This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995R2870
Council Regulation (EC) No 2870/95 of 8 December 1995 amending Regulation (EEC) No 2847/93 establishing a control system applicable to the common fisheries policy
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2870/95 tat-8 ta' Diċembru 1995 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għal politika komuni dwar is-sajd
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2870/95 tat-8 ta' Diċembru 1995 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għal politika komuni dwar is-sajd
ĠU L 301, 14.12.1995, p. 1–5
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 19SEXIES | 01/01/1996 | |
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 19NONIES | 01/01/1996 | |
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 21BIS | 01/01/1996 | |
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 19SEPTIES | 01/01/1996 | |
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 20BIS | 01/01/1996 | |
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 19QUATER | 01/01/1996 | |
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 19TER | 01/01/1996 | |
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 21QUATER | 01/01/1996 | |
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 19OCTIES | 01/01/1996 | |
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 19DECIES | 01/01/1996 | |
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 19BIS | 01/01/1996 | |
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 21TER | 01/01/1996 | |
Modifies | 31993R2847 | Żieda | artikolu 19QUINQUIES | ||
Modifies | 31993R2847 | Żieda | titolu 2BIS | 01/01/1996 | |
Partial adoption | 51995PC0256 |
Official Journal L 301 , 14/12/1995 P. 0001 - 0005
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2870/95 tat-8 ta' Diċembru 1995 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għal politika komuni dwar is-sajd IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummisjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitatt Ekonomiku u Soċjali [3], Billi ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/95 tal-15 ta'Ġunju 1995 li stabbilixxa sistema għall-ġestjoni ta' l-isforzi fis-sajd b'referenza għal ċerti żoni ta' tas-sajd u risorsi komunitarji [4] jiffissa l-livelli ta' l-isforz massimu ta' sajd annwali f'ċerti żoni; Billi, taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 685/95 tas-27 ta' Marzu 1995 dwar il-ġestjoni ta' l-isforzi fis-sajd b'referenza għal ċerti żoni tas-sajd u risorsi komunitarji [5], għandu jsir provvediment għal miżuri ta' kontroll u sorveljanza sabiex jiġi żgurat li s-sistema ta' ġestjoni ta' l-isforzi fis-sajd tkun qed tiġi osservata; Billi l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) No 685/95 jippreskrivi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtiega biex dawk il-bastimenti li għandhom il-bandiera ta' pajjiżhom jkunu meħtieġa jagħtu d-dettalji ta' dħul fi, u ħruġ minn, żoni tas-sajd lokalizzati f'dawl l-arei, li fihom japplikaw il-limitazzjoni fuq l-isforzi tas-sajd jew il-limitazzjoni fuq il-kapaċitajiet, u dwar dħul fi, u ħruġ minn, iż-żona li tinfirex min-Nofsinhar tal-latitudini 56o 30' Tramuntana, mil-Lvant tal-latitudini 12o Punent u mit-Tramuntana ta' latitudini 50o 30' Tramuntana, hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala "il-Kaxxa Irlandiża"; Billi l-Kunsill għandu jiddecidi mhux aktar tard mit-30 ta'Ġunju 1997 dwar il-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ġunju 1995 fuq l-infrastruttura tal-Komunità għall-ġestjoni ta' l-informazzjoni fuq il-qbid ta' ħut fl-ibħra tal-Komunità; Billi hu xieraq li jingħaraw derogi lil bastimenti li joperaw taħt kondizzjonijiet speċifiċi; Billi għandhu jkun għalhekk possibli għall-Istati Membri li jadottaw metodi semplici ta' komunikazzjoni għall-bastimenti li jkunu qed jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istat Membru tal-bandiera tagħhom jew ta' l-Istat Membru fejn il-bastimenti jkunu registrati; Billi, għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, il-kaptani ta' bastimenti tal-Komunità li jagħmlu inqas min 72 siegħa fuq il-baħar għandu jkollhom id-dritt li jikkomunikaw, qabel it-tluq tal-bastiment, rapport wieħed dwar l-isforzi li jkun fih l-informazzjoni kollka meħtieġa minn dan ir-Regolament; Billi l-miżuri fuq imsemmija ma għandhomx f'ebda każ ikunu inqas effettivi fis-sorveljanza ta' l-isforzi fis-sajd mill-miżuri previsti f'dan ir-Regolament u għalhekk ma jkunux ta' svantaġġ għal xi bastiment tal-Komunità; Billi huwa neċessarju li jiġi sorveljat in-numru ta' ġranet li bastimenti tas-sajd li jkollhom bandiera ta' Stati Membru jgħaddu f'dawn iż-żoni; billi, għalhekk, huwa essenzjali li l-kaptani ta' bastimenti tas-sajd jirreġistraw fuq il-kotba t'abbord in-numru ta' ġranet li jagħmlu f'kull żona tas-sajd; billi huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jkunu mgħarrfa dwar dan sabiex jiġu sorveljati l-attivitajiet tas-sajd tagħhom; Billi kull Stat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa għall-istħarriġ, permezz tat-teħid ta' kampjuni, ta' l-attivitajiet fis-sasd ta' bastimenti tas-sajd li huma eżenti mill-obbligu li jżommu ktieb t'abbord; Billi l-aċċess għaż-żoni tas-sajd u għall-Kaxxa Irlandiża għandhom jiġu kkontrollati kemm mill-Istat Membru tal-bandiera kif ukoll mill-Istat Membru responsabbli għas-sorveljanza fuq l-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni jew s-sovranità tiegħu u koperti b'żona tas-sajd; billi, għal dak il-għan, għandu jsir provvediment sabiex l-Istat Membru tal-bandiera jista’ jikkomunika lill-Kummissjoni b'mezzi komputerizzati l-listi ta' bastimenti msemmija li għandhom id-dritt li jeserċitaw l-attivitajiet tagħhom fiż-żoni tas-sajd u fil-Kaxxa Irlandiża u sabiex il-Kummisjoni tiżgura li l-Istati Membri responsabbli għall-kontroll ikollhom aċċess għal din l-informazzjoni; Billi r-restrizzjonijiet fuq l-isforzi tas-sajd għandhom jiġu ġestiti kemm fil-livell ta' l-Istat Membru kif ukoll dak tal-Komunità; billi l-Istati Membri għandhom jirreġistraw l-isforzi fis-sajd għal kull żona tas-sajd u għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni dwar l-isforzi aggregati fis-sajd lill-Kummissjoni; Billi għandu jsir provvediment sabiex bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru partikolari jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom f'żona tas-sajd partikolari ladarba jiġi fi tmiemu l-isforz kollu tas-sajd ta' dak l-Istat Membru f'dik Iż-żona tas-sajd; Billi huwa neċessarju li jiġu adottati dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma’ l-użu ta' tagħmir għas-sajd biex jiġi żgurat li l-bastimenti tas-sajd jirrispettaw r-restrizzjonijiet fuq l-isforzi tas-sajd; Billi, għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 [6] għandu jiġi emendat, ADOTTA DAN IL-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 hu b'dan emendat kif ġej: 1. "Titolu IIA Kontroll ta' l-isforz tas-sajd l- Artikolu 19a 1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu jgħoddu għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità li huma awtorizzati minn Stati Membri skond l-Artikoli 2, 3 (5) u 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 685/95 tas-27 ta' Marzu 1995 dwar il-ġestjoni ta' l-isforzi fis-sajd b'referenza għal ċerti żoni tas-sajd u risorsi komunitarji [7] li jwettqu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd mfissra fl-Anness I ta' dak ir-Regolament u għal dawk il-bastimenti awtorizzati minn Stati Membri biex jwettqu attivitajiet tas-sajd indirizzati lejn speċi li jinsabu f' qiegħ il-baħar, fiż-żona sitwata fin-Nofsinhar tal-latitudini 56o 30' Tramuntana, fil-Lvant tal-latitudini 12o Punent u fit-Tramuntana tal-latitudini 50o 30' Tramuntana, hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala "il-Kaxxa Irlandiża". 2. Għal-għan ta' dan it-Titolu, il-bastimenti 'il fuq minn 18 il-metru b'kollox għandhom jigu kkunsidrati bħala ekwivalenti għal bastimenti 'il fuq minn 15 il-metru bejn il-perpendikolarijiet. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-metodu ta' kejl magħżul. Bastimenti' il fuq mit-tul rilevanti li mhumiex awtorizzati mill-ll metri pre-stabillit li mhumiex awtorizzati mill-Istati Membri taħt l-Artikoli 2, 3 (5) u 9 tar-Regolament (KE) Nru 685/95 ma għandhomx iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni msemmija fil-paragrafu 1. 3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Artikoli 19b u19c għandhom jgħoddu biss għal bastimenti tas-sajd komunitarji awtorizzati biex jwettqu attivitajiet tas-sajd indirizzati lejn speċi li jinsabu f'qiegħ il-baħar. L-Artikolu 19b 1. Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jagħtu l-informazzjoni li ġejja f'forma ta' "rapport dwar l-isforzi": - l-isem, il-marka ta' identifikazzjoni esterna, s-sinjal ta' komunikazzjoni bir-radju u isem il-kaptan tal-bastiment, - il-qagħda ġeografika tal-bastiment li għalih tirreferi l-komunikazzjoni, - -id-data u l-ħin ta': - kull daħla fi, u ħruġ minn, parti lokalizzata fiż-żona, - kull daħla f'żona, - kull ħruġ minn żona. 2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, bastimenti li jistadu f'diversi żoni tas-sajd li jaqsmu l-linja li tissepara ż-żoni aktar minn darba f'perjodu ta' 24 siegħa, sakemm jibqgħu f'żona delimitata ta' ħames mili minn kull naħa ta' linja bejn iż-żewġ żoni, għandhom jikkomunikaw l-ewwel dħul u l-aħħar ħruġ tagħhom, f'dak il-perjodu ta' 24 siegħa. 3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-kaptani, jew ir-rappreżentanti tal-kaptani, ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom josservaw l-obbligu dwar ir-rapport. L-Artikolu 19c 1. Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd komunitarji jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19b b'telex, fax, messaġġ telefoniku debitament reġistrat mir-riċevent jew bir-radju permezz ta' stazzjon tar-radju approvata taħt ir-regoli tal-Komunità għar-riċezzjoni ta' rapporti bħal dawn, jew b'kull metodu ieħor rikonoxxut skond il-proċedura stabbilita fl-artikolu 36, simultanjament lill-awtoritajiet kompetenti ta': - l-Istat Membru tal-bandiera, u, - l-Istat Membru jew l-Istati Membri responsabbli għas-sorveljar, meta l-bastiment ser iwettaq, jew wettaq, l-attivitajiet tiegħu tas-sajd f'ibħra taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru jew ta' dawk l-Istati Membri. Dik l-informazzjoni għandha tiġi komunikata minnufih qabel kull dħul u ħruġ. Jekk ikun impossibbli għal raġunijiet ta' force majeure li l-messaġġ jiġi trasmess mill-bastiment, jista’ jiġi trasmess f'isem dak il-bastiment minn bastiment ieħor. 2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, meta kaptani ta' bastimenti tas-sajd komunitarji: - iwettqu sajd f'diversi żoni, kif imfisser fl-Artikolu 19b, il-kaptani jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom Iħejju Rapport dwar l-isforzi għall-ewwel dħul u l-aħħar ħruġ tagħhom għal kull perjodu ta' 24 siegħa, - iwettqu attività tas-sajd fl-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istat Membru tal-bandiera tagħhom jew ta' l-Istat Membru li fih dawk il-bastimenti huma reġistrati, il-kaptani jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 19b lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-bandiera skond l-arranġamenti adottati minn dak l-Istat. Dawk l-arranġamenti ma jistgħux, f'ebda każ, ikunu inqas effettivi fis-sorveljar ta' l-isforzi tas-sajd mill-miżuri previsti fil-paragrafu 1. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli dwar l-arranġamenti maħsuba, - iqattgħu inqas minn 72 siegħa fuq il-baħar, iżda matul dak il-perjodu jwettqu attivitajiet tas-sajd f'ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra, il-kaptani jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jikkomunikaw, qabel it-tluq tal-bastiment, l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 19b lill-Awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru interessat jew ta' l-Istati Membri interessati, u ta' l-Istat Membru tal-bandiera, bil-metodi elenkati fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet kompetenti msemmija għandhom jirreġistraw din l-informazzjoni f'forma komputerizzata. Jekk ikun hemm tibdil fl-informazzjoni mogħtija, dan it-tibdil għandu jiġi notifikat immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti msemmija mill-kaptan jew mir-rappreżentant tiegħu. 3. Sistemi awtomatiċi ta' dak il-ħin stess rikonoxxuti taħt il-leġislazzjoni komunitarja jikkostitwixxu, madankollu, metodu rikonoxxut ta' komunikazzjoni għall-għanijiet tal-paragrafu 1. L-Artikolu 19d Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1997, il-Kunsill jiddeċiedi dwar id-dispożizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni dwar rapportar ta' qabdiet ta' ħut u dwar is-sistema komputerizzata integrata għall-ikkontrollar ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19b. L-Artikolu 19e 1. Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd komunitarji għandhom jirreġistraw u jagħtu rendikont fil-kotba t'abbord tagħhom dwar iż-żmien li jgħaddu f'żona kif ġej: għal dak li għandu x'jaqsam ma' apparat rmonkat: - id-data u l-ħin tad-dħul tal-bastiment f'żona jew tal-ħruġ minn port li jkun f'dik iż-żona, - id-data u l-ħin tal-ħruġ tal-bastiment minn dik iż-żona jew tad-dħul f'port li jkun f'dik iż-żona; għal dak li għandu x'jaqsam ma' apparat statiku: - id-data u l-ħin tad-dħul tal-bastiment li juża l-apparat statiku f'żona jew tal-ħruġ minn port li jkun f'dik iż-żona, - id-data u l-ħin tat-tqegħid jew tat-tqegħid mill-ġdid ta' l-apparat statiku fiż-żona kkonċernata, - id-data u l-ħin tat-tmiem ta' operazzjonijiet ta' sajd bl-użu ta' l-apparat statiku, - id-data u l-ħin tal-ħruġ tal-bastiment minn dik iż-żona jew tad-dħul f'port li jkun f'dik iż-żona. 2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd komunitarji li jistadu f'diversi żoni kif imfisser fl-Artikolu 19b għandhom jirreġistraw id-data u l-ħin ta' l-ewwel dħul u ta' l-aħħar ħruġ tagħhom. 3. Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd komunitarji li jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd indirizzati lejn speċi ta' qiegħ il-baħar għandhom jirreġistraw l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 19b fil-kotba t'abbord tagħhom. 4. Għal bastimenti li huma eżentati mill-obbligu li jżommu ktieb t'abbord l-Istat Membru tal-bandiera għandu jistħarreġ permezz tat-teħid ta' kampjuni biex jivvaluta l-isforz ġenerali effettwat fil-medda tal-baħar fejn isir is-sajd. 5. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 36. L-Artikolu 19f 1. L-Istat Membru tal-bandiera għandhom jikkompletaw ir-reġistru/i li jkun ħoloq skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/94 tad-19 ta' Jannar 1994 dwar ir-reġistru ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità [8] sabiex jinkorpora fih/fihom l-informazzjoni li tkun tinsab fil-listi ta' bastimenti msemmija kif mfisser fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 685/95. 2. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jittrasmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'forma komputerizzata, preferibilment bil-posta elettronika, skond il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 109/94. 3. Taħt il-proċeduri previsti fir-Regolament (KE) Nru 109/94, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri responsabbli għall-kontroll ikollhom l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni ta' bastimenti li għandhom aċċess għall-ibħra tagħhom disponibbli. L-Artikolu 19g Kull Stat Membru għandu jirreġistra l-isforzi tas-sajd imwettqa minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu f'kull żona tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 19a u fil-Kaxxa Irlandiża għal ħoni ta; sajd għall-qiegħ il-baħar fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli li tkun tinsabu fil-kotba t'abbord tal-bastimenti u l-informazzjoni miġbura skond l-Artikolu 19e (4). L-Artikolu 19h Kull Stat Membru għandu jivvaluta f'termini ġenerali l-isforzi tas-sajd imwettqa minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, li għandhom tul ta' inqas minn 15 il-metru bejn il-perpendikolarijiet jew 18 il-metru b'kollox skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 19a (2), fiż-żoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 19a u fil-Kaxxa Irlandiża. L-Artikolu 19i Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni, permezz ta' mezzi komputerizzati skond il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 109/94, dwar l-informazzjoni aggregata ta' l-isforzi fis-sajd imwettqa: - fix-xahar ta' qabel għal kull żona tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 19a u fil-Kaxxa Irlandiża għal speċi ta' qiegħ il-baħar, qabel l-15 ta' kull xahar, - għat-tliet xhur ta' qabel għal kull żona tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 19a għal speċi pelaġiċI, qabel tmiem l-ewwel xahar tal kull perjodu ta' tliet xhur." 2. L-Artikolu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 20: "L-Artikolu 20a 1. 1. Meta bastimenti tas-sajd li għalihom jgħodd it-Titolu IIa jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-ħoni tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 19a u fil-Kaxxa Irlandiża jistgħu jġorru magħhom u jużaw l-apparat jew l-apparati tas-sajd korrispondenti biss. 2. Madankollu, bastimenti tas-sajd li jkunu qed jistadu f'żoni tas-sajd li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fl-istess mawra jistgħu jġorru apparat li jikkorispondi għall-attivitajiet tagħhom fiż-żoni kkonċernati, sakemm dak l-apparat li jinħarr abbord u li mhux awtorizzat li jintuża fiż-żona jew żoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 19a u fil-Kaxxa Irlandiża jkun stvat biex ma jkunx jista’ jintuża malajr, skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 20(1). 3. Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar l-identifikazzjoni ta' apparat tas-sajd statiku mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1996 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 36’." (3) L-Artikoli li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-Artikolu 21: "L-Artikolu 21a Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2)(i) tar-Regolament (KE) Nru 685/95 u l-Artikolu 4, it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 2027/95 tal-15 ta' Ġunju 1995 dwar ċerti żoni tas-sajd u riżorsi komunitarji [9], kull Stat Membru għandu jistabbilixxi d-data li fiha bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jew li huma reġistrati fit-territorju tiegħu jitqiesu li jkunu laħqu l-livell massimu fl-isforzi tas-sajd f'żona tas-sajd kif stabbilit fir-Regolament l-aħħar imsemmi. Minn dik id-data ’l quddiem, għandu provviżorjament jipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd ta' dawk il-bastimenti f'dik iż-żona. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata minnufih dwar din il-miżura u għandha imbagħad tinforma l-Istati Membri l-oħra. L-Artikolu 21b Meta bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru jitqiesu li jkunu użaw 70 fil-mija tal-massimu ta' l-isforzi fis-sajd f'żona tas-sajd kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2027/95, l-Istat Membru interessat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati konformement mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 685/95. L-Artikolu 21c 1. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19i, il-Kummissjoni għandga tiżgura li jiġu osservati l-livelli massimi ta' l-isforzi fis-sajd kif stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2027/95. 2. Wara li tkun ġiet notifikata skond l-Artikolu 21a jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li tkun rċeviet, id-data li fiha jitqies li jintlaħaq il-livell massimu ta' l-isforzi fis-sajd ta' Stat Membru għal żona tas-sajd. Minn dik id-data ’l quddiem, bastimenti li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd f'dak il-meded tal-baħar fejn isir is-sajd konċernati.". Artikolu 2 Dan ir-Regolament jibda’ jseħħ fl-1 ta' Jannar 1996. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Diċembru 1995. Għall-Kunsill il-President J. A. Griñán [1] ĠU No C 188, tat-22.7.1995, p. 8. [2] ĠU No C 289, tat-16.10.1995, [3] Opinjoni mwassla fil 25 ta' Ottubru 1995 (mhux ippublikata fil-Gurnal Ufficjali). [4] ĠU No L 199, ta' l-24.8.1995, p. 1. [5] ĠU No L 71, tal-31.3.1995, p. 5. [6] ĠU L 261, ta' l-20.10.1983, p. 1. [7] ĠU L 71, tal-31.3.1995, p. 5. [8] ĠU L 19, tal-21.1.1984, p. 5. [9] ĠU No L 199, ta' l-24.8.1995, p. 1. --------------------------------------------------