Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0582

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Ġunju 1996 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tas-sistemi strutturali ta’ l-issiġillar tal-ħgieġ u ankri tal-metall għall-konkos

    ĠU L 254, 8.10.1996, p. 62–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/582/oj

    31996D0582



    Official Journal L 254 , 08/10/1996 P. 0062 - 0065


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-24 ta’ Ġunju 1996

    dwar il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tas-sistemi strutturali ta’ l-issiġillar tal-ħgieġ u ankri tal-metall għall-konkos

    (Test ta’ rilevanza ta’ l-Ftehim ŻEE)

    (96/582/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-prodotti tal-bini [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

    Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, bħal bejn iż-żewġ proċeduri taħt l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għal attestazzjoni tal-konformità ta’ prodott, il-‘proċedura l-inqas oneruża konsistenti mas-sigurtà’; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza tas-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni ta’ fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-fabbrikant hija meħtieġa u kondizzjoni biżżejjed għall-attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mal-konformità mal-kriterja msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni approvat huwa għalhekk meħtieġ;

    Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilita trid tkun indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniki; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

    Billi ż-żewġ proċeduri li hemm ipprovdut għalihom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III li jinab mad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa meħtieġ għalhekk li jiġu speċifikati b’mod ċar il-metodi li permezz tagħhom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu mplimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi;

    Billi l-proċedura li hemm referenza għaliha fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi għas-sistemi stipulati fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbiltajiet tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura li hemm referenza għaliha fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi għas-sistemi stipulati fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà, b’sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III;

    Billi l-miżuri għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Il-prodotti stipulati fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura, fejn, flimkien mas-sistema tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika operata mill-manifattur, korp ta’ ċertifikazzjoni approvat jiġi nvolut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

    L-Artikolu 2

    Il-proċedura għal attestazzjoni tal-konformità kif stipulata fl-Anness II għandha tkun indikata f’mandati għall-linji ta’ gwida għall-approvazzjoni teknika Ewropea.

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Ġunju 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Martin bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    SISTEMI STRUTTURALI GĦALL-ISSIĠILLAR TAL-ĦĠIEĠ (PURTIERI TAL-ĦAJT)

    - Tagħmir strutturali għall-issiġillar tal-ħġieġ tat-tipi I, II, III u IV [1] biex jintużaw bħala ħitan esterni u soqfa.

    ANKRI TAL-METALL GĦAL UŻU FIL-KONKOS (IRBIT MEKKANIKU)

    - Ankri tal-metall għall-użu fil-konkos (tip li jiflaħ għax-xogħol iebes) biex jintużaw għat-twaħħil u/jew jirfdu elementi strutturali tal-konkos jew unitajiet tqal bħal ngħidu aħna soqfa sospiżi u miksija.

    [1]

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    PRODOTT:

    SISTEMI STRUTTURALI GĦAS-SIĠILLANT TAL-ĦĠIEĠ (1/1)

    FAMILJA TAL-PRODOTT

    KISI BIL-PURTIERI

    Sistemi ta’attestazzjoni ta’ konformità

    Għall-prodott (i) u l-użi maħsuba elenkati hawn taħt, l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (EOTA) hija mitluba biex tispeċifika s-sistema (i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità fil-linji gwida relevanti għall-approvazzjoni teknika Ewropea:

    Prodott (i) | Użu maħsub | Livell u klassi | Attestazzjoni ta’ sistema ta’ konformità |

    Kits strutturali tas-siġillant tal-ħġieġ, Tipi II u IV | ħitan u bjut esterni | — | 1 |

    Kits strutturali tas-siġillant tal-ħġieġ, Tipi I u III | 2 + |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tkun implimentata wkoll fejn it-twettiq m’għandux il-ħtieġa li jkun stabbilit għal ċerti karatteristiċi, għaliex ta’ l-inqas Stat Membru wieħed m’għandu ebda ħtieġa legali għal dik il-karatteristika (Ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, l-klawsoli 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettiq tal-prodott f’dak ir-rigward.

    PRODOTT:

    ANKRI TAL-METALL GĦAL UŻU FIL-KONKOS (1/1)

    FAMILJA TAL-PRODOTTI

    IRBIT MEKKANIKU

    Sistemi ta’attestazzjoni tal-konformità

    Għall-prodott (i) u l-użi maħsuba elenkati hawn taħt, l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (EOTA) hija mitluba biex tispeċifika is-sistema (i) li ġejja ta’ attestazzjoni tal-konformità fil-linji gwida rilevanti għall-approvazzjoni teknika Ewropea:

    Prodott (i) | Użu maħsub | Livell u klassi | Attestazzjoni tas-sistema tal-konformità |

    Ankri tal-metall għall-użu fil-konkos (tip li jifilħu għax-xogħol iebes) | għat-twaħħil u/jew irfid ta’ elementi strutturali tal-konkos jew unitajiet tqal bħal soqfa miksija jew sospiżi | | 1 |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tista’ tkun implimentata wkoll fejn it-twettiq m’għandux il-ħtieġa li jkun stabbilit għal ċerti karatteristiċi, għaliex ta’ l-inqas Stat Membru wieħed m’għandu ebda ħtieġa legali għal dik il-karatteristika (Ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, l-klawsoli 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ Interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jixtieqx jiddikkjara it-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

    --------------------------------------------------

    Top