Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995D0467

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’Ottubru 1995 li timplementa l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti għall-bini

    ĠU L 268, 10.11.1995, p. 29–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/11/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/467/oj

    31995D0467



    Official Journal L 268 , 10/11/1995 P. 0029 - 0034


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-24 ta’Ottubru 1995

    li timplementa l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti għall-bini

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (95/467/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/EEC tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

    Billi l-Artikolu 13 (3) tad-Direttiva 89/106/KEE jipprovdi għal żewġ proċeduri differenti għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodott; billi l-Artikolu 13 (4) jenħtieġ l-għażla tal-proċedura skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 13 (3) għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti li għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Permanenti dwar il-Kostruzzjoni;

    Billi din l-għażla bejn iż-żewġ proċeduri għandha tkun speċifikata skond il-kriterji stipulati fl-Artikolu 13 (4);

    Billi l-Artikolu 13 (4) jistipula li, fil-każ ta’ kull proċedura, hemm il-ħtieġa għall-Kummissjoni li tagħżel il-proċedura l-anqas ta’ tbatija li tkun konsistenti mas-sigurezza; dan ifisser li huwa meħtieġ li jkun deċiż jekk, għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti partikolari, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni ta’ fabbrika taħt ir-responsabbilità tal-manifattur tkunx meħtieġa u kondizzjoni suffiċjenti għall-attestazzjoni tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mat-tħaris tal-kriterja stipulati fl-Artikolu 13 (4), l-intervent ta’ korp approvat ta’ ċertifikazzjoni jkunx meħtieġ;

    Billi l-Artikolu 13 (4) jenħtieġ li l-proċedura hekk stabbilita għandha tkun indikata fl-ordnijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jkun definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użat fl-ordnijiet u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

    Billi ż-żewġ proċeduri fl-Artikolu 13 (3) huma deskritti fid-dettal fl-Anness III li jinsab mad-Direttiva 89/106/EEC; billi huwa meħtieġ li jkunu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduti għandhom ikunu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi;

    Billi l-proċedura msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13 (3) tikkorrespondi mas-sistemi stipulati fl-ewwel possibbiltà mingħajr sorveljanza kontinwa, it-tieni u t-tielet possibbilitajiet tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13 (3) jikkorrespondu mas-sistemi stipulati fil-punt (i) tat-Taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà b’sorveljanza kontinwa tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 l-Anness III;

    Billi l-Kumitat Permanenti għall-Bini kien ġie ikkonsultat, kif meħtieġ bl-Artikolu 13 u skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20, u ta opinjoni favorevoli fis-27 ta’ Settembru 1995,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊISJONI:

    L-Artikolu 1

    Il-prodotti u l-familji ta’ prodotti stipulati fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata permezz ta’ proċedura li biha l-manifattur ikollu taħt ir-reponsabbilità unika tiegħu sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika li tassigura li l-prodott ikun konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti.

    L-Artikolu 2

    Il-prodotti stipulati fl-Anness 2 għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata minn proċedura li biha, b’żieda mas-sistema ta’ kontroll tal-produzjoni tal-fabbrika mħaddma mill-manifattur, korp approvat ta’ ċertifikazzjoni jkun involut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

    L-Artikolu 3

    Il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità skond l-Anness 3 għandha tingħata f’ordnijiet għall-istandards armonizzati.

    L-Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, l-24 ta’Ottubru 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Martin bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠR Nru L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    [2] ĠR Nru L 220, tal-31.8.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 1

    - trombi taċ-ċmieni u prodotti: speċifiċi trufijiet taċ-ċmieni.

    - Prodotti tal-gypsum folji tal-ġibs, blokki, elementi ta’ soqfa u tikħil, inklużi l-prodotti anċillari relevanti, differenti minn dawk imsemmija fl-Anness 2.

    - Pedamenti strutturali: it-tipi kollha ta’ pedamenti strutturali maħsuba biex jintużaw fil-bini u xogħolijiet ta’ l-inġinerija ċivili meta l-ħtiġiet għall-pedamenti ndividwali ma jkunux kritiċi [1].

    [1] Mhux kritiċi fis-sens li dawk il-ħtiġiet m’għandhomx, fil-każ ta’ ħsara fil-pedamenti u f’ċirkostanzi normali, iwasslu biex ix-xogħolijiet jew partijiet minnhom ikunu fi stat ‘l hinn minn dawk meqjusa bħala li huma ta’ servizz tajjeb u fi stat li ma jifilħux aktar.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 2

    - Ċmieni, trombi taċ-ċmieni u prodotti speċifiċi: ċmieni prefabbrikati (elementi f’għoli ta’ sular), kisi tat-trombi (elementi jew blokki), ċmieni b’qoxra multipla (elementi jew blokki), blokki għaċ-ċmieni b’ħajt singlu, settijiet ta’ ċmieni li jżommu waħedhom u ċmieni mwaħħla.

    - folji tal-ġibs u elementi tas-soqfa b’laminazzjonijiet irqaq, folji b’fibri tal-ġibs, u pannelli komposti (laminati) li jinkorporaw materjali bħal Euroclass A, B jew C li r-reazzjoni tagħhom dwar kemm jifilħu għan-nar tkun suxxettibli għall-bidla matul il-proċess tal-produzjoni u li fihom il-materjal inkorporat jitqiegħed fuq wiċċ suxxettibli li jkun espost għan-nar, inklużi l-prodotti anċillari relevanti, maħsuba biex jintużaw f’ħitan, diviżorji jew soqfa (jew għal kisi tagħhom) suġġetti għal reazzjoni tal-ħtiġijiet tan-nar.

    - Pedamenti strutturali: it-tipi kollha ta’ pedamenti strutturali maħsuba biex jintużaw fil-bini u xogholijiet ta’ l-inġinerija ċivili meta l-ħtiġiet dwar pedamenti ndividwali jkunu kritiċi [1].

    [1] Kritiċi fis-sens li dawk il-ħtiġiet jistgħu, fil-każ ta’ ħsara tal-pedamenti, iwasslu biex ix-xogħolijiet jew partijiet minnhom ikunu fi stat ‘l hinn minn dawk meqjusa bħala li huma ta’ servizz tajjeb u fi stat li ma jifilħux aktar.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 3

    FAMILJA TA’ PRODOTTI:

    ĊMIENI, TROMBI U PRODOTTI SPEĊIFIĊI (1/1)

    Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

    Għal prodott(i) maħsuba għall-użu/i elenkati hawn taħt, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardation, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardation Elettroteknika (CEN/Cenelec) huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità ma’ istandards armonizzati relevanti:

    Prodott(i) | Użu maħsub | Livell(i) jew klassi(jiet) (Reazzjoni għan-nar) [1] | Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità(i) |

    Ċmieni prefabbrikati (elementi mgħola sular), kisi tat-trombi (elementi jew blokki), ċmieni b’qoxra multipla (elementi jew blokki), blokki għaċ-ċmieni b’ħajt singlu, settijiet ta’ ċmieni li jżommu waħedhom u ċmieni mwaħħla. | Ċmieni | A | 2+ [2] |

    Trufijiet taċ-ċmieni. | Ċmieni | A — B | 4 [3] |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista tiġi mplimentata wkoll meta t-twettieq ma jkunx jenħtieġ li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux ħtiġiet legali għall-karatteristiċi kollha (ara l-Artikolu 2 (1) tal-CPD u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ interpretzzjoni). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ dawk il-karatteristiċi għandha tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara t-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI:

    PRODOTTI TAL-GYPSUM (1/4)

    Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

    Għal prodott(i) maħsuba għal użu/i elenkati hawn taħt, is-CEN/CENELEC huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità fl-istandards armonizzati relevanti:

    Prodott(i) | Użu maħsub | Livell(i) jew klassi(jiet) (Reazzjoni għan-nar tal-meterjali nkorporati) [4] | Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità(i) |

    Folji tal-ġibs u elementi tas-saqaf b’laminazzjoni rqieqa, folji bil-fibri tal-ġibs, pannelli komposti (laminati) li fihom il-materjal inkorporar ikun imqiegħed fuq il-wiċċ suxxettibli li jkun espost għan-nar, inklużi prodotti anċillari relevanti. | F’ħitan, diviżorji jew soqfa (jew bħala kisi tagħhom) suġġetti għal ħtiġijiet ta’ reazzjoni għan-nar | A — B — C [5] A — B — C [6] D — E — F | 1 [7] 3 [8] 4 [9] |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi mplimentata wkoll meta t-twettieq ma jkunx jenħtieġ li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux il-ħtiġiet legali għall-karatteristiċi kollha (ara l-Artikolu 2 (1) tal-CPD u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ dawk il-karatteristiċi għandha tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara t-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI:

    PRODOTTI TAL-GYPSUM (2/4)

    Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

    Għal prodott(i) maħsuba għal użu/i elenkati hawn taħt, is-CEN/CENELEC huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità fl-istandards armonizzati relevanti:

    Prodott(i) | Użu maħsub | Livell(i) jew klassi(jiet) (Reżistenti għan-nar) | Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità(i) |

    Folji tal-ġibs, blokki, elementi tas-soqfa u tikħil tal-ġbs, inklużi prodotti anċillari relevanti | F’ħitan, diviżorji jew soqfa, kif relevanti, maħsuba għall-protezjoni kontra n-nar ta’ elementi strutturali u/jew kompartimentazzjoni tan-nar fil-bini | Kull ħaġa | 3 [10] |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi mplimentata wkoll meta t-twettieq ma jkunx jenħtieġ li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux il-ħtiġiet legali għall-karatteristiċi kollha (ara l-Artikolu 2 (1) tal-CPD u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ dawk il-karatteristiċi għandha tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara t-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI:

    PRODOTTI TAL-GYPSUM (3/4)

    Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

    Għal prodott(i) maħsuba għal użu/i elenkati hawn taħt, ic-CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità ma’ l-istandards armonizzati relevanti:

    Prodott(i) | Użu maħsub | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità(i) |

    Folji tal-ġibs, inklużi prodotti anċillari relevanti | Għat-tisħieħ ta’ ħitan li jkunu bi gwarniċi u windloadbearing jew strutturi tas-soqfa bi travi ta’ l-injam | — | 3 [11] |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi mplimentata wkoll meta t-twettieq ma jkunx jenħtieġ li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux il-ħtiġiet legali għall-karatteristiċi kollha (ara l-Artikolu 2 (1) tal-CPD u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ dawk il-karatteristiċi għandha tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara t-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI:

    PRODOTTI TAL-GYPSUM (4/4)

    Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

    Għal prodott(i) maħsuba għal użu/i elenkati hawn taħt, ic-CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità ma’ l-istandards armonizzati relevanti:

    Prodott(i) | Użu maħsub | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità(i) |

    Pjanċi tal-ġibs, blokki, elementi ta’ soqfa u tikħil tal-ġbs, inklużi prodotti anċillari relevanti | F’ħitan, diviżorji jew soqfa, kif relevanti, għal sitwazzjonijiet, u użu, mhux imsemmi fi (1/4), (2/4) jew (3/4) | — | 4 [12] |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi mplimentata wkoll meta t-twettieq ma jkunx jenħtieġ li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux il-ħtiġiet legali għall-karatteristiċi kollha (ara l-Artikolu 2.1 tal-CPD u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ dawk il-karatteristiċi għandha tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara t-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI:

    PEDAMENTI STRUTTURALI (1/1)

    Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità

    Għal prodott(i) maħsuba għal użu/i elenkati hawn taħt, is-CEN/CENELEC huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità fl-istandards armonizzati relevanti:

    Prodott(i) | Użu maħsub | Livell(i) jew klassi(jiet) | Attestazzjoni tas-sistema ta’ konformità(i) |

    Pedamenti strutturali | Fil-bini u xogħolijiet ta’ l-inġinerija ċivili meta l-ħtiġiet dwar pedamenti ndividwali jkunu kritiċi [13] | | 1 [15] |

    Fil-bini u xogħolijiet ta’ l-inġinerija ċivili meta l-ħtiġijiet dwar pedamenti ndividwali ma jkunux kritiċi [14] | | 3 [16] |

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi mplimentata wkoll meta t-twettieq ma jkunx jenħtieġ li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li mill-anqas Stat Membru wieħed ma jkollux il-ħtiġiet legali għall-karatteristiċi kollha (ara l-Artikolu 2(1) tal-CPD u, fejn applikabbli, l-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti ta’ interpretazzjoni). F’dawk il-każijiet, il-verifika ta’ dawk il-karatteristiċi m’għandiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara t-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward.

    [1] Għal reazzjoni ta’ użu man-nar, ara Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/611/EC (ĠU L 241, tas-16.9.1994, p. 25).

    [2] Sistema 2+: Ara d-Direttiva dwar il-prodotti għall-bini (CPD) l-Anness III.2. (ii), l-ewwel possibbilità, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzjoni tal-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi tas-sorveljanza kontinwa tiegħu, stima u approvazzjoni.

    [3] Sistema 4: CPD l-Anness III.2. (ii), it-tielet possibbilità.

    --------------------------------------------------

    Top