Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R0095

    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 95/96 tat-23 ta’ Jannar 1996 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1501/95 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 fuq ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq iċ-ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu fl-eventwalità ta’ ċaqliq fis-suq taċ-ċereali

    ĠU L 18, 24.1.1996, p. 10–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Imħassar b' 32010R0234

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/95/oj

    31996R0095



    Official Journal L 018 , 24/01/1996 P. 0010 - 0010


    Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 95/96

    tat-23 ta’ Jannar 1996

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1501/95 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 fuq ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fuq iċ-ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu fl-eventwalità ta’ ċaqliq fis-suq taċ-ċereali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1863/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1501/95 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2480/95 [4], jistipula, għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 16 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, il-miżuri li għandhom jittieħdu fejn ikun hemm ċaqliq jew theddida ta’ ċaqliq fis-suq tal-Komunità, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ taxxi ta’ esportazzjoni;

    Billi, minħabba fin-natura mhux kummerċjali tal-Komunità u l-miżuri ta’ għajnuna għall-ikel nazzjonali pprovduti taħt ftehim internazzjonali jew programmi oħrajn supplimentari, kif ukoll miżuri oħrajn ta’ proviżjon b’xejn tal-Komunità, esportazzjoni magħmula għal dan il-għan huma esklużi mit-taxxa fuq l-esportazzjoni applikabbli lill-esportazzjoni kummerċjali f’każijiet ta’ ċaqliq fis-suq taċ-ċereali; billi dispożizzjoni xierqa għandha għalhekk tkun introdotta fir-Regolament (KE) Nru 1501/95;

    Billi għandu jkun ipprovdut illi din id-dispożizzjoni speċifika tkun applikabbli, meta jiġu ppreżentati dokumenti li jsostnu dan, lill-esportazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ tali miżuri li jkunu saru minn meta jkunu ffissati t-taxxi fuq l-esportazzjoni bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 16 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 u, għall-ewwel darba li jiġu ffissati f’din is-sena ta’ negozju, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1749/95tat-18 ta’ Lulju 1995 li jagħmel taxxa fuq l-esportazzjoni dwar il-prodotti li jkunu skond il-kodiċi taċ-CN 10011000 u 11031110 [5];

    Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    "Madankollu, l-ebda taxxa m’hi se tiġi applikata lill-esportazzjoni taċ-ċereali jew prodotti taċ-ċereali li ssir biex jiġu implimentati miżuri tal-Komunità u għall-għajnuna għall-ikel nazzjonali pprovduti skond ftehim internazzjonali jew programmi supplimentari oħra, jew biex jiġu implimentati miżuri oħra ta’ provvista b’xejn mill-Komunità."

    L-Artikolu 2

    L-Artikolu 1 għandu jiġi applikat, fuq l-inizjattiva tal-operaturi kkonċernati meta tiġi ppreżentata prova illi huma qegħdin jesportaw bħala parti mill-ħidmiet konċernati ta’ għajnuna għall-ikel, lill-esportazzjoni li ssir għal dan il-għan mid-19 ta’ Lulju 1995. Kull garanziji li saru fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu rilaxxati.

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fil-ġurnata wara li jiġi ppubblikat fl-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Jannar 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.

    [2] ĠU L 179, tad-29.7.1995, p. 1.

    [3] ĠU L 147, tat-30.6.1995, p. 7.

    [4] ĠU L 256, tas-26.10.1995, p. 9.

    [5] ĠU L 169, tad-19.7.1995, p. 21.

    --------------------------------------------------

    Top