Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3294

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3294/94 tat-22 Diċembru 1994 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 302/93 dwar it-twaqqif ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id- Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi

    ĠU L 341, 30.12.1994, p. 7–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3294/oj

    31994R3294



    Official Journal L 341 , 30/12/1994 P. 0007 - 0007
    Finnish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0265
    Swedish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0265


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3294/94

    tat-22 Diċembru 1994

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 302/93 dwar it-twaqqif ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id- Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Billi fit-8 ta' Frar 1993 il-Kunsill adotta ir-Regolament (KEE) Nru 302/93 dwar it-twaqqif ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id- Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi [3];

    Billi d-dispożizzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw il-korpi stabbiliti mill-Komunità għandhom ikunu armonizzati;

    Billi l-Artikolu 11 tar-Regolament msemmi qabel, li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet finanzjarji li jirregolaw iċ-Ċentru, għandu jiġi amendat biex jieħu kont ta' din il-ħtieġa ta' armonizzazzjoni;

    Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 130 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [4], id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju għandu jiġi kkunsidrat kemm jista' jkun meta jiġu adottati r-regoli finanzjarji interni taċ-Ċentru,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    "12. Wara li jirċievi l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri, il-bord amministtrattiv għandu jadotta dispożizzjonijiet finanzjarji interni li jistabbilixxu partikolarment ir-regoli dettaljati biex ikunu stabbiliti u implimentati l-estimi taċ-Ċentru."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1994.

    Għal Kunsill

    Il-President

    H. Seehofer

    [1] ĠU C 225, ta' l-20.8.1993, p. 3.

    [2] ĠU C 61, tat-28.2.1994, p. 241.

    [3] ĠU L 36, tat-12.2.1993, p. 1.

    [4] ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEFA, KE, Euratom) Nru 1923/94 (ĠU L 198, tat-30.7.1994, p. 4).

    --------------------------------------------------

    Top