Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R0355

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 355/94 tal-14 ta' Frar 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 918/83 li jistabilixxi sistema tal-Komunità dwar eżenzjoni mid-dazji dogananli.

    ĠU L 46, 18.2.1994, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R1186

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/355/oj

    31994R0355



    Official Journal L 046 , 18/02/1994 P. 0005 - 0006
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0041
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0041


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 355/94

    tal-14 ta' Frar 1994

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 918/83 li jistabilixxi sistema tal-Komunità dwar eżenzjoni mid-dazji dogananli.

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-Artikolu 45 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 [4], jipprovdi li oġġetti li jkunu fil-bagalji personali ta' passiġġieri ġejjin minn pajjiż mhux membru għandhom jiġu mdaħħla mingħajr dazju, sakemm dawk l-importazzjonijiet ikunu ta' natura mhux kummerċjali;

    Billi, b'mod konformi mal-Artikolu 47 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83, il-valur totali tal-oġġetti li jiddaħħlu mingħajr ħlas ta' dazju ma jistax jeċċedi ECU 45 kull passiġġier; billi, b'mod konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47, Stati Membri jistgħu inaqqsu dan l-ammont għal ECU 23 għal passiġġieri taħt il-15-il sena;

    Billi għandhom jiġu kkunsidrati l-miżuri favur passiġġieri rakkomandati minn organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati, b'mod partikolari l-miżuri li jinsabu fl-Anness F (3) tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' proċeduri doganali;

    Billi dawk l-għanijiet jistħgu jintlaħqu billi jiġu miżjuda l-eżenzjonijiet;

    Billi hu meħtieġ li tiġi pprovduta, għal perijodu limitat, deroga għall-Ġermanja meta wieħed jikkunsidra d-diffikultajiet ekonomiċI li x'aktarx ikunu ikkaġunati mill-ammonti ta' eżenzjonijiet, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' passiġġieri li jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru mill-fruntieri tal-art li jgħaqqdu lill-Ġermanja ma' pajjiżi mhux membri minbarra pajjiżi membri tal-EFTA jew permezz ta' rotot tal-baħar mal-kosta mill-imsemmija pajjiżi;

    Billi hemm rabtiet speċjali bejn Spanja kontinentali u Ceuta u Melilla,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Regolament (KEE) Nru 918/83 huwa emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 47 għandu jittieħed mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 47

    L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 45 għandha tingħata sa valur totali ta' ECU 175 kull passiġġier għal oġġetti minbarra dawk elenkati fl-Artikolu 46.

    Iżda, Stati Membri jistgħu inaqqsu dan l-ammont għal ECU 90 għal passiġġieri taħt il-15-il sena.";

    2. għandu jidħol l-Artikolu li ġej:

    "L-Artikolu 47a

    1. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 47, Spanja hi hawnhekk awtorizzata li tapplika, sal− 31 ta' Diċembru 2000, eżenzjoni ta' ECU 600 għal importazzjonijiet ta' l-oġġetti in kwistjoni minn Ceuta u Melilla li jidħlu fit-territorju doganali għar-rigward Spanja fir-raba' tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [5]

    2. Bħala deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47, Spanja għandu jkollha l-għażla li tnaqqas dik l-eżenzjoni għal ECU 150 għal passiġġeri taħt il-15-il sena."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 1994.

    Iżda, għar-rigward tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 1998 fil-każ tal-oġġetti importati minn passiġġieri li jidħlu fit-territorju tal-Ġermanja permezz ta' fruntiera tal-art li tgħaqqad lill-Ġermanja ma' pajjiżi mhux membri minbarra pajjiżi membri tal-EFTA jew permezz ta' rotta kostali tal-vapur mill-imsemmi pajjiżi.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul ġewwa Brussel, fl-14 ta' Frar 1994.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Y. Papantoniou

    [1] ĠU C 254, tal-11.10.1986, p. 7.

    [2] ĠU C 13, tat-18.1.1988, p. 173.

    [3] ĠU C 105, ta' l-24.4.1987, p. 4.

    [4] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar skond ir-Regolament (KEE) Nru 3357/91 (ĠU L 318, ta' l-20.11.1991, p. 3).

    [5] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top