Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996D0539

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Settembru 1996 dwar ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ sperma ta’ l-ispeċi ekwinaTest b’rilevanza għall-FEE

    ĠU L 230, 11.9.1996, p. 23–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010: This act has been changed. Current consolidated version: 01/09/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/539/oj

    31996D0539



    Official Journal L 230 , 11/09/1996 P. 0023 - 0027


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-4 ta’ Settembru 1996

    dwar ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ sperma ta’ l-ispeċi ekwina

    (Test b’rilevanza għall-FEE)

    (96/539/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tippreskrivi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi u importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ annimali, sperma, ova u embrijoni mhux suġġetti għal ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali preskritti f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm riferenza għalihom fl-Anness A (1) li jinsab mad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/176/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 11(2), 17 u 18 tagħha,

    Billi bid-Deċiżjoni Nru 94/63/KE [3] il-Kummissjoni ħejjiet lista proviżorja ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ sperma, ova u embrijoni ta’ l-ispeċi ovina, kaprina u ekwina, ova u embrijoni ta’ l-ispeċi tal-majjali;

    Billi għandha tiġi stabbilita l-kundizzjoni ta’ saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ sperma friska, mkessħa u ffriżata ta’ l-ispeċi ekwina skond il-ħtiġiet tad- Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE;

    Billi ċertu mard infettuż ta’ equidae jiġi trasmess permezz ta’ l-isperma; billi għalhekk hemm testijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali huma meħtieġa sabiex jidentifikaw mard bħal dan li għandhom jitwettqu skond programmi speċifiċi ta’ testijiet li jirriflettu l-moviment taż-żwiemel miżmuma għar-razza donaturi qabel u matul il-perodu ta’ ġbir ta’ l-isperma;

    Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ sperma friska, imkessħa jew iffriżata ta’ l-ispeċi ekwina li tikkonforma mal-ħtiġiet preskritti fil-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Anness u akkompanjati b’ċertifikat bħal dan mimli kif imiss.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 1996.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Settembru 1996.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54.

    [2] ĠU L 117, ta’ l-24.5.1995, p. 23.

    [3] ĠU L 28, tat-2.2.1994, p. 47.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top