Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1474

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1474/95 tat-28 ta Ġunju 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fil-qasam tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd li jirriżultaw mill-ftehim konkluż matul il-Laqgħa ta' l-Urugwaj għal negozjati dwar il-kummerċ multilaterali

    ĠU L 145, 29.6.1995, p. 19–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/04/2004; Imħassar b' 32004R0593

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1474/oj

    31995R1474



    Official Journal L 145 , 29/06/1995 P. 0019 - 0024


    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1474/95

    tat-28 ta Ġunju 1995

    li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fil-qasam tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd li jirriżultaw mill-ftehim konkluż matul il-Laqgħa ta' l-Urugwaj għal negozjati dwar il-kummerċ multilaterali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-bajd (1), kif l-aħħar emendat permezz ta l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u permezz tar-Regolament (KE) Nru 3290/94 (2) u partikolarment l-Artikoli 3(2), 6(1) u 15 tiegħu;

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar is-sistema Komuni ta' kummerċ għall-ovalbumina u għall-laktalbumina (3), kif l-aħħar emendat permezz ta' l-Att ta' l-Adezzjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u permezz tar-Regolament (KE) Nru 3290/94 u partikolarment l-Artikoli 2(1), 4(1) u 10 tiegħu;

    Billi l-Komunità nnegozjat, fil-qafas tan-negozjati Kummerċ Multilaterali tal-Laqgħa tal-Urugway, diversi ftehim u partikolarment il-ftehim dwar l-agrikoltura; billi dan il-ftehim jipprovdi, fost l-oħrajn, għall-aċċess fis-swieq tal-Komunità ta' ċerti prodotti fil-qasam tal-bajd u l-albumina tal-bajd li ġej minn pajjiżi terzi għal perijodu ta' sitt snin; billi għalhekk għandhom isiru regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' sistemi ta' l-importazzjoni ta' bajd u tal-albumina tal-bajd għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 1995 sat-30 ta' Ġunju 1996;

    Billi l-amministrazzjoni ta' l-arranġamenti għandha tkun ibbażata fuq liċenzji ta' l-importazzjoni; billi, għal dak l-għan, ir-regoli dettaljati għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tidher fuq l-applikazzjonijiet u l-liċenzi, b'deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta' Novembru 1988 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni ta' sistemi ta' liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċertifikati ta' l-iffissar minn qabel ta' prodotti agrikoli (4), kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1199/95 (5), għandhom ikunu stabbiliti; billi, barra minn hekk, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-ħruġ ta' liċenzji wara perijodu ta' konsiderazzjoni, bl-applikazzjoni, meta ikun meħtieġ, perċentwali wieħed ta' l-aċċettazzjoni; billi huwa fl-interess ta' l-importaturi u l-esportaturi li jippermettu li l-applikazzjoni għal liċenzja tkun irtirata wara li l-koeffiċjenti ta' l-aċċettazzjoni tkun ġiet stabbilita;

    Billi, sabiex tkun assigurata r-regolarità ta' l-importazzjoni, il-kwantità li hemm referenza dwarha fl-Anness I għandha tkun imqassma matul sena;

    Billi, sabiex tkun assigurata l-amministrazzjoni proprja tas-sistema, il-garanzija għal liċenzji ta' l-importazzjoni taħt is-sistema msemmija għandha tkun stabbilita għal ECU 20 għal kull 100 kg (ekwivalenti għall-qoxra tal-bajd);

    Billi sabiex ikun assigurat li s-sistema tkun taħdem sewwa u partikolarment telimina r-riskju ta' spekulazzjoni inerenti fis-sistema fil-qasam tal-bajd u ta' l-albumina, għandhom isiru kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw l-aċċess minn kummerċjanti fis-sistemi msemmija li l-ħsieb tagħhom hu li jassiguraw is-serjetà ta' l-attivitajiet tagħhom f'dan is-settur;

    Billi l-attenzjoni ta' l-operaturi għandha tinġibed għall-fatt li l-liċenzji jistgħu jintużaw biss għal prodotti li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet veterinarji kollha eżistenti fil-Komunità;

    Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u l-Bajd ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 1995 sat-30 ta' Ġunju 1996, il-kwoti tat-tariffi ta' l-importazzjoni elenkati fl-Anness I huma miftuħa għall-gruppi ta' prodotti u permezz tal-kundizzjonijiet indikati.

    L-Artikolu 2

    Il-kwoti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1 għandhom ikunu mqassma skond kif ġej:

    għal grupp E1:

    -20 % fil-perijodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru,

    -30 % fil-perijodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru,

    -30 % fil-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu,

    -20 % fil-perijodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju;

    Għal gruppi E2 u E3:

    -25 % fil-perijodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru,

    -25 % fil-perijodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru,

    -25 % fil-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu,

    -25 % fil-perijodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju.

    L-Artikolu 3

    L-importazzjoni kollha fil-Komunità permezz tal-kwoti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1 għandhom ikunu soġġetti għall preżentazzjoni ta' liċenzja ta' l-importazzjoni.

    L-Artikolu 4

    Il-liċenzji ta' l-importazzjoni li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3 għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-applikanti għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu persuni naturali jew legali li, fiż-żmien meta jkunu sottomessi l-appliakzzjonijiet, jistgħu jippruvaw għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li jkunu mpurtaw mhux anqas minn 50 tunnellata (l-ekwivalenti tal-qoxra tal-bajda) tal-prodotti li jidħlu fl-iskop tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 (eskluż il-bajd tat-tfqqis) u (KEE) Nru 2783/85 f'kull wieħed mis-sentejn kalendarji li jippreċedu s-sena li fiha issir l-applikazzjoni għall-liċenzja jew li huma approvati skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/437/KEE (1) għat-trattament tal-prodotti tal-bajd. B'dankollu, stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ristoranti li jbiegħu il-prodotti lill-konsumaturi finali huma esklużi mill-benefiċċji ta' din is-sistema;

    (b) l-applikazzjonijiet għal-liċenzja m'għandhomx jinvolvu aktar minn wieħed mill-gruppi li hemm referenza dwarhom fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Jistgħu jinvolvu diversi prodotti koperti minn diversi kodiċi NM u li joriġinaw minn pajjiż wieħed; f'każi bħal dawn, il-kodiċi NM kollha għandhom ikunu indikati fit-taqsima 16 u d-deskrizzjoni tagħhom fit-taqsima15. Rigward il-gruppi E2 u E3, il-kwantità totali għandha tkun ikkonvertita fl-ekwivalenti ta' qoxra tal-bajd.

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzja għandhom jirrelataw għal mill-anqas tunnellata u sa massimu ta' 10 % tal kwantità disponibbli għall-grupp ikkonċernat u l-perijodi speċifikati fl-Artikolu 2;

    (ċ) It-taqsima 8 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji għandhom juru l-pajjiż ta' l-oriġini; il-liċenzji għandhom iġorru magħhom l-obligazzjoni li jimportaw mill-pajjiż indikat;

    (d) It-taqsima 20, applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru waħda minn dawn li ġejjin:

    Reglamento (CE) n° 1474/95

    Forordning (EF) nr.1474/95

    Verordnung (EG) Nr.1474/95

    () . 1474/95

    Regulation (EC) No 1474/95

    Règlement (CE) n° 1474/95

    Regolamento (CE) n. 1474/95

    Verordening (EG) nr.1474/95

    Regulamento (CE) n 1474/95

    Regolament (KE) Nru 1474/95

    Asetus (EY) N:o 1474/95

    Foerordning (EG) nr 1474/95;

    (e) It-taqsima24 tal-liċenzji għandha turi waħda minn dawn li ġejjin:

    Reducción del derecho del AAC conforme a lo establecido en el Reglamento (CE) n° 1474/95

    Reduktion i toldsatsen i henhold til forordning (EF) nr.1474/95

    Ermaessigung des Zollsatzes gemaess Verordnung (EG) Nr.1474/95

    () . 1474/95

    Reduction of CCT duty pursuant to Regulation (EC) No 1474/95

    Réduction du droit du tarif douanier commun comme prévu au règlement (CE) n° 1474/95

    Riduzione del dazio TDC come prevede il regolamento (CE) n. 1474/95

    Verlaging van het GDT-recht op grond van Verordening (EG) nr.1474/95

    Reduço do direito da PAC previsto no Regulamento (CE) n 1474/95

    Maksua alennettu seuraavan mukaisesti:Asetus (EY) N:o 1474/95

    Reduktion av Gemensamma tulltaxans tariffer enligt foerordning (EG) nr 1474/95.

    Tnaqqis ta' dazju CCT permezz tar-Regolament (KE) Nru 1474/95

    L-Artikolu 5

    1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu isiru biss matul l-ewwel 10t ijiem ta' kull perijodu kif speċifikat fl-Artikolu 2.

    2. L-applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu ikunu ammissibbli biss meta l-applikant jiddikjara bil-miktub li ma ssottomettiex u jobbliga ruħu li jissottometti l-ebda applikazzjoni rigward il-perijodu kurrenti, li jikkonċerna prodotti fl-istess grupp fl-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni jew f'xi Stat Membru ieħor. Meta l-applikant jissottometti aktar minn applikazzjoni waħda rigward prodotti fl-istess grupp, l-applikazzjonijiet kollha minn dik il-persuna għandhom ikunu inammissibbli.

    B'dankollu, kull applikant jista jagħmel aktar minn applikazzjoni waħda għal-liċenzja ta' l-importazzjoni ta' prodotti fi grupp, meta dawn joriġinaw minn aktar minn pajjiż wieħed. Applikazzjonijiet separati għal kull pajjiż ta' l-oriġni għandhom ikunu ppreżentati simultanjament lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. Għandhom ikunu kkunsidrati, fir-rigward tal-massimu li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 4(b) kif ukoll bħala l-applikazzjoni tar-regoli fis-subparagrafu preċedenti, bħala applikazzjonijiet singoli.

    3. Garanzija ta' ECU 20 għal kull 100 kilogramma ta' l-ekwivalenti tal-qoxra tal-bajd għandha tkun ippreżentata għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti kollha li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1.

    4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fil-ħames ġurnata ta' xogħol wara t-tmiem tal-perijodu għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet, bl-applikazzjonijiet ippreżentati għal kull prodott fil-grupp f'dak il-każ. Din in-notifika għandha tinkludi lista ta' l-applikanti u dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni dwarhom fil-grupp.

    In-notifiki kollha, inklużi n-notifiki "xejn", għandhom isiru permezz ta' telex jew fax fil jum ta' xogħol stipulat, imħejji fuq il-mudell muri fl-Anness II fil-każi meta l-ebda applikazzjoni ma tkun magħmula, u l-mudelli murija fl-Anness II u III fil-każi meta l-applikazzjonijiet ikunu saru.

    5. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi malajr kemm jista' jkun l-ammont tal-kwantitajiet li jistgħu jingħataw rigward l-applikazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 4.

    Jekk il-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom ikunu saru applikazzjonijiet għal-liċenzji jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli, il-Kummissjoni għandha tiffissa perċentwali waħda ta' l-aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom. Meta din il-perċentwali tkun anqas minn 5 %, huwa possibbli li l-Kummissjoni ma tagħtix il-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom; il-garanziji għandhom ikunu rrilaxxati minnufih.

    L-operaturi jistgħu jirtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom għal-liċenzji fi żmien 10t ijiem ta' xogħol wara l-pubblikazzjoni tal-perċentwali singola ta' l-aċċettazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jekk l-applikazzjoni tal-perċentwali tirriżulta fl-iffissar ta' kwantità anqas minn 20 tunnellata ta' l-ekwivalenti tal-qoxra tal-bajd. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem wara l-irtirar ta' l-applikazzjoni għal-liċenzja u għandhom jirrilaxxaw il-garanzija minnufih.

    Il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-kwantità li jkun fadal, li għandha tiżdied mal-kwantità disponibbli fir-rigward tal-perijodu li jsegwi l-perijodu tal-kwota li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1.

    6. Il-liċenzji għandhom jinħarġu malajr kemm jista jkun wara li l-Kummissjoni tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha.

    7. Il-liċenzji jistgħu jintużaw biss għall-prodotti li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet veterinarji eżistenti fil-Komunità.

    L-Artikolu 6

    Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 150 ġurnata mid-data tal-ħruġ.

    B'dankollu, il-liċenzji m'għandhomx jibqgħu validi lil hinn mit-30 ta' Ġunju 1996.

    Il-liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa permezz ta' dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu trasferibbli.

    L-Artikolu 7

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (KEE) Nru 3719/88 għandu japplika.

    B'dankollu, minkejja l-Artikolu 8(4) ta' dak ir-Regolament, il-kwantità importata permezz ta' dan ir-Regolament ma tistax teċċedi dik murija fit-taqsimiet 17 u 18 tal-liċenzja ta' l-importazzjoni. Il-figura 0 għandha tiddaħħal kif inhu xieraq fit-taqsima 19 tal-liċenzja.

    L-Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1995.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Ġunju 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz FISCHLER

    Membru tal-Kummissjoni

    L-ANNESS I

    (tunnellati)

    Numru tal-grupp Kodiċi NM Dazju CCT applikabbli, ECU/tunnellata piż tal-prodott Kwoti tat-tariffa (ta' l-1.7.1995 sat-30.6. 1996)

    E1 0407 00 30 152 95 000

    E2 0408 11 80 711

    0408 19 81 310

    0408 19 89 331 7 000 (1)

    0408 91 80 687

    0408 99 80 176

    E3 3502 10 91 617 10 000 (1)

    3502 10 99 83

    (1) Ekwivalenti għall-qoxra tal-bajd. Kambju bi qbil mar-rati tal-produzzjoni kif stabbiliti fl-Anness 77 tar-Regolemnt (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, tal-11.10.1993, p.1).

    L-ANNESS II

    Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1474/95

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ DG VI/D/3 Qasam tal-Bajd

    Applikazzjoni għal-liċenzji ta' l-importazzjoni b'dazju mnaqqas - GATT Data Perijodu

    Stat Membru:

    Mittenti:

    Persuna li għandha tkun kkuntattjata:

    Telefon:

    Fax

    Indirizz: DG VI/D/3

    Fax (322) 296 62 79 jew 296 12 27

    (tunnellati)

    Numru tal-Grupp Kwantita li ssir applikazzjoni dwarha

    Piż tal-Prodott Ekwivalenti tal-qoxra tal-Bajd

    E1

    E2

    E3

    L-ANNESS III

    Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1474/95:

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ DG VI/D/3 Qasam tal-Bajd

    Applikazzjoni għal-liċenzji ta' l-importazzjoni b'dazju mnaqqas - GATT Data Perijodu

    Stat Membru:

    (tunnellati)

    Numru tal-grupp Kodiċi NM Applikant (isem u indirizz) Kwantità Pajjiż ta' l-oriġini

    Il-piż tal-prodott Pajjiż ta' l-oriġini

    E1

    Total għal kull grupp

    E2

    Total għal kull grupp

    E3

    Total għal kull grupp

    Top