This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R2926
Commission Regulation (EC) No 2926/94 of 30 November 1994 amending Regulation (EEC) No 2177/92 laying down detailed rules for the application of the specific supply arrangements for the Azores, Madeira and the Canary Islands with regard to sugar and Regulation (EEC) No 1713/93 as regards the agricultural conversion rates in the sugar sector
Ir Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2926/94 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2177/92 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġementi speċifiċi tal-provvista għall-Ażores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji rigward iz-zokkor u r-Regolament (KEE) Nru 1713/93 rigward ir-rati tal-kambju agrikolu fis-settur taz-zokkor
Ir Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2926/94 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2177/92 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġementi speċifiċi tal-provvista għall-Ażores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji rigward iz-zokkor u r-Regolament (KEE) Nru 1713/93 rigward ir-rati tal-kambju agrikolu fis-settur taz-zokkor
ĠU L 307, 1.12.1994, p. 56–56
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1913
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31992R2177 | Żieda | artikolu 5.5 | 01/12/1994 | |
Modifies | 31993R1713 | Emenda | anness | 01/12/1994 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32006R1913 | 01/01/2007 |
Official Journal L 307 , 01/12/1994 P. 0056 - 0056
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 63 P. 0067
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 63 P. 0067
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2926/94 tat-30 ta’ Novembru 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2177/92 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġementi speċifiċi tal-provvista għall-Ażores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji rigward iz-zokkor u r-Regolament (KEE) Nru 1713/93 rigward ir-rati tal-kambju agrikolu fis-settur taz-zokkor IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta’Ġunju 1992 li jikkonċerna miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji rigward ċerti prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1974/93 [2], u partikolarment l-Artikoli 3(4) u 7 (2) tiegħu, Billi r-regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-arranġamenti speċjali ta’provvista għall-Ażores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji rigward iz-zokkor huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2177/92 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1443/94 [4]; Billi r-regoli komuni dettaljati l-ġodda sabiex jiġu implimentati l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta’ċerti prodotti agrikoli lill-Gżejjer Kanarji stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2790/94 [5], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2883/94 [6], li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’Diċembru 1994, ma jistabbilix iktar li għandha tkun iddepożitata garanzija qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat ta’l-għajnuna u jiddefinixxu okkażjoni oħra ta’operat għar-rata li trid tiġi użata sabiex il-għajnuna għall-provvista tiġi konvertita f’peseta Spanjoli; billi, għalhekk, għandhom isiru l-emendi korrispondenti rigward il-Gżejjer Kanarji lir-Regolament (KEE) Nru 2177/92 u lir-Regolament (KEE) Nru 1713/93 tat-30 ta’Ġunju 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali sabiex jiġu applikati r-rati agrikoli tal-kambju fis-settur taz-zokkor [7], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2627/93 [8], sabiex jibdew iseħħu mill-1 ta’Diċembru 1994; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’l-opinjoni tal-Kumitat ta’Ġestjoni għaz-Zokkor, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud ma’l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2177/92: "5. Il-paragrafi ta’hawn fuq m’għandhomx japplikaw rigward tal-Gżejjer Kanarji." Artikolu 2 Fil-punt XVI (c) ta’l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 1713/93, il-kelmiet "u l-Gżejjer Kanarji" huma mħassra. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’Diċembru 1994. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-30 ta’Novembru 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, tas-27.6.1992, pġ. 13. [2] ĠU L 180, tat-23.7.1993, pġ. 26. [3] ĠU L 217, tal-31.7.1992, pġ. 71. [4] ĠU L 157, ta’l-24.6.1994, pġ. 4. [5] ĠU L 296, tas-17.11.1994, pġ. 23. [6] ĠU L 304, tad-29.11.1994, pġ. 18. [7] ĠU L 159, ta’l-1.7.1993, pġ. 94. [8] ĠU L 240, tal-25.9.1993 pġ. 19,. --------------------------------------------------