EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0071

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/71/KE tat-22 ta' Diċembru 1995 li temenda l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd

ĠU L 332, 30.12.1995, p. 40–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32004L0041

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/71/oj

31995L0071



Official Journal L 332 , 30/12/1995 P. 0040 - 0041


Id-Direttiva tal-Kunsill 95/71/KE

tat-22 ta' Diċembru 1995

li temenda l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd [1], u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 tistabbilixxi r-regoli minimi ta' l-iġjene applikabbli għall-prodotti tas-sajd miksuba abbord ċerti dgħajjes bi qbil ma' l-Artikolu 3 (1) (a) (i) tad-Direttiva 91/493/KEE [2] tipprovdi li d-dgħajjes bil-friża għandhom jiddaħħlu fl-lista li tkun regolarment aġġornata mill-awtorità kompetenti;

Billi l-prodotti tas-sajd miksuba abbord dgħajjes bil-friża li jħarsu l-ħtiġiet ta' l-iġjene stabbiliti fid-Direttiva 92/48/KEE għandhom ikunu permissibbli li jitqiegħdu fis-suq fuq l-istess termini ta' l-identifikazzjoni bħall-prodotti tas-sajd iffriżati fl-istabbilimenti fuq l-art; billi l-Anness li jinsab mad-Direttiva 91/493/KEE għandu għalhekk ikun emendat;

Billi ċerti problemi ta' l-applikazzjoni rrapportati mill-Istati Membri jitolbu għall-kjarifika ta' ċerti aspetti tekniċi tad-Direttiva 91/493/KEE, biex ikun permissibbli li d-disposizzjonijiet ikunu applikati b'mod uniformi fil-Komunità, speċjalment b'konnessjoni ma' l-identifikazzjoni tal-prodotti tas-sajd imqiegħda fis-suq,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 91/493/KE huwa b'dan emendat kif ġej:

(1) Il-Kapitolu I (II) (5) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"5) L-ipproċessar abbord ta' prodotti tas-sajd għandu jitwettaq taħt il-kondizzjonijiet ta' l-iġjene stabbiliti fis-Sezzjoni II, il-punti 2 u 3, is-Sezzjoni IV u s-Sezzjoni V tal-Kapitolu IV ta' dan l-Anness."

(2) It-tieni sentenza tal-Kapitolu IV (I) (3) għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"Fetti u flieli m'għandhomx jibqgħu fuq imwejjed tax-xogħol għal aktar ħin minn dak meħtieġ għall-preparazzjoni tagħhom u għandhom ikunu protetti mill-kontaminazzjoni b'ippakkjar addattat."

(3) Il-Kapitolu IV (IV), il-punt 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Prodotti friski, iffriżati u mdewba użati għall-ipproċessar għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet stabbiliti f'I, II jew III ta' dan il-Kapitolu."

(4) L-ewwel sentenza tal-Kapitolu IV (IV) (4) (d) għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

"(d) il-kampjuni tal-produzzjoni ta' kull jum għandhom jittieħdu f'intervalli stabbiliti minn qabel biex tiġi assigurata l-effikaċja ta' l-issiġillar jew ta' xi metodu ieħor ta' l-egħluq ermetiku."

(5) Fil-Kapitolu IV (V) (3) (c) il-verb "jiddistruġġi" għandu jiġi mibdul bil-verb "joqtol".

(6) L-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu tal-Kapitolu IV (I) (3) għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"Dawn il-limiti japplikaw biss għall-ispeċi ta' ħut tal-familji li ġejjin: scombridae, clupeidae, engraulidae u coryphaenidae."

(7) Il-Kapitolu VII għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"KAPITOLU VII

IDENTIFIKAZZJONI

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 79/112/KEE, għandu jkun possibbli li jkun intraċċat għall-iskopijiet ta' l-ispezzjoni ta' l-istabbiliment ta' dispaċċ ta' konsenji ta' prodotti tas-sajd, permezz jew ta' l-ittikkettjar jew tad-dokumenti li jakkumpanjaw.

Għal dak l-iskop, it-tagħrif li ġej għandu jidher fuq l-ippakkeġġar jew, fil-każ ta' prodotti mhux ippakkeġġati, fid-dokumenti li jakkumpanjaw:

- il-pajjiż tad-dispaċċ, li jista' jinkiteb sħiħ jew muri fil-qosor, bl-użu ta' ittri kapitali, jiġifieri, għall-Istati Membri tal-Komunità, wieħed milli ġej:

B - DK - D - EL - E - F - IRL - I - L - NL - P - UK - AT - FI - SE,

- l-identifikazzjoni ta' l-istabbiliment jew tal-vapur fabbrika bin-numru approvat uffiċjali tiegħu jew, fil-każ ta' tqegħid fis-suq minn dgħajsa tal-friża koperta bil-punt 7 ta' l-Anness II tad-Direttiva 92/48/KEE, in-numru ta' l-identifikazzjoni tad-dgħajsa, jew, fil-każ ta' reġistrazzjoni separata ta' swieq bl-irkant jew bl-ingrossa kif stabbilit fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 7 (1) ta' din id-Direttiva, in-numru tar-reġistrazzjoni ta' l-irkant jew tas-suq bl-ingrossa,

- waħda mill-abbrevjazzjonijiet li ġejjin: CE - EC - EG - EK - EF - EY.

L-ittri u l-figuri kollha għandhom ikunu jinqraw kollha kemm huma u ggruppati flimkien fuq l-ippakkeġġar f'post fejn ikunu jidhru minn barra mingħajr il-ħtieġa li jinfetaħ l-imsemmi pakkeġġar."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 1997. Għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni. B'dana kollu, il-prodotti ppreparati qabel id-data li fiha din id-Direttiva għandha tinġieb fis-seħħ m'għandhomx ikunu koperti bid-disposizzjonijiet tal-Kapitolu VII tad-Direttiva 91/493/KEE kif emendata b'din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, it-22 ta' Diċembru 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Atienza Serna

[1] ĠU Nru L 268, ta’ l-24. 9. 1991, pġ. 15. Id-Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

[2] ĠU Nru L 187, tas-7. 7. 1992, pġ. 41.

--------------------------------------------------

Top