Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0053

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE tal-25 ta’ Ottubru 1995 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ spezzjonjiet uffiċjali fil-qasam tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali

ĠU L 265, 8.11.1995, p. 17–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Imħassar b' 32004R0882

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/53/oj

31995L0053



Official Journal L 265 , 08/11/1995 P. 0017 - 0022


Id-Direttiva tal-Kunsill 95/53/KE

tal-25 ta’ Ottubru 1995

li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ spezzjonjiet uffiċjali fil-qasam tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi n-nutrizzjoni ta’ l-annimali saret aspett importanti ħafna fl-agrikoltura tal-Komunità;

Billi l-iffissar fuq livell ta’ Komunità tal-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet uffiċjali fil-qasam tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali jgħin biex tkun salvagwardjata s-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa umana u l-ambjent, u jassigura l-imparzjalità ta’ transazzjonijiet kummerċjali u jipproteġi l-interessi tal-kosumaturi;

Billi għandhom ikunu stabbiliti regoli għall-organizzazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet uffiċjali ta’ l-oġġetti ta' l-ikel minħabba s-sensiela wiesa’ ħafna ta’ prodotti użati, il-volum kbir ta’ konsenji ta’ oġġetti li huma kkummerċjalizzati, l-istruttura integrata tas-settur u, partikolarment, il-ħtieġa li jkunu assigurati kemm is-salubrità ta' l-għalf ta' l-annimali li jintużaw mill-annimali kif ukoll il-kwalità ta' l-għalf ta' l-annimali;

Billi, biex jintlaħaq l-għan mixtieq, ir-regoli stabbilti f’din id-Direttiva għandhom ikopru l-prodotti u s-sustanzi kollha użati fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali fil-Komunità; billi l-ispezzjonijiet għandhom għalhekk ikunu organizzati biex ikopru prodotti importati fi jew rilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità;

Billi d-definizzjoni ta’ 'awtorità kompetenti’ ma tfixkilx lill-Istati Membri milli jiddelegaw b’mod sħiħ jew parzjalment ir-responsabilità ta’ l-awtorità għall-għan li jsiru verifiki uffiċjali fil-qasam tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali, sakemm l-ispezzjonijiet ikomplu jsiru taħt l-awtorità tagħhom;

Billi, biex ikunu effettivi, l-ispezzjonijiet iridu jsiru regolarment; billi dawn m’għandhomx ikunu ristretti għas-suġġett, l-istadju jew il-mument li fihom dawn għandhom isiru; billi dawn għandhom jieħdu l-iktar forom addattati biex tkun assigurata l-effettività tagħhom;

Billi, biex ikun assigurat li ma jkunx hemm evażjoni tal-proċeduri ta’ l-ispezzjoni, huwa meħtieġ li l-Istati Membri ma jeskludux xi prodott minn spezzjoni xierqa minħabba li dan ikun maħsub għall-esportazzjoni ’l barra mill-Komunità;

Billi l-prodotti minn pajjiżi terzi għandhom ikunu suġġetti għal verifiki dokumentarji mingħajr ordni partikolari u l-verifiki ta’ l-identita fid-dħul tagħhom fit-territorju tal-Komunità;

Billi għandha ssir disposizzjoni ħalli l-Istati Membri jkollhom il-possibbilità li jinnominaw punti tad-dħul biex tkun assigurata l-imġieba effiċjenti ta’ l-ispezzjonijiet tal-prodotti importati, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet stabbiliti f'leġislazzjoni relevanti oħra tal-Komunità, partikolarment id-Direttivi 90/675/KEE [4] u 92/118/KEE [5] dwar il-verifiki veterinarji u l-kriterji tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika;

Billi għandhom ikunu stabbiliti prinċipji biex jirregolaw l-organizzazzjoni ta’, u l-passi li għandhom jittieħdu b'segwiment tal-verifiki fiżiċi li għandhom isiru mill-awtoritajiet kompetenti;

Billi, f'dak li jirrigwardja l-kummerċ intra-Komunitarju, għandu jsir enfasi fuq il-verifiki li għandhom isiru fil-post ta’ l-oriġini; billi, b'dana kollu, fl-eventwalità ta’ preżunzjoni ta’ irregolarità, il-verifika tista’, eċċezzjonalment, issir waqt li l-prodotti jkunu fi transitu jew fil-post tad-destinazzjoni;

Billi din is-soluzzjoni tenħtieġ kunfidenza akbar fl-ispezzjonijiet li jsiru mill-Istati Membri tad-dispaċċ; billil-Istati Membri tad-dispaċċ għandhom jassiguraw li dawn il-verifiki jsiru b’metodu xieraq;

Billi għandha ssir disposizzjonisabiex tittieħed azzjoni meta l-verifika turi li konsenja tkun waħda irregolari;

Billi, għal raġunijiet ta’ effettività, l-Istati Membri tad-dispaċċ għandhom jassiguraw li l-prodotti jkunu konformi mar-regoli tal-Komunità; billi, f’każ ta’ ksur ta’ regolamenti, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni, b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri konċernati, partikolarment billi jsiru żjarat fuq il-post u jiġu adottati miżuri xierqa għas-sitwazzjoni;

Billi, bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 70/373/KEE [6], il-metodi kollha tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi meħtieġa għat-twettiq ta’ verifiki uffiċjali fuq l-għalf ta' l-annimali għandhom ikunu adottati fuq il-livell tal-Komunità;

Billi, għalkemm l-impriżi m’għandhomx ikollhom id-dritt li jopponu għall-ispezzjonijiet, id-drittijiet leġittimi tagħhom għandhom b'dana kollu jkunu mħarsa, partikolarment id-dritt għas-segretezza tal-manifattura u dak ta’ l-appell;

Billi l-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjonijiet jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa, għalhekk, mixtieq li tkun ippubblikata lista ta’ l-awtoritajiet kompetenti fil-qasam ta’ kull Stat Membru, b’indikazzjoni tat-territorji li għalihom huma kompetenti u l-laboratorji awtorizzati biex fihom isir l-analiżi dwar dawn l-ispezzjonijiet;

Billi, għalkemm huwa primarjament għall-Istati Membri li jistabbilixxu programmi ta’ spezzjonijiet, huwa meħtieġ, għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern, li jsiru wkoll arranġamenti għal programmi koordinati fuq il-livell tal-Komunità;

Billi l-Kummissjoni għandha tiġi fdata bid-dmir li tadotta miżuri għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet uffiċjali fil-qasam tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali.

2. Din id-Direttiva għandha tkun tapplika mingħajr preġudizzju għal aktar regoli speċifiċi tal-Komunità, partikolarment ir-regoli doganali u dawk veterinarji tal-Komunità.

L-Artikolu 2

1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva d-definizzjonijiet li ġejjingħandhom ikunu applikabbli:

(a) "spezzjoni uffiċjali fil-qasam tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali’", minn issa ’l quddiem imsejħa "spezzjoni’", tfisser spezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex tkun ivverifikata l-konformità mad-disposizzjonijiet tal-Komunità stabbilti fil-:

- id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-adittivi fl-għalf ta’ l-annimali [7],

- id-Direttiva tal-Kunsill 74/63/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1973 dwar l-iffissar tal-livell massimu awtorizzat għal sustanzi u prodotti mhux mixtieqa fl-għalf ta' l-annimali [8],

- id-Direttiva tal-Kunsill 77/101/KEE tat-23 ta’ Novembru 1976 dwar it-tqegħid fis-suq ta' l-għalf ta' l-annimali dritti [9],

- id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ għalf ta' l-annimali komposti [10],

- id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 dwar ċerti prodottiużati fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali [11],

- id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta’ Settembru 1993 dwar l-għalf ta' l-annimali maħsuba għall-għanijiet nutrizzjonali partikolari [12], u

- xi regoli oħra fil-qasam tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali li fihom disposizzjoni ssir għal spezzjonijiet uffiċjali biex jitwettqu bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(b) "‘verifiki dokumentarji’" tfisser verifika tad-dokumenti li jakkumpanjaw prodott jew ta’ xi informazzjoni oħra pprovduta dwar dak il-prodott;

(ċ) "‘verifika ta’ l-identità’" tfisser verifika, bi spezzjoni viżwali biss, għall-konsistenza bejn id-dokumenti, l-ittikkettjar u l-prodotti;

(d) "‘verifika fiżika’" tfisser verifika tal-prodott innifsu, li tinkludi, fejn xieraq, it-teħid ta’ kampjuni u t-testijiet f’laboratorju;

(e) "‘prodott’" tfisser għalf ta' l-annimali u s-sustanzi kollha użati fin-nutrizzjoni ta' l-annimali;

(f) "‘awtorità kompetenti’" tfisser l-awtorità ta’ l-Istat Membruresponsabbli għat-twettiq ta’ spezzjonijiet uffiċjali fil-qasam tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali;

(g) "‘stabbiliment’" tfisser kwalunkwe impriża li tkun tipproduċi jew timmanifattura prodott jew li żżomm il-prodott fi stadju intermedju qabel it-tqegħid tiegħu fis-suq jew li tpoġġi l-prodotti fis-suq;

(h) "tpoġġija/tqegħed" fis-suq’ tfisser iż-żamma ta’ prodotti bil-ħsieb li dawn jinbiegħu jew jingħataw lil oħrajn taħt xi forom oħra, jew bħala rigal jew bħala ħlas, kif ukoll il-bejgħ u forom oħra ta’ disponiment fihom infushom.

2. Id-definizzjonijiet mogħtija fil-leġislazzjoni tal-Komunità li tirrigwardja l-qasam tan-nutrizzjoni ta’ l-annimaligħandhom ikunu japplikaw meta xieraq.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex ikun żgurat li l-ispezzjonijiet isiru skond din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri m’għandhomx jeskludu prodott minn spezzjoni xierqa minħabba li dan ikun maħsub għall-esportazzjoni.

L-Artikolu 4

1. L-ispezzjonijiet għandhom isiru:

(a) f’intervalli regolari;

(b) meta jkun hemm suspett ta’ nuqqas ta' konformità;

(ċ) bl-użu ta’ mezzi proporzjonati għall-għan mixtieq u partikolarment fid-dawl tar-riskji u l-esperjenzi li jkunu nkisbu.

2. L-ispezzjonijiet għandhom ikopru l-istadji kollha tal-produzzjoni u l-manifattura, l-istadji intermedji qabel it-tpoġġija fis-suq, inkluża l-importazzjoni, u l-użu tal-prodotti.

L-awtorità kompetenti għandha tagħżel l-istadju jew l-istadji l-aktar addattati għall-għan maħsub ta’ l-ispezzjoni.

3. Bħala regola ġenerali, l-ispezzjonijiet għandhom isiru mingħajr twissija minn qabel.

4. L-ispezzjonijiet għandhom ikopru wkoll l-użu pprojbit fir-rigward tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali.

KAPITOLU II

IMPORTAZZJONIJIET MINN PAJJIŻI TERZI

L-Artikolu 5

Minkejja l-Artikolu 4 (1), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha biex ikun assigurat li meta l-prodotti jkunu introdotti fit-territorju doganali tal-Komunità dawn ikunu suġġetti mill-awtoritajiet kompetenti għal verifika dokumentarja ta’ kull grupp kif ukoll għal verifiki mingħajr ordini partikolari dwar l-identità sabiex tkun ivverifikata:

- in-natura tagħhom,

- l-oriġini tagħhom,

- id-destinazzjoni ġeografika tagħhom,

biex hekk tkun stabbilita l-proċedura doganali applikabbli għalihom.

L-Artikolu 6

Għall-għan tal-verifiki li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 5, l-Istati Membri jistgħu jinnominaw il-punti partikolari tad-dħul fit-territorju tagħhom għat-tipi differenti tal-prodotti.

Għall-istess għan huma jistgħu jeħtieġu li jingħatalhom avviż meta l-prodotti jaslu f’punt tad-dħul partikolari.

L-Artikolu 7

L-Istati Membrigħandhom jassiguraw il-konformità tal-prodotti permezz ta’ verifiki fiżiċi magħmula mingħajr ordni partikolari qabel ma dawn jitqiegħdu fis-suq.

L-Artikolu 8

1. Meta l-verifiki juru li l-prodotti ma jkunux jilħqu l-ħtiġijiet tar-regoli, l-Istat Membru għandu jipprojbixxi d-dħul ta’ dawn jew it-tpoġġija tagħhom fis-suq u jordna d-dispaċċ tagħhom mill-ġdid il-barra mit-territorju tal-Komunità; huwa għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li huwa jkun irrifjuta l-prodotti, waqt li jindika l-ksur misjuba.

2. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-twettiq, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti, ta’ waħda mill-operazzjoniet li ġejjin:

- li l-prodotti jinġiebu bi dritt mal-ħtiġijiet f'limitu ta’ data li għandha tkun stabbilita, jew

- id-dekontaminazzjoni meta din tkun xierqa, jew

- l-ipproċessar bi kwalunkwe manjiera addattata, jew

- l-użu għal għanijiet oħra, jew

- il-qerda tal-prodotti.

L-Istati Membri għandhom jasssiguraw li l-operazzjonijiet li hemm stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma jkunux iwasslu għal kwalunkwe effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali jew ta' l-ambjent.

3. L-ispejjeż involuti fil-miżuri meħuda bi qbil mal-paragrafi 1 u 2 għandhom jinġarru minn dak li għandu l-awtorizzazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu.

L-Artikolu 9

1. Meta l-prodotti ma jitpoġġewx fis-suq fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel il-verifiki msemmija fl-Artikolu 5 u, meta tkun xierqa, il-verifika fiżika, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-persuna kkonċernata b’dokument li jkun juri t-tip ta’ verifika li tkun saret u l-eżitu tagħha.Id-dokumenti kummerċjaligħandhom ikollhom referenza għal dan id-dokument.

B'dana kollu, id-dritt ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni li jwettaq verifiki mingħajr ordni partikolari fuq il-prodotti m’għandux ikun affettwat.

2. Dokument bażiku u, meta xieraq, regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23 qabel it-30 ta’ April 1998.

KAPITOLU III

IL-KUMMERĊ FIL-KOMUNITÀ

L-Artikolu 10

L-Istati Membrigħandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li l-prodottimaħsubagħad-dispaċċ lejn Stat Membru ieħor ikunu spezzjonati bl-istess attenzjoni bħal dawk intiżi biex jitpoġġew fis-suq fit-territorju proprju tagħhom.

Sezzjoni 1

Il-verifiki fuq il-post

L-Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti twettaq il-verifiki fuq l-stabbilimenti biex taċċerta ruħha li dawn ikunu jilħqu verament l-obbligi tagħhom permezz tar-regoli tal-Komunità u li l-prodottiintiżi biex jitpoġġew fis-suq ikunu konformi mal-ħtiġijiet tal-Komunità.

2. Meta jkun hemm raġunijiet għal suspett li l-ħtiġijiet ma jkunux qegħdin jintlaħqu, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel il-verifiki meħtieġa u, jekk is-suspett ikun ikkonfermat, tieħu l-miżuri li jkunu xierqa.

Sezzjoni 2

Il-kontroll fid-destinazzjoni

L-Artikolu 12

1. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’, f’postijiet tad-destinazzjoni, tivverifika l-konformità tal-prodotti mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 (1) (a) permezz ta’ verifiki mingħajr ordni partikolari li ma jkunux diskriminatorji.

2. B'dana kollu, meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ transitu jew l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkollha informazzjoni li twassalha għal xi suspett ta’ ksur tar-regolamenti, verifiki jistgħu jsiru wkoll waqt it-trasport tal-prodotti fit-territorju tiegħu.

L-Artikolu 13

1. Jekk, matul verifika li tkun saret fil-post tad-destinazzjoni ta’ konsenja jew matul it-trasport, l-Istat Membru jistabbilixxi li jkun hemm nuqqas ta’ konformità tal-prodotti mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 (1) (a), dan għandu jieħu l-miżuri xierqa u għandu jitlob formalment lill-kunsinnatarju, lill-konsenjant jew lil kwalunkwe persuna oħra ntitolata biex twettaq, permezz tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti, waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:

- li ġġib il-prodotti f’konformità fi żmien limitu ta' data li għandha tkun stabbilita, jew

- id-dekontaminazzjoni meta jkun xieraq, jew

- l-ipproċessar fi kwalunkwe manjiera addattata oħra, jew

- l-użu għal għanijiet oħra, jew

- id-dispaċċ mill-ġdid lejn il-pajjiż ta’ l-oriġini, wara li tkun ġiet infurmata l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' l-istabbiliment ta’ l-oriġini, jew

- il-qerda tal-prodotti.

2. L-ispejjez li jkunu saru fil-miżuri meħuda bi qbil mal-paragrafu 1 għandhom jinġarru mill-kunsinnatarju jew minn kwalunkwe persuna oħra ntitolata, inkluż il-konsenjant skond kif ikun xieraq.

Sezzjoni 3

Kooperazzjoni fil-każ ta’ ksur tar-regolamenti

L-Artikolu 14

Fl-eventwalità ta’ distruzzjoni, l-użu għal għanijiet oħra, id-dispaċċ mill-ġdid lejn il-pajjiż ta’ l-oriġini jew id-dekontaminazzjoni tal-prodotti kif ipprovdut fl-Artikolu 13 (1), l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jinforma lill-Istat Membru tad-dispaċċ mingħajr dewmien. F’każijiet oħra, l-Istat Membru tad-destinazzjoni jista’ jagħmel kuntatt ma’ l-Istat Membru tad-dispaċċ. L-Istat Membru tad-dispaċċgħandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa u javża lill-Istat Membru tad-destinazzjoni dwar in-natura u r-riżultat tal-verifiki li jkunu saru, id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu u r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet.

Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jibża’ li dawn il-miżuri mhumiex adekwati, iż-żewġ Stati Membri għandhom ifittxu flimkien modi kif tkun irrimedjata s-sitwazzjoni; jekk ikun xieraq dan jista’ jinvolvi spezzjoni konġunta fuq il-post.

Meta l-verifiki mwettqa bi qbil ma’ l-Artikolu 12 jibqgħu juru irregolaritajiet irripetuti, l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

L-Artikolu 15

1. Fuq it-talba ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni jew fuq l-inizjattiva personali tagħha, waqt li tkun kkunsidrata n-natura tal-ksur tar-regolamenti li jkunu ġew stabbiliti, il-Kummissjoni tista’:

- tibgħat rappreżentanti, b’kooperazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, lejn l-istabbiliment f'dak il-każ,

- titlob lill-Istat Membru tad-dispaċċ biex jintensifika l-verifiki tiegħu fuq il-prodotti ta’ l-istabbiliment ikkonċernat.

2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar l-investigazzjonijiet tagħha.

Matul l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni, l-Istat Membru tad-dispaċċ għandu, jekk ikun mitlub mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, jintensifika l-verifiki fuq il-prodotti li jkunu ġejjin mill-istabbiliment f'dak il-każ.

L-Istat Membru tad-destinazzjoni jista’, min-naħa tiegħu, jintensifika l-verifiki fuq il-prodotti li jkunu ġejjin mill-istess stabbiliment.

3. Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi s-sitwazzjoni fi ħdan il-Kumitat li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 23. Hija tista’ tadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa, inklużi dawk marbuta mal-movimenti intra-Komunitarji tal-prodotti, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-istess Artikolu.

Sezzjoni 4

Spezzjonijiet fuq l-oqsma

L-Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti jkollha aċċess għal postijiet fejn issir il-produzzjoni agrikola u fejn il-prodotti jiġu mmanifatturati jew użati biex isiru l-verifiki preskritti.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 17

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ispezzjonijiet isiru b’tali mod li d-dewmien fit-tqassim tal-prodotti jkun imminimizzat u li l-ispezzjonijiet ma jkunux jirriżultaw f’ostakli mhux iġġustifikati għat-tpoġġija fis-suq ta’ dawn.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-uffiċjali responsabbli għall-ispezzjoni jkunu suġġetti għall-kunfidenzjalità professjonali.

L-Artikolu 18

1. Meta jittieħdu kampjuni minn prodotti għall-analiżi, l-Istati Membrigħandhom jadottaw id-disposizzjonijiet meħtieġa:

- biex ikun assigurat li dawk suġġetti għal verifika jkunu intitolati għal opinjoni oħra,

- biex ikun assigurat li l-kampjuni ta’ referenza ssiġillati uffiċjalment ikunu ppreservati.

2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta’ laboratorji responsabbli għat-twettiq ta’ l-analiżi; dawn għandhom jassiguraw li dawn il-laboratorji jkunu magħżula minħabba l-kapaċitajiet tagħhom.

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi jsiru b’konformità mar-regoli tal-Komunità.

B'dana kollu, fin-nuqqas ta’ regoli u metodi tal-Komunità, l-Istati Membrigħandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jaċċertaw li l-ispezzjonijiet jitwettqu:

- bi qbil man-normi rikonoxxuti minn entitajiet internazzjonali,

- fin-nuqqas ta’ dawn in-normi, b’konformità mar-regoli nazzjonali rikonoxxuti uffiċjalment li jkunu konformi mal-prinċipji ġenerali tat-Trattat.

4. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23.

L-Artikolu 19

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun assigurat li d-disposizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod sħiħ. Penalitajiet għandhom ikunu stabbiliti fil-każ li jkun hemm nuqqas ta’ konformità ma’ dawk il-miżuri. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, għandhom ikunu proporzjonati ma’ l-għan tagħhom u għandu jkollhom effett ta’ deterrent adekwat.

L-Artikolu 20

Id-drittijiet ta’ l-appell li jeżistu permezz tal-liġijiet li hemm fis-seħħ fl-Istati Membri kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx ikunu affettwati b’din id-Direttiva.

Deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti meta jkun ġie identifikat ksur tar-regolamenti u r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu kkomunikati lill-operatur ikkonċernat minn dawn id-deċiżjonijiet jew inkella lir-rappreżentant tiegħu.

Jekk l-operatur ikkonċernat jew ir-rappreżentant tiegħu hekk jitlob, id-deċiżjonijiet imsemmija u r-raġunijiet għandhom ikunu kkomunikati lilu bil-kitba bid-dettalji kollha dwar id-drittijiet ta’ l-appell li huma disponibbli għalih permezz tal-liġi li hemm fis-seħħ fl-Istat Membru li jkun qed iwettaq il-verifiki u dwar il-proċedura u l-limiti ta’ żmien applikabbli.

L-Artikolu 21

Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummisjoni sena wara li din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ:

- l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti, it-territorju ġeografika u l-isfera tal-kompetenza tagħhom,

- il-laboratorju jew il-laboratorji msemmija fl-Artikolu 18 (2),

- fejn ikun xieraq, il-lista tal-punti tad-dħul li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 6.

Din l-informazzjoni, flimkien ma’ l-emendi sussegwenti, għandhom ikunu ppubblikati fis-serje "Ċ"tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 22

1. Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 1998, l-Istati Membri għandhom ifasslu programmi li jistabbilixxu l-miżuri nazzjonali li għandhom jittieħdu biex jintlaħaq l-għan ta’ din id-Direttiva.

Dawn il-programmi għandhom jikkunsidraw is-sitwazzjoni speċifika ta’ kull Stat Membru u jispeċifikaw it-tip u l-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet, li għandhom isiru b’mod regolari.

2. Qabel l-1 ta’ April ta’ kull sena u qabel l-1 ta’ April 2000 għall-ewwel darba, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni relevanti kollha dwar l-implimentazzjoni tal-programmi msemmija fil-paragrafu 1 matul is-sena preċedenti, waqt li jispeċifikaw:

- il-kriterji li jintużaw fit-tfassil tal-programmi,

- in-numru u t-tip ta’ spezzjonijiet li għandhom isiru,

- ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet, partikolarment in-numru u t-tip ta’ ksur ta’ regolamenti li jkunu nstabu,

- l-azzjoni meħuda meta l-ksur tar-regolamenti jkunu nstabu.

3. Qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena u qabel l-1 ta’ Ottubru 2000 għall-ewwel darba, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ġenerali fil-qosor fuq ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li jkunu saru fuq il-livell ta’ Komunità, flimkien ma’ proposta għal rakkomandazzjoni li tkun tikkonċerna programm ta’ spezzjoni koordinata għas-sena ta’ wara, għall-adozzjoni bi qbil mal-proċedura permezz ta' l-Artikolu 23. Din ir-rakkomandazzjoni għandha tkun emendata aktar tard kif ikun meħtieġ bl-implimentazzjoni tal-programm ikkoordinat.

Il-programm ikkoordinat għandu jindika, partikolarment, il-kriterji ta’ prijorità li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tiegħu.

L-informazzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 2 għandha jkollha sezzjoni separata li tkun tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-programm ikkoordinat.

L-Artikolu 23

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanentidwar l-Għalf tal-Bhejjem, stabbilit bid-Deċiżjoni 70/372/KEE [13], minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lejn il-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fil-limitu ta’ żmien li l-President jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun jeħtieġ jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu mwieżna fil-manjiera stabbilita f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri kkontemplati jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri kkontemplati ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, meta jkun skada l-perjodu ta’ tliet xhur mid-data li fiha jkun sar ir-riferiment lejn il-Kunsill, il-Kunsill ma jkun ħa l-ebda azzjoni, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, ħlief meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b’maġġoranza sempliċi.

L-Artikolu 24

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 1998. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 25

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropea.

L-Artikolu 26

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmulha fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ottubru 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Atienza

[1] ĠU Ċ 313, tad-19.11.1993, p. 10.

[2] ĠU Ċ 128, tad-9.5.1994, p. 97.

[3] ĠU Ċ 127, tas-7.5.1994, p. 10.

[4] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13).

[5] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/723/KE (ĠU L 288, tad-9.11.1994, p. 48).

[6] ĠU L 170, tat-3. 8. 1970, p. 2. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 (ĠU L 362, tal-31. 12. 1985, p. 8).

[7] ĠU L 270, tal-14. 12. 1970. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/77/KE (ĠU L 350, tal-31. 12. 1994, p. 113).

[8] ĠU L 38, tal-11. 2. 1974, p. 31. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/16/KE (ĠU L 104, tat-23. 4. 1994, p. 32).

[9] ĠU L 32, tat-3. 2. 1977, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/654/KEE (ĠU L 353, tas-17. 12. 1990, p. 48).

[10] ĠU L 86, tas-6. 4. 1979, p. 30. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/74/KEE (ĠU L 237, tat-22. 9. 1993, p. 23).

[11] ĠU L 213, tal-21. 7. 1982, p. 8. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/74/KEE (ĠU L 237, tat-22. 9. 1993, p. 23).

[12] ĠU L 237, tat-22. 9. 1993, p. 23.

[13] ĠU L 170, tat-3. 8. 1970, p. 1.

--------------------------------------------------

Top