EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0569

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ekwador fuq il-prekursuri u sostanzi kimiċi użati ta' spiss fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sostanzi psikotropiċi

ĠU L 324, 30.12.1995, p. 18–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/569/oj

Related international agreement

31995D0569



Official Journal L 324 , 30/12/1995 P. 0018 - 0018


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-18 ta' Diċembru 1995

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ekwador fuq il-prekursuri u sostanzi kimiċi użati ta' spiss fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sostanzi psikotropiċi

(95/569/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(4), u l-Artikolu 228(4), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi, fil-25 ta' Settembru 1995, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni li tinnegozja, f'isem il-Komunità, ftehim fuq il-kontroll ta' prekursuri u sostanzi kimiċi ma' l-Istati Membri ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Istati Amerikani, u bħala priorità mal-Pajjiżi Membri tal-Ftehim Catagena; billi l-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' din l-awtorizzazzjoni, temmet in-negozjati mar-Repubblika ta' l-Ekwador fit-13 ta' Novembru 1995;

Billi huwa xieraq li l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ekwador fuq il-prekursuri u sostanzi kimiki użati ta' spiss fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sostanzi psikotropiċi għandu jkun approvat;

Billi huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza l-Kummissjoni, f'konsultazzjoni ma' kumitat speċjali appuntat mill-Kunsill, biex japprova modifiki f'isem il-Komunità meta l-Ftehim jipprovdi li jkunu adottati mill-Grupp Konġunt ta' Aġġornament; billi, din l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-modifika ta' l-Annessi tal-Ftehim safejn jirrigwarda sostanzi diġà koperti mil-leġislazzjoni tal-Komunità fuq prekursuri u sostanzi kimiċi,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ekwador fuq il-prekursuri u sostanzi kimiki użati ta' spiss fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sostanzi psikotropiċi huwa approvat f'isem il-Komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina persuni li jkollhom l-awtorità jiffirmaw il-Ftehim.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jiddepożita l-istrument provdut fl-Artikolu 12 tal-Ftehim [1].

Artikolu 4

1. Il-Komunità għandha tkun rappreżentata fil-Grupp Konġunt ta' Aġġornament provdut fl-Artikolu 9 tal-Ftehim mill-Kummissjoni, mgħejjuna mir-rapprezentanti ta' l-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tapprova, f'isem il-Komunità, modifiki ghall-annessi tal-ftehim adottat mill-Grupp Konġunt ta' Aġġornament bil-proċedura preskritta fl-Artikolu 10 tal-Ftehim.

Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna f'din il-hidma minn Kumitat specjali maħtur mill-Kunsill u inkarigat milli jistabbilixxi pożizzjoni komuni.

3. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun limitata għal dawk is-sostanzi li huma koperti diġà bil-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità fuq il-prekursuri tad-drogi u sostanzi kimiċi.

Artikolu 5

Din id-Deċizjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 1995.

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Borrell Fontelles

[1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tkun ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet ta' l-Ewropa mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------

Top