This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31995R0684
Council Regulation (EC) No 684/95 of 27 March 1995 amending Regulation (EC) No 603/95 on the common organization of the market in dried fodder
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 684/95 tas-27 ta' Marzu 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 603/95 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq ta' l-għalf imnixxef
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 684/95 tas-27 ta' Marzu 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 603/95 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq ta' l-għalf imnixxef
ĠU L 71, 31.3.1995, p. 3–4
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2005; Impliċitament imħassar minn 32003R1786
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31995R0603 | Tlestija | artikolu 18.A | 01/04/1995 | |
Modifies | 31995R0603 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 01/04/1995 | |
Modifies | 31995R0603 | Żieda | artikolu 20.3 | 01/04/1995 | |
Partial adoption | 51994PC0508 | ||||
51994PC0508 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31995R0684R(01) | ||||
Implicitly repealed by | 32003R1786 | 01/04/2005 |
Official Journal L 071 , 31/03/1995 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 684/95 tas-27 ta' Marzu 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 603/95 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq ta' l-għalf imnixxef IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikulari l-Artikoli 42 u 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 603/95 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf imnixxef [3] il-Kunsill wera li l-livell tal-ħlas bil-quddiem maħsub fl-Artikolu 6 baqagħlu li jiġi stabbilit definittivament; Billi huwa meħtieġ li l-livell miżjud tal-ħlas bil-quddiem m'għandux ifixkel l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-kwantità massima garantita; Billi dan l-għan jista’ jinkiseb bis-sistema ta' garanziji; Billi din il-possibbiltà ġdida m'għandhiex tkun għad-detriment ta' operaturi li jippreferu li jirċievu l-livell aktar baxx tal-ħlas bil-quddiem maħsub fl-Artikolu 6 mingħajr sigurtà; Billi r-Regolament (KE) Nru 603/95 għandu għalhekk ikun emendat, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 603/95 huwa b'dan emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "L-Artikolu 6 1. Impriżi li jipproċessaw għalf imnixxef li japplikaw għall-għajnuna skond dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati għall-ħlas bil-quddiem ta': - ECU 41,30 għal kull tunnellata metrika fil-każ ta' għalf imnixxef li għalih tintalab l-għajnuna fl-Artikolu 3(2), jew ECU 55,06 għal kull tunnellata jekk ikunu għamlu garanzija ta' ECU 13,76 kull tunnellata metrika, u - ECU 23,18 kull tunnellata metrika fil-każ ta' għalf imnixxef li għalih tintalab l-għajnuna fl-Artikolu 3(3), jew 30,91 kull tunnellata metrika jekk ikunu għamlu garanzija ta' ECU 7,73 kull tunnellata metrika. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-verifiki meħtieġa biex jiżguraw li dak li huma intitolati għalih bil-quddiem huwa ġustifikat. Ladarba d-dritt għall-ħlas jiġi stabbilit, il-ħlas bil-quddiem għandu jsir. B'danakollu, il-ħlas bil-quddiem jista’ jsir qabel id-dritt ikun stabbilit fejn garanzija ugwali għall-ammont bil-quddiem, flimkien ma’ 10 %, tkun saret mill-impriża ta' l-ipproċessar. Din il-garanzija għandha tkopri kull garanzija oħra li setgħat kienet ippreżentata skond l-ewwel jew it-tieni inċiż ta' l-ewwel subparagrafu. Dik il-garanzija għandha titnaqqas sal-livell li għalih jipprovdu l-imsemmija l-ewwel u t-tieni inċiż hekk kif id-dritt għall-għajnuna jiġi stabbilit u għandha tkun rilaxxata kollha kemm hi fuq il-ħlas tal-bilanċ. 2. Sabiex jikkwalifika għall-ħlas bil-quddiem, l-għalf imnixxef inkwestjoni għandu jkun ħalla l-impriża ta' l-ipproċessar. 3. Meta jkun sar ħlas bil-quddiem, għandu jitħallas bilanċ ugwali għad-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammont tal-ħlas bil-quddiem u l-ammont totali tal-għajnuna dovut lill-impriża li tipproċessa l-għalf imnixxef, waqt li jingħata kont ta' l-Artikolu 5. 4. Fejn ikun sar ħlas bil-quddiem li jeċċedi l-ħlas totali li għalih l-impriża għall-ipproċessar ta' l-għalf imnixxef ikollha dritt, waqt li waqt li jingħata kont ta' l-Artikolu 5, l-impriża għandha, fuq talba, terġa tħallas lill-awtorita kompetenti ta' l-Istat Membru dik il-parti tal-ħlas bil-quddiem li tkun ikkostitwiet il-ħlas żejjed." 2. Fl-Artikolu 18(a), għandu jiżdied l-inċiż li ġej wara t-tieni inċiż: "— ir-rilaxx tal-garanziji msemmija fl-Artikolu 6(1)." 3. Fl-Artikolu 20, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "3. Referenzi għar-Regolamenti mħassra skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu mifhuma bħala li jkunu saru għal dan ir-Regolament." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta' April 1995. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Marzu 1995. Għall-Kunsill Il-President J. Puech [1] ĠU C 365, tal-21.12.1994, p. 8. [2] ĠU C 56, tas-6.3.1995. [3] ĠU L 63, tal-21.3.1995, p. 1. --------------------------------------------------