This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31996R0716
Commission Regulation (EC) No 716/96 of 19 April 1996 adopting exceptional support measures for the beef market in the United Kingdom
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 716/96 tad-19 ta’ April 1996 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam taċ-ċanga fir-Renju Unit
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 716/96 tad-19 ta’ April 1996 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam taċ-ċanga fir-Renju Unit
ĠU L 99, 20.4.1996, p. 14–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 23/01/2006
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 31996R0774 | Sostituzzjoni | artikolu 1.2 VERS.EN | ||
Modified by | 31996R0774 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 29/04/1996 | |
Modified by | 31996R0835 | Tlestija | artikolu 2.1 | 29/04/1996 | |
Modified by | 31996R1512 | Emenda | artikolu 2.1 | 05/08/1996 | |
Modified by | 31996R1846 | Tlestija | artikolu 2.1 | 26/09/1996 | |
Modified by | 31996R1974 | Emenda | artikolu 2.1 | 21/10/1996 | |
Modified by | 31996R1974 | Emenda | artikolu 2.2 | 21/10/1996 | |
Modified by | 31996R1974 | Żieda | artikolu 1.6 | 21/10/1996 | |
Modified by | 31996R2149 | Emenda | artikolu 1.1 | 25/11/1996 | |
Modified by | 31996R2423 | artikolu 2.3DEVIENT artikolu 2.4 | |||
Modified by | 31996R2423 | Żieda | artikolu 2.3 | 01/01/1997 | |
Modified by | 31997R1365 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 04/08/1997 | |
Modified by | 32000R1176 | Emenda | artikolu 2.1 | 05/06/2000 | |
Modified by | 32003R0667 | Emenda | artikolu 2.3 | 15/04/2003 | |
Modified by | 32003R0667 | Sostituzzjoni | artikolu 2.1 | 15/04/2003 | |
Modified by | 32005R2109 | abolizzjoni | artikolu 2.2 | 23/01/2006 | |
Modified by | 32005R2109 | Sostituzzjoni | artikolu 1.1 | 23/01/2006 | |
Modified by | 32005R2109 | abolizzjoni | artikolu 2.4 | 23/01/2006 | |
Modified by | 32005R2109 | Emenda | artikolu 2.3 | 23/01/2006 | |
Modified by | 32005R2109 | Sostituzzjoni | artikolu 2.1 | 23/01/2006 |
Official Journal L 099 , 20/04/1996 P. 0014 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 716/96 tad-19 ta’ April 1996 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam taċ-ċanga fir-Renju Unit IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2417/95 [2] u, b’mod partikolari, l-Artikolu 23 tiegħu, Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/239/KE tas-27 ta’ Marzu 1996 dwar il-miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni mill-enċefalopatija spunġiforma bovina (BSE) [3] tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin, jew kull parti minnhom, mir-Renju Unit lejn Stati Membri oħra u l-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi bħala riżultat ta’ l-inċidenza tal-BSE fir-Renju Unit; billi r-Renju Unit ipprojbixxa d-dħul ta’ annimali bovini ta’ iktar minn 30 xahar għomor fiż-żmien tal-qatla fil-katina ta’ l-ikel tal-bniedem u tal-għalf ta’ l-annimali; billi dawn il-miżuri jinvolvu disturbi serji fis-suq tar-Renju Unit; billi huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu miżuri eċċezzjonali sabiex jappoġġaw dan is-suq; billi huwa xieraq li tiġi stabbilita skema Komunitarja ta’ ko-finanzjament li tawtorizza lir-Renju Unit li jixtri l-annimali koperti bil-projbizzjoni msemmija hawn fuq bil-ħsieb li jinqatlu u sussegwentement jinqerdu; Billi, minħabba l-firxar tal-marda, b’mod partikolari, tat-tul probabbli taż-żmien li sejra tieħu, u b’konsegwenza ta’ dan il-kobor ta’ l-isforzi meħtieġa sabiex jappoġġjaw is-suq, għandu jkun xieraq li dawn l-isforzi jinqasmu bejn il-Komunità u r-Renju Unit; Billi, fil-biċċa l-kbira tal-każi l-annimali maqtula qabel il-għomor ta’ 30 xahar huma baqar magħżula għall-qatla; billi l-prezz osservat l-iktar reċenti tal-karkassi tal-baqar fis-suq tar-Renju Unit kien ekwivalenti għal 1 Ecu għal kull kilogramma piż ħaj u huwa għalhekk xieraq li l-prezz tax-xiri jiġi bażat fuq dan, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ aġġustament sussegwenti fid-dawl ta’ iżviluppi; billi, f’każi simili l-Komunità kkontribwixxiet għan-nefqa ġenerali miġrura bir-rata ta’ 70 %; billi l-prezz ta’ 1 Ecu għal kull kilogramma huwa ugwali fuq medja għall-prezz ta’ 560 Ecu għal kull annimal; billi huwa xieraq, bil-ħsieb tan-numri kbar ta’ annimali nvoluti u fl-interess tas-simplifikazzjoni, li tiġi provvduta kontribuzzjoni ta’ 392 Ecu għal kull annimal; Billi, huwa meħtieġ li jiġi żgurat illi l-annimali nvoluti jinqatlu u jinqerdu f’manjiera li ma tpoġġi l-ebda tehdida għas-saħħa tal-bniedem jew għas-saħħa ta’ l-annimali l-oħra; billi, huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet għall-qerda ta’ dawn l-annimali u tal-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet tar-Renju Unit; billi, sabiex jiġi evitat illi l-annimali li jridu jinqatu skond din l-iskema jitħalltu ma’ annimali mhux koperti b’din l-iskema u li jseħħu żbalji dwar l-identifikazzjoni, għandhom jinżammu għalihom fil-kenn ta’ biċċerija, kif ukoll fil-biċċerija nnfisha; Billi, għandha ssir dispożizzjoni sabiex l-esperti tal-Kummissjoni jivverifikaw il-konformità mal-kondizzjonijiet kif speċifikati; Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam taċ-Ċanga u tal-Vitella ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha tiġi awtorizzata li tixtri kull annimal bovin ta’ iktar minn 30 xahar għomor li ma juri l-ebda sinjal kliniku tal-BSE, presentat lilha minn kull produttur jew l-aġent tiegħu, li kien, matul perjodu ta’ żmien ta’ mill-inqas tliet xhur qabel il-bejgħ tigħu, f’azjenda li tinsab fit-territorju tar-Renju Unit. 2. L-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinqatlu f’biċċeriji nominati speċjalment, l-irjus, l-organi ġewwiena u l-karkassi għandhom jiġu markati bi dbabar permanenti. Il-materjal markat bid-dbabar għandu jiġi trasportat f’kontenituri siġillati lejn impjanti speċjalment awtorizzati ta’ inċinerazzjoni, fejn għandu jiġi proċessat u wara meqrud. L-ebda parti mill-annimali msemmija hawn fuq ma tista’ tiddaħħal fil-katina ta’ l-ikel tal-bniedem jew ta’ l-għalf ta’ l-annimali jew tiġi wżata għal prodotti kosmetiċi jew farmaċewtiċi. Rappreżentat ta’ l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandu jkun presenti permanentement fil-biċċerija msemmija hawn fuq sabiex jissorvelja l-operazzjonijiet in kwistjoni. Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit tista’ tippermetti qtil fir-razzett ta’ annimal fejn il-prattika eżistenti tal-ġid tal-bhima tkun teħtieġ dan. Minkejja t-tieni subparagrafu, il-ġlud ta’ l-annimali msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx għalfejn jiġu markati bi dbabar jew meqruda sakemm ikun ġew ittrattati b’dak il-mod li jkunu jistgħu jintużaw biss għall-manifattura tal-ġilda. 3. Il-biċċeriji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu organizzati u mħaddma b’tali mod li jiżguraw illi: - l-ebda annimal bovin, li l-prodott tiegħu mill-qatla jkun maħsub għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, ma jkun presenti fil-biċċerija meta l-bhejjem jkunu qegħdin jinqatlu skond din l-iskema, - fejn huwa meħtieġ li l-annimali bovini jinqatlu skond l-iskema li jridu jinżammu fil-kenn, għandhom jinżammu separatament minn annimali bovini li jkunu maħsuba għall-qatla għall konsum tal-bniedem jew ta’ l-annimali, u - fejn huwa meħtieġ li l-prodotti miksuba mill-annimali maqtula skond din l-iskema jridu jinħażnu, din il-ħażna għandha tkun separata minn kull faċilità tal-ħażna wżata għal-laħam jew għal prodotti oħra maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali. 4. L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha: - twettaq il-verifiki amministrattivi meħtieġa u sorveljanza effettiva fuq il-post ta’ l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, u - tikkontrolla dawn l-operazzjonijiet fuq il-bażi ta’ spezzjonijiet spissi u bla tagħrif minn qabel, b’mod partikolari sabiex tivverifika illi materjal kollu markat bid-dbabar kien effettivament meqrud; Ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki u kontrolli għandhom ikunu disponibbi għall-Kummissjoni fuq talba. 5. Jekk in-numru ta’ annimali presentati għall-bejgħ u l-qerda sussegwenti jaqbeż in-numru li għalih ikun hemm il-kapaċità tal-qerda tiegħu fir-Renju Unit, l-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-aċċess għal din l-iskema. Artikolu 2 1. Il-prezz li jrid jitħallas lill-produtturi jew lill-aġenti tagħhom mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit skond l-Artikolu 1(1) għandu jkun ta’ 1Ecu għal kull kilogramma piż ħaj. 2. Il-Komunita għandha tikkofinanzja n-nefqa miġrura mir-Renju Unit għax-xiri msemmi taħt l-Artikolu 1(1) bir-rata 392 Ecu għal kull annimal mixtri u li jkun ġie meqrud skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-L-Artikolu 1. 3. Ir-rata tal-kambju li trid tiġi applikata għandha tkun ir-rata agrikola valida fl-ewwel jum tax-xahar tax-xiri ta’ l-annimal involut. Artikolu 3 Ir-Renju Unit għandu jadotta l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassigura l-applikazzjoni kif imiss ta’ din l-iskema u l-konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Għandu jinforma lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun dwar il-miżuri li jkun ħa u dwar kull emendi għalihom. Artikolu 4 L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit: (a) għandha tinforma lill-Kummissjoni kull nhar ta’ Erbgħa, dwar in-numru ta’ annimali: - mixtrija, u - maqtula skond din l-iskema matul il-ġimgħa ta’ qabel; (b) għandha tistabbilixxi rapport dettaljat tal-kontrolli mittieħda minnhom skond il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 u għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni kull tlett xhur. Artikolu 5 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 [4], l-esperti tal-Kummissjoni, akkumpanjati fejn xieraq minn esperti mill-Istati Membri, għandhom iwettqu, b’kollaborazzjoni ma’ l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, spezzjonijiet fuq il-post sabiex jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 6 Il-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament għandhom jiġu kunsidrati li huma miżuri ta’ intervent skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70. Artikolu 7 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoi tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mid-29 ta’ April 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ April 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. [2] ĠU L 248, ta’ l-14.10.1995, p. 39. [3] ĠU L 78, tat-28.3.1996, p. 47. [4] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13. --------------------------------------------------