EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3272

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3272/94 tas-27 ta' Diċembru 1994 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 339, 29.12.1994, p. 58–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3272/oj

31994R3272



Official Journal L 339 , 29/12/1994 P. 0058 - 0059
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 16 P. 0075
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 16 P. 0075


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3272/94

tas-27 ta' Diċembru 1994

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] fuq in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni Doganali, kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3737/94 [2] u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew f'parti bażati fuqu jew li żżidlu kull suddiviżjoni oħra u li huwa stabbilit b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, biex tkun applikata t-tariffa u miżuri rigward il-kummerċ fil-merkanzija;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti jridu jiġu kklassifikati skond il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet dikjarati fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-nomenklatura maqgħuda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissoktaw ikunu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u tal-Istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa kklassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, jistgħu jissoktaw ikunu invokati, taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għall-perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 335, tat-23.12.1994, p. 56.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti | Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Boċċa tal-azzar miksija bil-gomma tas-silikon u li tħares l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:ebusija shore (Tip A of 70 ± 5,linja mqabbża ta' fejn taqta' l-forma ma taqbiżx 0,05 mm,dijametru li ma jaqbiżx 22 mm, upiż totali ta' 31 gramma (± 1 gramma)disinjat għall-użu fil-mannifattura ta' apparat li juri (hekk imsejjaħ "compjuter mouse". | 84733090 | Klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, Nota 2 b) tat-Taqsima XVI u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8473, 847330 u 84733090. |

2.Floppy disk li fuqha sinjal (wave-form) analogu huwa reġistrat matul il-manifattua, biss għall-iskop tal-verfika tal-kwalità tal-kisja manjetika tad-diska. | 85232090 | Klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8523, 852320 u 85232090. Billi s-sinjal analogu ma jistax ikollu skop ieħor wara l-mannifattura, dan is-sinjal ma jistax ikun konsidrat bħala reġistrazzjoni fit-tifsira tal-intestatura 8524. |

3.Junction box għal sistemi tal-cable television, li jkunu magħmula minn kaxxa tal-metall (daqs approssimat ta' 10 × 10 × 7 cm) mgħammra b' cable inputs u terminals. Il-kaxxa jkollha ċirkuwitu elettriku b'numru ta' kompenenti elettriċi (bħal coils, transformers, resistenzi u capacitors) u konnessjonijiet.Il-junction box fid-disinn u l-funzjoni mhux apparat biex isiru konnessjonijiet ma' jew ġo ċirkuwiti elettriċi fit-tifsira tal-intestaturi 8536. Għalkemm użat bħala parti għas-sistemi tat-television, huwa apparat li għandu funzjoni individwali. | 85438080 | Klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda, u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8543, 854380 u 85438080. Il-funzjoni tal-junction box huwa biex jitnaqqas is-sinjal tal-vultaġġ mogħti mill-cable lis-sett tat-television u, permezz ta' filtru, ma jħallix li l-vultaġġ tal-provista għall-amplifikaturi milli jilħaq is-settijiet tat-television. |

--------------------------------------------------

Top