott; billi din is-sistema tieħu post dik provvduta bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1953/82 tas-6 ta’ Lulju 1982 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ ġobon lil ċerti pajjiżi terzi [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3337/94 [6], li jista’ jiġi mħassar kif jixraq;

    Billi n-nota 6 fil-qiegħ tal-paġna fit-Taqsima 9 ta’ l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 tas-17 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifondi fuq l-esportazzjoni [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 310/96 [8], tiffissa l-valur minimu ta’ ċerti tipi ta’ ġobon li jikkwalifikaw skond l-arranġamenti tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni; billi, fl-interess tal-konsistenza u ċ-ċarezza, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 1466/95; billi, mogħtija x-xejra fil-prezzijiet tas-suq u sabiex ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni jiksbu l-impatt ekonomiku sħiħ tagħhom, dan il-valur minimu għandu juġi miżjud u għandu japplika għal kull tip ta’ ġobon; [9]

    Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1466/95 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 1a jiġi emendat kif ġej:

    (a) fil-paragrafu 4 (a), it-"Taqsima 19" tiġi mibdula bit-"Taqsima 22";

    (b) jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "5. Fuq it-talba tal-parti interessata, għandha tinħareġ kopja attestata tal-liċenza."

    2. Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    "L-Artikolu 1b

    1. Dan l-Artikolu jippreskrivi regoli speċjali dettaljati li jirregolaw l-esportazzjonijiet lejn l-Isvizzera tat-tipi ta’ ġobon imniżżla fil-lista fl-Anness.

    2. Il-liċenzi ta’ l-esportazzjoni għandhom jiġu preżentati għall-esportazzjonijiet kollha koperti bil-paragrafu 1 mill-1 ta’ Lulju 1996.

    3. It-Taqsima 20 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u tal-liċenzi nfushom għandhom juru riferenza għal dan l-Artikolu.

    4. L-applikazzjonijiet għal-liċenza għandhom jintlaqgħu biss fejn l-applikant:

    - jidikjara bil-miktub li l-materjal kollu li jidħol fil-Kapitolu 4 tan-nomanklatura kombinata u wżat fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti koperti bl-applikazzjoni tiegħu jkunu ġew prodotti għal kollox ġewwa l-Unjoni Ewropea,

    - jimpenja ruħu bil-miktub li jipprovdi, fuq it-talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti, kull prova oħra tal-verità li dawn ta’ l-aħħar jikkunsidraw meħtieġa għall-ħruġ tal-liċenzi u li jaċċetta, fejn japplikaw, kull kontroll/eżami minn dawn l-awtoritajiet tal-kontijiet u tal-kondizzjonijiet li fuqhom ikunu ġew fabbrikati l-prodotti.

    5. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-esportazzjonijiet mhux koperti bl-applikazzjonijiet għal rifużjoni:

    (a) it-Taqsima 22 ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u tal-liċenzi nfushom għandhom juru l-kliem "Għall-esportazzjoni mingħajr rifużjoni"

    (b) il-liċenzi għandhom jinħarġu malajr kemm jista’ jkun wara li jiġu depożitati l-applikazzjonijiet;

    (ċ) il-liċenzi għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ tagħhom fit-tifsira ta’ l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 sat-30 ta’ Ġunju li jiġi wara;

    (d) id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw, bl-eċċezzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1);

    (e) għandu japplika r-Regolament (KEE) Nru 3719/88.

    6. Ma’ l-applikazzjoni mill-parti interessata, għandha tinħareġ kopja attestata tal-liċenza."

    3. Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    "L-Artikolu 2a

    Ma għandu jiġi konċess l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjonijiet għal tipi ta’ ġobon fejn il-prezz ħieles-fuq-il-fruntiera qabel l-applikazzjoni għar-rifużjoni fl-Istat Membru ta’ l-esportazzjoni jkun inqas minn 230 Ecu għal kull 100 kilogramma."

    4. L-Artikolu 10(2) jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "2. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 dwar it-tolleranzi għall-kwantitajiet esportati għandhom japplikaw kif ġej:

    (a) ir-rata ta’ 5 % stabbilita fl-Artikolu 8(5) għandha tiġi mibdula bi 2 %;

    (b) ir-rati ta’ 95 % u 5 % stabbiliti fl-Artikolu 33(2) għandhom jiġu mibdula bi 98 % u 2 % rispettivament;

    (ċ) ir-rata ta’ 5 % stabbilita fl-Artikolu 44(9)(c) għandha tiġi mibdula bi 2 %."

    5. L-Anness ma’ hawn jiżdied bħala l-Anness.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1953/82 huwa hawnhekk imħassar. Madankollu, iċ-ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa skond dan ir-Regolament ((KEE) Nru 1953/82) qabel id-dul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ((KE) Nru 823/96) għandhom jibqgħu validi għall-esportazzjonijiet skond il-liċenzi maħruġa qabel din id-data.

    Artikolu 3

    In-nota 6 f’qiegħ il-paġna u r-riferenza relevanti fl-ewwel linja biswit il kodiċi ex 0406 fis-Settur 9 ta’ l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 3846/87 huma hawnhekk imħassra.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Mejju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

    [2] ĠU L 307, ta’ l-20.12.1995, p. 10.

    [3] ĠU L 144, tat-28.6.1995, p. 22.

    [4] ĠU L 84, tat-3.4.1996, p. 31.

    [5] ĠU L 212, tal-21.7.1982, p. 5.

    [6] ĠU L 350, tal-31.12.1994, p. 66.

    [7] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p. 1.

    [8] ĠU L 46, tat-23.2.1996, p. 1.

    [9] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Il-lista tat-tipi tal-ġobon msemmija fl-Artikolu 1b (1)

    Kodiċi NM | Deskrizzjoni (Nonklematura ta' prodott agrikolu għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni) |

    0406 | Ġobon u baqta: |

    ex04061020 | – – – Rikotta, mielħa |

    040620 | – Ġobon maħkuk jew ippolverizzat, ta' kull tip |

    040640 | – Ġobon bil-vina blu |

    ex040690 | – Ġobon ieħor: |

    04069061 | – – – – – Grana Padano, Parmeggiano Reggiano |

    04069063 | – – – – – Fiore Sardo, Pecorino |

    04069069 | – – – – – Ieħor: |

    04069073 | – – – – – Provolone |

    ex04069075 | – – – – – Caciocavallo |

    ex04069076 | – – – – – Fontina mill-Valle d'Aosta: |

    ex04069087 | – – – – – – – – Idiazabal, Manchego, Roncal, manifatturati esklussivament mill-ħalib tan-ngħaġ |

    --------------------------------------------------

    Top