EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0603

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Ottubru 1996 li tistabbilixxi l-lista ta’ prodotti li jappartjenu għall-Klassijiet A Ebda kontribuzzjoni għan-nar ipprovdut għalihom fid-Deċiżjoni 94/611/KE li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti għall-biniTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 267, 19.10.1996, p. 23–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/06/2003

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/603/oj

31996D0603



Official Journal L 267 , 19/10/1996 P. 0023 - 0026


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-4 ta’ Ottubru 1996

li tistabbilixxi l-lista ta’ prodotti li jappartjenu għall-Klassijiet A "Ebda kontribuzzjoni għan-nar" ipprovdut għalihom fid-Deċiżjoni 94/611/KE li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti għall-bini

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(96/603/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti għall-bini [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2],

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/611/KE tad-9 ta’ Settembru 1994 li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti għall-bini [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) ta’ l-istess,

Billi l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 89/106/KEE jgħid li sabiex jingħata kont tal-livelli differenti ta’ protezzjoni għax-xogħlijiet ta’ bini li jistgħu jinstabu fuq livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali, kull ħtieġa essenzjali tista’ tagħti lok għall-istabbiliment ta’ klassijiet fid-dokumenti ta’ interpretazzjoni u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

Billi l-punt 4.2.1 tad-Dokument ta’ Interpretazzjoni Nru 2 "Sigurtà f’każ ta’ nar", kontenut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward id-dokumenti ta’ interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE [4], jiġġustifika l-ħtieġa għal livelli differenti tal-Ħtiġiet Essenzjali bħala funzjoni tat-tip, użu u post tax-xogħol ta’ bini, il-firxa tiegħu, u d-disponibiltà tal-faċilitajiet ta’ emerġenza;

Billi l-punt 2.2 tad-Dokument ta’ Interpretazzjoni Nru 2 jelenka numru ta’ miżuri internazzjonali għas-sodisfazzjon tal-Ħtieġa Essenzjali "Sigurtà f’każ ta’ nar" li, flimkien, jikkontribwixxu għad-definizzjoni ta’ strateġija ta’ sigurtà kontra n-nar li tista’ tkun użata b’mod differenti fl-Istati Membri;

Billi l-punt 4.2.3.3 tad-Dokument Interpretazzjoni Nru 2 jidentifika waħda mill-miżuri li tipprevali fl-Istati Membri li tikkonsisti fil-limitazzjoni tal-ġenerazzjoni u tal-firxa tan-nar u d-duħħan fil-kamra fejn joriġina (jew f’żona partikolari) billi tillimita il-kontribuzzjoni ta’ prodotti għall-bini għall-iżvilupp sħiħ tan-nar;

Billi d-definizzjoni ta’ klassijiet ta’ Ħtieġa Essenzjali tiddependi parzjalment fuq il-livell ta’ tali limitazzjoni;

Billi l-livell tal-limitazzjoni jista’ jkun espress biss b’livelli differenti tat-twettieq ta’ prodott, fil-kondizzjonijiet ta’ l-użu finali tal-prodotti, fir-rejazzjoni għan-nar;

Billi l-punt 4.3.1.1 tad-Dokument ta’ Interpretazzjoni Nru 2 jispeċifika li biex tippermetti t-twettieq tar-rejazzjoni għan-nar ta’ prodotti li jridu jkunu evalwati, soluzzjoni armonizzata tkun żviluppata li tista’ tutilizza t-testijiet sħaħ jew fuq skala ta’ l-iesperimentazzjoni li huma korrelati max-xenarji veri tan-nar;

Billi s-soluzzjoni tinsab f’sistema ta’ klassijiet li mhumiex inklużi fid-dokument ta’ interpretazzjoni imma li kienu adottati fid-Deċiżjoni 94/611/KE;

Billi fis-sistema ta’ klassijiet li tinsab fid-Deċiżjoni 94/611/KE, il-kategorija "Ebda kontribuzzjoni għan-nar" kienet stabbilita bi skop li tkopri prodotti li m’għandhomx il-ħtieġa li jkunu ttestjati għar-rejazzjoni tagħhom għan-nar u li hemm referenza għalihom bħala Klassijiet A fit-Tabelli 1 u 2 u, addizzjonalment, fit-Tabella 1 bħala "lista ta’ prodotti non-kombustibbli";

Billi l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 89/106/KEE jindika l-proċedura li għandha tkun segwita għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-istabbilir tal-klassijiet tal-ħtiġiet sal-limitu li mhumiex inklużi fid-dokumenti ta’ interpretazzjoni;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Il-materjali, u prodotti magħmulin minnhom, li huma elenkati fl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni, minħabba l-livell baxx tagħhom ta’ kombustibbiltà u bla ħsara għall-kondizzjonijiet ukoll stipulati fl-Anness, ikunu kklassifikati fil-Klassijiet A ("Ebda kontribuzzjoni għan-nar") kif provdut fit-Tabelli 1 u 2 ta’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 94/611/KE.

Għall-iskop ta’ din il-klassifika, l-ittestjar ta’ ebda reazzjoni għan-nar ta’ dawk il-materjali u prodotti magħmulin minnhom ikunu meħtieġa.

L-Artikolu 2

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Ottubru 1996.

Għall-Kummissjoni

Martin bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

[3] ĠU L 241, tas-16.9.1994, p. 25.

[4] ĠU C 62, tat-28.2.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Materjali li għandhom ikunu kkunsidrati bħala reazzjoni għan-nar Klassijiet A kif ipprovdut għalihom fid-Deċiżjoni 94/611/KE mingħajr il-ħtieġa ta’ ttestjar

Noti ġenerali

Il-prodotti jridu jkunu magħmulin minn wieħed jew iktar mill-materjali li ġejjin jekk iridu jkunu kkunsidrati bħala Klassijiet A mingħajr ittestjar. Prodotti magħmulin bl-inkullar ta’ wieħed jew iktar mill-materjali li ġejjin flimkien ikunu kkunsidrati Klassijiet A mingħajr ittestjar b’dan illi l-kolla ma taqbiżx 0,1 % skond il-piż jew il-volum (skond liema minnhom huwa l-iktar baxx).

Prodotti ta’ pannelli (eżempju: materjal ta’ l-insulazzjoni) b’saff organiku wieħed jew iktar, jew prodotti li jkun fihom materjal organiku li mhux imqassam b’mod omoġenju (bl-eċċezzjoni tal-kolla) huma esklużi mil-lista.

Prodotti magħmulin b’kisja waħda tal-materjali li ġejjin b’saff organiku (eżempju: prodotti tal-metall miksija) jistgħu ukoll ikunu kkunsidrati bħala Klassijiet A mingħajr ittestjar.

Ebda wieħed mill-materjali fit-tabella mhu permess li jkun fih iktar minn 1,0 % skond il-piż jew il-volum (skond liema wieħed minnhom huwa l-iktar baxx) ta’ materjal organiku mqassam b’mod omoġenju.

Materjal | Noti |

Tafal spandut | |

Perlit spandut | |

Vermikulit spandut | |

Suf minerali | |

Ħġieġ ċellulari | |

Konkos | Jinkludi konkrit imħallat bil-lest u ffurmat minn qabel rinforzat u prodotti prestressed |

Konkrit aggregat (aggregati minerali densi u ħfief, eskluża l-insulazzjoni termali integrata) | Jista’ jkun fih taħlitiet u addizzjonijiet (eżempju: PFA), kulur u materjali oħra. Inklużi unitajiet iffurmati minn qabel |

Unitajiet tal-konkos imtaqqbin u arjati | Unitajiet maħduma minn hydraulic binders bħalma hu s-siment jew/u l-ġir, ikkombinati ma’ materjal fin (materjal silikuż, PFA, blast furnace slag), u materjal li jiġġenera ċ-ċelluli. Inklużi unitajiet iffurmati minn qabel |

Siment tal-fibri | |

Siment | |

Ġir | |

Blast furnace slag/pulverized fly ash (PFA) | |

Aggregati minerali | |

Ħadid, azzar u stainless steel | Mhux f’forma diviża b’mod fin |

Ram u taħlitiet tar-ram | Mhux f’forma diviża b’mod fin |

Materjal | Noti |

Żingu u taħlitiet taż-żingu | Mhux f’forma diviża b’mod fin |

Aluminju u taħlitiet ta’ l-aluminju | Mhux f’forma diviża b’mod fin |

Gypsum u tikħil ibbażati fuq il-gypsum | Jistgħu jinkludu addittivi (ritardanti, tikħil, fibri, kuluri, ġir bl-ilma mneħħi, aġenti li jżommu l-arja u l-ilma u plasticisers) aggregati densi (eżempju: ramel naturali u misħuq) jew aggregati ħfief (eżempju: perlit u vermikulit). |

Tikħil b’aġenti inorganiċi li jorbtu | Tikħil li jirrendi/li jkaħħal u taħlit għal kontrabjut ta’ l-art ibbażat fuq wieħed mill-aġenti li jorbtu inorganiċi, eżempju: siment, ġir, siment taż-żrar u gypsum |

Unitajiet tat-tafal | Unitajiet mit-tafal jew materjal ieħor arġilliku bi jew bla ramel, karburant jew addittivi oħra. Inklużi brikks, madum, unitajiet ta’ madum jew tal-fuħħar (eżempju: kisi taċ-ċmieni) |

Unitajiet tas-sulfat tas-silikat tal-kalċju | Unitajiet magħmulin minn taħlita ta’ ġir u materjali silikużi naturali (ramel, żrar silikuż jew blat jew taħlitiet li joħorġu minnhom). Jistgħu jinkludu materjali biex jagħtu l-kulur |

Ġebel naturali u prodotti tal-lavanja | Element maħdum jew mhux prodott mill-ġebel naturali (blat magmatiku, sedimentarju u metamorfiku) jew lavanja |

Unità tal-gypsum | Jinkludu blokki u unitajiet oħra tas-sulfat tal-kalċju u l-ilma li jistgħu jinkorporaw fibri, tikħil, aggregati u addittivi oħra u jistgħu jkun fijom materjali li jagħtu l-kulur |

Terrazo | Jinkludi madum tat-terrazo tal-konkos magħmul minn qabel u ta’ pavimentar fil-post |

Ħġieġ | Jinkludi ħġieġ bil-wajer u laminat, imsaħħaħ kimikament u msaħħaħ bis-sħana |

Ċeramika tal-ħġieġ | Ċeramika tal-ħġieġ li tikkonsisti minn fażi tal-ħġieġ residwu u kristallin |

Ċeramika | Tinkludi prodotti ppressati bit-tab u estrużi, igglejżjati jew le |

--------------------------------------------------

Top