Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1165

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1165/95 tat-23 ta' Mejju 1995 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-nomenklatura magħquda

    ĠU L 117, 24.5.1995, p. 15–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1165/oj

    31995R1165



    Official Journal L 117 , 24/05/1995 P. 0015 - 0018


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1165/95

    tat-23 ta' Mejju 1995

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-nomenklatura magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura ta' tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3115/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9,

    Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura maqgħuda annessa ma' l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li tkun ibbażata kollha kemm hi jew parti minnha fuqha jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li tkun stabbilita permezz ta' disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra li jirrelataw ma' negozju ta' prodotti;

    Billi, skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament presenti jridu jkunu klassifikati taħt il-kodiċi NM xierqa murija fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3;

    Billi huwa aċċettabbli li informazzjoni dwar tariffi li jorbtu maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' prodotti fin-nomenklatura magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu ikomplu jiġu nvokati, taħt id-disposizzjonijiet fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxu l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur;

    Billi t-taqsima tan-nomenklatura ta' tariffi u statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tagħtx opinjoni fil-limitu ta' żmien preskritt mill-president tagħħa fir-rigward ta' prodotti Nru 4 u 7 fit-tabella annessa;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-taqsima tan-nomenklatura ta' tariffi u statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali fir-rigward ta' prodotti Nru 1, 3, 5 u 6 fit-tabella annessa;

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fin-nomenklatura maqgħuda taħt il-kodiċi Nm xieraq indikat fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

    Artikolu 2

    Informazzjoni dwar tariffi li jorbtu mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jiġu invokati taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tlett xhur.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fit-23 ta' Mejju 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Mario Monti

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nru L 256, 7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU Nru L 345, 31.12.1994, p. 1.

    [3] ĠU Nru L 302, 19.10.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġuni |

    (1) | (2) | (3) |

    1.Oġġett ornamentali (funtana bid-dawl jew "vit bl-ilma għaddej"), imqiegħed mhux armat f'pakkett għall-bejgħ bl-imnut. Il-komponenti tal-plastik varji (qiegħ ta' dijametru ta' madwar 15-il ċm, li jinkorpora sistema li tagħti d-dawl u mutur ta' l-elettriku b'kejbil tal-provvista ta' l-elettriku, u mgħammar bi swiċċ, tlett banjijiet, pajpijiet varji, vit, figurina żgħira ta' ballerina, fjuri artifiċjali u weraq, eċċ.) armati jiffurmaw parti minn oggett wieħed jew ieħor mill-oġġetti msemmija [1] (għoli ta' bejn 30 ċm u 40 ċm) | 39264000 | Il-klassifika tigi stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-Regoli Generali 1 u 6 ghall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u permezz ta' l-għażla tal-kliem użat ta' kodici NM 3926 u 39264000 |

    2.Papoċċi li jkollhom il-parti ta' fuq tad-drapp u pett minn barra tal-plastik (ta' ħxuna ta' bejn wieħed u ieħor ċentimetru), il-parti ta' barra tiegħu tkun miksija kollha kemm hi b'saff irqiq ħafna ta' materjal tad-drapp, li ma jittiekel malajr, imwaħħal matul it-truf | 64041910 | Il-klassifika tiġi stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-Regoli Generali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, permezz ta' nota 4 (b) għal Kapitolu 64 u permezz ta' l-għażla tal-kliem użat ta' kodiċi NM 6404, 640419 u 64041910 |

    3.Sistema ta' cartridge awtomat fi lqugħ li jkun essenzjalment magħmula, minn:(a)modjul wieħed jew aktar ta' żamma elettronika f' librerija (kull wieħed ikun fih ċelloli ta' żamma ta' ħażna elettronika ta' cartridge u robot ikkontrollat b'mikroproċessur u li jkollu cartridge drive frame u unitajiet ta' kontroll waħda jew aktar); u(a)unità ta' maniġġar tal-librerija b'software integrali (li jaġixxi bħala rabta bejn il-modjuls ta' żamma ta' ħażna elettronika tal-librerija u unità ċentrali li tipproċessa waħda jew aktar).Din is-sistema hi mfassla speċifikament għal loading, ipproċessar, ħażna u unloading ta' cartridges ta' tejp manjetiku għal għanijiet ta' pproċessar ta' informazzjoni awtomatici | 84719910 | Il-klassifikazzjoni tigi stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-Regoli Generali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, permezz ta' nota 5 B għal Kapitolu 84 u permezz ta' l-għażla tal-kliem użat ta' kodiċi NM 8471, 847199 u 84719910 |

    4.Adapter card sabiex tiġi inkorporata f'magni ta' proċessar ta' informazzjoni awtomatiċi diġitali (ADP) ikkonnettjati b'kejbil li tippermetti l-iskambju ta' informazzjoni f'local area network (LAN) mingħajr l-użu ta' modem.B'card tali, tista' tintuża magna-ADP bħala apparat ta' input-output għal magna oħra jew bħal unità ċentrali li tipproċessa. Il-card tkun magħmula minn ċirkwit stampat ta' daqs ta' bejn 10 × 21 ċm li jinkorpora cirkwiti integrati u komponenti attivi u passivi. Tkun iffittjata b'ringiela ta' pin contacts li jikkorrespondu ghal expansion slot fil-magna-ADP, b'accessorju ghal mal-kejbil li jikkonnettja tal-LAN u mad-diodes li jarmu d-dawl (LEDs) | 85178290 | Il-klassifikazzjoni tiġi stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-Regoli Generali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, permezz ta' nota 5 għal Kapitolu 84 u permezz ta' l-għażla tal-kliem użat ta' kodiċi NM 8517, 851782 u 85178290 |

    5.Riċevitur elettro-akustiku fiċ-ċokon ħafna (semmiegħa tat-telefon) fi lqugħ li d-dimensjonijiet esterni tiegħu ma jaqbżux 7 × 7 × 5 mm.Ir-ricevitur hu magħmul minn kalamita, kojl u dijaframma sabiex tirċievi sinjali ta' l-elettriku li jaghmlu d-dijaframma tivvibra b'hekk jigi prodott hoss li jinstema. Ir-riċevitur jista' jintuża flimkien ma' amplifikatur bħala apparat ta' għajnuna għas-smiegħ | 85183090 | Il-klassifika tiġi stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-Regoli Generali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, permezz ta' nota 2 (a) għall-Kapitolu 90 u permezz ta' l-għażla tal-kliem użat ta' kodiċiNM 8518, 851830 u 85183090 |

    6.Magna kopjatrici li taħdem bil-lażer li tkun tinkludi prinċipalment apparat ghal skanning (skanner), apparat li jipproċessa stampi diġitali (laser printer), miżmuma fi lqugħ.L-apparat li jiskenja juża sistema ottika, li tkun magħmula minn lampa, mirja, lentijiet u fotoċelloli sabiex jiskenjaw l-istampa oriġinali linja b'linja. Il-kopji jigu prodotti b'mod elettrostatiku permezz ta' romblu fuq il-laser printer billi jkun użat proċess indirett. Il-magna kopjatriċi li taħdem bil-laser għandha bosta karatteristiċi addizzjonali sabiex l-istampa oriġinali tiġi mibdula, eż. tnaqqis, tkabbir, oskurità | 90091200 | Il-klassifika tiġi stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-Regoli Generali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u permezz ta' l-għażla tal-kliem użat ta' kodiċi NM 9009 u 90091200 |

    7.Jintużaw forom ta' stilel u ta' qlub żgħar f'varjetà ta' kuluri (ħomor, ħodor u kulur il-fidda jleqq) u tikek żgħar f'ħafna kuluri, id-daqs ta' l-irjus tal-labar, magħmula minn film tal-plastik sabiex iżejnu eż. mejda li fuqha jiġi servut ikel għal ċelebrazzjoni tal-karnival, festin tat-tfal jew festività ta' l-Avvent. L-effett dekorattiv isir permezz ta' tbexxix fuq il-prodotti | 95059000 | Il-klassifika tiġi stabbilita permezz tad-disposizzjonijiet tar-Regoli Generali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u permezz ta' l-għażla tal-kliem użat ta' kodiċiNM 9505 u 95059000 |

    +++++ TIFF +++++

    |

    [1] Ara r-ritratt.

    --------------------------------------------------

    Top