Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0167

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 1994 dwar l-emendi għar-riżervi rreġistrati mill-Komunità fir-rigward ta' xi dispożizzjonijiet ta' ċerti Annessi fil-Konvenzjoni internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali

    ĠU L 76, 18.3.1994, p. 28–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/167/oj

    31994D0167



    Official Journal L 076 , 18/03/1994 P. 0028 - 0034
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0096
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0096


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    ta' l-10 ta' Marzu 1994

    dwar l-emendi għar-riżervi rreġistrati mill-Komunità fir-rigward ta' xi dispożizzjonijiet ta' ċerti Annessi fil-Konvenzjoni internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali

    (94/167/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi, bid-Deċiżjoni 75/199/KEE [1], il-Komunità saret Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali;

    Billi, bid-Deċiżjoni msemmija u d-Deċiżjonijiet 77/415/KEE [2], 78/528/KEE [3], 80/391/KEE [4], 85/204/KEE [5], 86/103/KEE [6], 87/593/KEE [7], 87/594/KEE [8], 88/355/KEE [9] and 88/356/KEE [10], il-Komunità aċċettat 18-il Anness għall-Konvenzjoni msemmja;

    Billi, skond l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni msemmija, il-Komunità rreġistrat riżervi dwar xi "Standards u Prattiċi Rakkomandati" definiti f'dawn l-Annessi biex ikunu koperti r-rekwiżiti speċjali ta' l-unjoni doganali;

    Billi, skond l-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni msemmija, il-Komunità hija meħtieġa li tirrevdi, għall-inqas darba kull tliet snin, l-iStandards u l-Prattiċi Rakkomandati li dwarhom tkun irreġistrat riżervi; billi l-Artikolu 5(1) tal-Konvenzjoni jippermetti lill-Partijiet Kontraenti jirreġistraw riżervi wkoll wara li l-Anness ikun ġie aċċettat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-riżervi rreġistrati mill-Komunità fir-rigward ta' l-Annessi A.1, A.2, B.1, B.2, B.3, Ċ.1, D.1, D.2, E.1, E.3, E.4, E.5, E.6, E.8, F.1, F.2, F.3 and F.6 tal-Konvenzjoni internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali għandhom ikunu emendati bħala riżultat tar-reviżjoni li r-riżultat tagħha jinġieb fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna awtorizzata biex tinnotifika lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Koperazzjoni Doganali bir-riżultat tar-reviżjoni li jirreferi għaliha l-Artikolu 1.

    Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Marzu 1994.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Y. Papantoniou

    [1] ĠU L 100, tal-21.4.1975, p. 1.

    [2] ĠU L 166, ta' l-4.7.1977, p. 1.

    [3] ĠU L 160, tas-17.6.1978, p. 13.

    [4] ĠU L 100, tas-17.4.1980, p. 27.

    [5] ĠU L 87, tas-27.3.1985, p. 8.

    [6] ĠU L 88, tat-3.4.1986, p. 42.

    [7] ĠU L 362, tat-22.12.1987, p. 1.

    [8] ĠU L 362, tat-22.12.1987, p. 8.

    [9] ĠU L 161, tat-28.6.1988, p. 3.

    [10] ĠU L 161, tat-28.6.1988, p. 12.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Riżultat tar-reviżjoni, magħmula mill-Komunità skond ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali, tar-riżervi rreġistrati mill-Komunità fir-rigward ta' l-Annessi mal-Konvenzjoni msemmija

    1. | Anness A.1 | |

    dwar il-formalitajiet doganali qabel il-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-merkanzija | |

    1.1. | Ir-riżerva rigward l-Istandard 11 għandha titneħħa. | |

    1.2. | Ir-riżerva rigward l-Istandard 21 għandha tinżamm. | |

    2. | Annes A.2 | |

    dwar il-ħażna temporanja tal-merkanzija | |

    2.1. | Ir-riżerva ġenerali għandha tinżamm. | |

    2.2. | Ir-riżerva miktuba kif ġej għandha tkun irreġistrata rigward il-Prattika Rakkomandata 10: "Il-leġislazzjoni tal-Komunità tipprovdi li l-awtorità doganali tista' tirrekjedi li l-persuna li tippossjedi l-merkanzija tippreżenta tiddepożita assigurazzjoni bil-ħsieb li jkun żgurat il-pagament ta' kull dejn doganali li jista' jinqala'". | |

    2.3. | Il-kliem tar-riżerva rreġistrata rigward il-Prattika Rakkomanda 13 għandu jkun issostitwit bi: "Il-leġislazzjoni tal-Komunità tawtorizza li merkanzija maħżuna temporanjament għandha tkun suġġetta biss għal forom tali ta' mmaniġjar li jkunu ddisinjati biex jiżguraw il-preżervazzjoni tagħha fi stat mhux mibdul, mingħajr ma tkun immodifikata d-dehra jew il-karatteristiċi tekniċi tagħha.'" | |

    3. | Anness B.1 | |

    dwar żdoganar għal użu domestiku | |

    3.1. | Il-kliem tat-tieni paragrafu tar-riżerva ġenerali għandu jkun issostitwit bi: "Il-leġislazzjoni tal-Komunità tiddistingwi bejn rilaxx tal-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera u rilaxx tagħha għal użu domestiku. Biex jinkiseb ir-rilaxx tal-merkanzija għal ċirkolazzjoni libera huwa rikjest biss li jitħallas id-dazju filwaqt li biex tkun irrilaxxjata l-merkanzija għal użu domestiku, dispożizzjonijiet varji oħra, eż. dwar tassazzjoni, għandhom ukoll ikunu applikati.Għandu jkun innotat li r-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u r-rilaxx għal użu domestiku fil-Komunità ġeneralment isiru fl-istess ħin u fit-territorju ta' l-istess Stat Membru." | |

    3.2. | Ir-riżervi rigward il-Prattiċi Rakkomandati 19 u 52 għandhom jinżammu. | |

    3.3. | L-ewwel sentenza tal-kliem tar-riżerva rigward l-Istandard 28 għandha tkun issostitwita b'li ġej: "Il-Komunità tapplika wkoll id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Istandard jekk id-dikrazzjonijiet jkunu mhux kompluti." | |

    4. | Anness B.2 | |

    dwar ħelsien minn dazji ta' importazzjoni u taxxi rigward merkanzija dikjarata għal użu domestiku | |

    4.1. | Ir-riżerva ġenerali u r-riżervi rigward il-Prattiċi Rakkomandati 20, 27, 32 u 33 u l-Istandard 34 għandhom jinżammu. | |

    4.2. | Il-kliem tar-riżerva rigward l-Istandard għandu jkun issostitwit bi: "Il-leġislazzjoni tal-Komunità tagħti biss l-eżenzjoni lill-kunsinni ta' valur negliġibbli jekk jintbagħtu direttament minn pajjiż terz lil kunsinnatarju fil-Komunità." | |

    4.3. | Fl-aħħar sentenza tal-kliem tar-riżerva rigward il-Prattika Rakkomandata 10, "ikun akkompanjat" għandha tkun issostitwita bi "tista' tkun akkompanjata." | |

    4.4. | Il-kliem tar-riżerva rigward il-Prattika Rakkomandata 16 għandu jkun issostitwit: "L-eżenzjoni tingħata lis-sustanzi kkonċernati jekk se jkunu użati esklussivament għal għanijiet mhux kummerċjali, mediċi jew xjentifiċi." | |

    4.5. | Tieni paragrafu miktub kif ġej għandu jinżdied mal-kliem tar-riżerva rigward il-Prattika Rakkomandata 18: "Stati Membri għandhom l-għażla li jeskludu vetturi ta' użu duplikat li jkunu użati għal għanijiet kummerċjali jew professjonali mill-ħelsien mogħti fuq it-taxxa tal-valur miżjud." | |

    4.6. | Il-kliem tar-riżerva rigward il-Prattika Rakkomandata 9 għandu jkun issostitwit bi: "Ħelsien minn dazji jew taxxi ta' importazzjoni fuq merkanzija koperta mill-Istandard 17 jista' jsir suġġett għall-kondizzjoni li kull dazji jew taxxi li għalihom il-merkanzija tkun suġġetta fil-pajjiż tat-tluq jew ta' oriġini tagħhom ikunu attwalment imposti. Il-perjodu li matulu l-benefiċjarju għandu jissokta jkollu jew jippossjedi l-merkanzija wara li jimportha huwa stabbilit għal 12-il xahar." | |

    4.7. | Il-kliem tar-riżerva rigward l-Istandard 21 għandu jkun issostitwit bi: "Stati Membri għandhom l-għażla jeħilsu mit-taxxa tal-valur miżjud fuq trousseaux u proprjeta mobbli li jappartienu lill-persuna li tkun qiegħda tittrasferixxi r-residenza tagħha suġġetti għall-kondizzjoni li kull dazji doganali u/jew taxxi li għalihom il-merkanzija tkun normalment suġġetta fil-pajjiż ta' tluq jew ta' oriġini tagħha jkunu attwalment imposti.L-eżenzjoni… (il-bqija mhux mibdul)." | |

    4.8. | Il-kliem ta' l-ewwel inċiż tar-riżerva rigward ir-Prattika Rakkomandata 23 għandu jkun issostitwit b'li ġej: "mhux qabel xahrejn qabel id-data stabbilita taż-żwieġ. F'dan il-każ, il-ħelsien għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' assigurazzjoni xierqa għad-dazji doganali filwaqt li din l-assigurazzjoni mhix obbligatorja safejn l-eżenzjoni mit-taxxa tkun ikkonċernata, u…". | |

    (a) | kafe: | 500 gramma |

    jew | |

    estratti tal-kafe u essenzi: | 200 gramma |

    (b) | te: | 100 gramma |

    jew | |

    estratti tat-te u essenzi: | 40 gramma |

    dazji u taxxi:

    (ċ) | fwejjaħ: | 50 gramma |

    jew | |

    ilma tat-twaletta: | 0,25 litru." |

    | |

    "Il-merkanzija li tirreferi għaliha l-Prattika Rakkomandata hija ammessa bla dazji u taxxi ta' importazzjoni…".

    | |

    "Il-leġislazzjoni tal-Komunità tipprovdi għall-ħelsien li tirreferi għalih din il-Prattika Rakkomandata suġġett għall-materjali in kwestjoni ma' jkunux normalment jistgħu jerġgħu jintużaw. Ħelsien minn dazju fuq dawn il-materjali jingħata suġġett għall-kondizzjoni oħra li l-valur tagħhom ikun inkluż fil-bażi ta' taxxa għall-merkanzija trasportata."

    | |

    5. | Anness B.3 | |

    lijikkonċerna reimportazzjoni fl-istess Stat | |

    5.1. | Ir-riżerva ġenerali u r-riżervi rigward il-Prattiċi Rakkomandati 8 u 24 għandhom jinżammu. | |

    5.2. | Ir-riżerva rigward il-Prattika Rakkomandata 11 għandha titneħħa. | |

    6. | Anness Ċ.1 | |

    dwar esportazzjoni immedjata | |

    6.1. | Ir-riżervi (riżerva ġenerali u r-riżervi rigward il-Prattika Rakkomandata 10 u l-Istandard 21) għandhom jinżammu. | |

    7. | Anness D.1 | |

    dwar ir-regoli ta' oriġini | |

    7.1. | Ir-riżervi rigward l-Istandard 7 u l-Prattika Rakkomandata 10 għandhom jinżammu. | |

    7.2. | Fit-tieni paragrafu tal-kliem tar-riżerva rigward l-Istandard 8, "Nomenklatura CCC" għandha tkun issostitwita bi "Nomenklatura tas-Sistema Armonizzata." | |

    8. | Anness D.2 | |

    dwar evidenza dokumentarja ta' oriġini | |

    8.1. | Ir-riżervi rigward il-Prattika Rakkomandata 3, 10 u 12 għandhom jinżammu. | |

    9. | Anness E.1 | |

    dwar transitu doganali | |

    "Għalkemm l-Istati Membri tal-Komunità jikkostitwixxu territorju uniku, kull Stat Membru għandu l-għażla jwaqqaf proċeduri ssimplifikati ta' transitu applikabbli f'ċerti ċirkostanzi għall-merkanzija li mhix intiża tinġarr mit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

    Stati Membri jistgħu wkoll jkollhom l-għażla li jistabbilixxu fosthom stess, permezz ta' arranġamenti bilaterali jew multilaterali, proċeduri simplifikati li josservaw il-kriterji stabbiliti bħala meħtieġa u jkunu applikabbli għal ċertu traffiku jew impriżi speċifiċi."

    | |

    10. | Anness E.3 | |

    dwar imħażen doganali | |

    10.1. | Ir-riżerva ġenerali għandha tinżamm. | |

    "Il-leġislazzjoni tal-Komunità tirrikjedi li "sorveljanza doganali xierqa" tkun żgurata fil-proċedura tal-ħżin. Indipendentement mill-metodi ta' sorveljana użati, Stati Membri għandhom l-għażla li jitolbu assigurazzjoni."

    | |

    "Normalment il-Komunità tapplika d-dispożizzjonijiet ta' din il-Prattika Rakkomandata imma tirriżerva d-dritt li ma tagħmilx hekk f'ċirkostanzi eċċezzjonali"

    | |

    "Din il-Prattika Rakkomandata ma tapplikax għat-taxxa tal-valur miżjud.

    Stati Membri tal-Komunità huma liberi jiddeċiedu jekk jippermettux ripagament tad-dazji doganali jew le."

    | |

    "Jekk il-merkanzija in kwestjoni għandhiex tkun esportata jew le, il-leġislazzjoni tal-Komunità ma tipprovdix għall-ħażna ta' merkanzija f'imħażen doganali li għandha tħallas, jew ħallset, dazji jew taxxi interni."

    | |

    "Fil-Komunità, merkanzija importata tista' tgħaddi mill-għamliet ta' tqandil tas-soltu biex tkun żgurata l-preżervazzjoni jew il-kwalità tas-suq tagħha jew tkun ippreparata għad-distribuzzjoni jew bejgħ mill-ġdid.

    F'ċerti ċirkostanzi, merkanzija rregolata mill-politika agrikola komuni tista' titqandel biss b'dawk il-metodi li huma pprovduti fil-każ tagħha."

    | |

    "Il-leġislazzjoni tal-Komunità dwar imħażen doganali ma tistabbilixxix tul ta' żmien massimu ta' ħażna. B'danakollu, f'każijiet eċċezzjonali il-perjodu jista' jkun ta' inqas minn sena."

    | |

    11. | Anness E.4 | |

    dwar drawback | |

    11.1. | Ir-riżervi (riżerva ġenerali u r-riżervi rigward l-Istandard 5) għandhom jinżammu. | |

    12. | Anness E.5 | |

    dwar ammissjoni temporanja suġġetta għar-ri-esportazzjoni fl-istess Stat | |

    12.1. | Ir-riżerva ġenerali u r-riżervi rigward l-Istandard 14 u l-Prattiċi Rakkomandati 33 u 37 għandhom jinżammu. | |

    "Il-leġislazzjoni tal-Komunità ma tagħtix ammissjoni temporanja għal merkanzija li, għall-għanijiet tat-twettiq ta' l-ammissjoni temporanja jew tal-proċeduri ta' pproċessar interni, kienet irreġistrata taħt il-proċedura ta' mħażen doganali jew żona libera qabel ma kienet irri-esportata (żoni liberi kienu nħolqu fid-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit)."

    | |

    "Normalment il-Komunità tapplika d-dispożizzjonijiet ta' din il-Prattika Rakkomandata, imma tirriżerva d-dritt li ma tagħmilx hekk f'ċirkostanzi eċċezzjonali."

    | |

    "Fl-Istati Membri fejn jeżistu żoni liberi (id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit) dan l-Istandard huwa applikabbli biss jekk il-merkanzija tkun introdotta fiż-żoni bil-ħsieb ta' esportazzjoni sussegwenti mit-territorji doganali tal-Komunitajiet."

    | |

    "Il-leġislazzjoni tal-Komunità tawtorizza l-ammissjoni temporanja fuq il-bażi ta' dikjarazzjoni orali akkompanjata b'inventarju, għall-imballaġġi li jkollhom marki indelibbli, ma jinqalgħux u importati mimlija minn persuna stabbilita barra t-territorju doganali tal-Komunità. Dikjarazzjonijiet bil-miktub huma rekwiżiti għat-tipi l-oħra kollha ta' imballaġġi rreġistrati taħt l-arranġamenti ta' ammissjoni temporanja.

    Fejn ir-ri-esportazzjoni mhix fid-dubju minħabba l-użu kummerċjali, il-leġislazzjoni tal-Komunità tippermetti wkoll l-ammissjoni temporanja mingħajr assigurazzjoni għall-imballaġġi importati vojta u jkollhom marki indelibbli, ma jinqalgħux. Issir ukoll dispożizzjoni biex jingħataw eżenzjonijiet mir-rekwiżit biex tkun ipprovduta assigurazzjoni rigward l-imballaġġi importati mimlija u suġġetti għall-dikjarazzjoni verbali akkompanjata b'inventarju, ħlief jekk issir talba espressa għall-kuntrarju lill-awtoritajiet kompetenti."

    "Il-leġislazzjoni tal-Komunità tipprovdi li, fejn hemm nuqqas serju ta' osservanza ma' l-obbligi biex tkun irri-esportata vettura stradali kummerċjali, il-proċedura ta' l-ammissjoni temporanja tapplika suġġetta għall-produzzjoni ta' dokument tat-tip preskritt f'Konvenzjoni internazzjonali jew preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni; l-awtorità doganali għandha l-għażla li tirrikjedi assigurazzjoni meta d-dikjarazzjoni tkun ippreżentata."

    "Għall-kontenituri kollha, kemm jekk approvati biex iġorru merkanzija kemm le taħt is-siġill doganali, il-leġislazzjoni tal-Komunità tawtorizza l-ammissjoni temporanja mingħajr formalitajiet mill-ħin tad-dħul fil-territorju doganali tal-Komunità, sakemm il-kontenituri jkollhom marki applikati b'mod durabbli f'pożizzjoni xierqa, viżibbli b'mod ċar li jidentifikaw is-sid jew l-operatur u jagħtu l-marki u n-numri ta' identifikazzjoni użati mis-sid jew l-operatur, il-piż tat-tara tal-kontenitur (ħlief fil-każ ta' swap bodies użati fit-trasport ikkombinat stradali-ferrovjarju) u l-pajjiż ta' reġistrazzjoni tal-kontenitur (ħlief fil-każ ta' trasport bl-ajru).

    Kontenituri li ma jissodisfax dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jingħataw ammissjoni temporanja għat-territorju doganali tal-Komunità hekk kif applikazzjoni bil-miktub tkun issottomessa, tinħareġ l-awtorizzazzjoni u, fejn ikun hemm dubji msejsa tajjeb jew serji dwar l-obbligu biex ikun irri-esportat, lista kienet ipprovduta u/jew assigurazzjoni kkostitwita."

    "Sakemm il-pallets ikunu identifikabbli, il-leġislazzjoni tal-Komunità tawtorizza l-ammissjoni temporanja tagħhom mingħajr formalitajiet mill-ħin tad-dħul fit-territorju doganali tal-Komunità. Fejn ma jkunux identifikabbli, applikazzjoni bil-miktub għandha tkun issottomessa u tinħareġ awtorizzazzjoni.

    Fiż-żewġ każi dikjarazzjoni bil-miktub u, fejn meħtieġ, assigurazzjoni tista' tkun rekwiżita jekk id-dwana tikkunsidra li hemm riskju serju ta' nuqqas ta' osservanza ta' l-obbligu biex ikunu rri-esportati."

    | |

    "L-ammissjoni temporanja b'ħelsien parzjali mid-dazji ta' importazzjoni ma tkunx applikata għall-prodotti konsumibbli u merkanzija li għaliha…".

    | |

    13. | Anness E.6 | |

    dwar ammissjoni temporanja għal ipproċessar intern | |

    13.1. | Ir-riżerva ġenerali u r-riżerva rigward l-Istandard 19 għandhom jinżammu. | |

    "Normalment il-Komunità tapplika d-dispożizzjonijiet ta' din il-Prattika Rakkomandata, imma tirriżerva d-dritt li ma tagħmilx hekk f'ċirkostanzi eċċezzjonali."

    | |

    "Fejn l-awtorità doganali tirrikjedi assigurazzjoni, it-tip u l-ammont ta' l-assigurazzjoni għandu jkun stabbilit mill-awtorità doganali ta' kull Stat Membru."

    | |

    "Fi Stati Membri fejn jeżistu żoni liberi (id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit) dan l-Istandard għandu jkun applikabbli meta prodotti kompensatorji jidħlu fiż-żoni bil-ħsieb li jkunu sussegwentement esportati mit-territorju doganali tal-Komunità."

    | |

    "Il-leġislazzjoni tal-Komunità ma tipprovdix għal xi limitazzjoni simili bħal dik imsemmija f'din il-Prattika Rakkomandata. Jekk jinqala' dejn doganali konness mal-prodotti kompensatorji jew mal-merkanzija fl-istat mhux mibdul tagħha, huwa jikkawża l-pagament ta' mgħax kompensatorju fuq l-ammont tad-dazji ta' importazzjoni dovuti."

    | |

    14. | Anness E.8 | |

    dwar l-esportazzjoni temporanja għall-ipproċessar għal barra | |

    14.1. | Ir-riżerva ġenerali u r-riżerva rigward l-Istandard 20 għandha tinżamm. | |

    "Normalment il-Komunità tapplika d-dispożizzjonijiet ta' din il-Prattika Rakkomandata, imma tirriżerva d-drtitt li ma tagħmilx hekk f'ċirkostanzi eċċezzjonali."

    | |

    15. | Anness F.1 | |

    dwar żoni liberi | |

    "Il-leġislazzjoni tal-Komunità tippermetti lil Stati Membri l-għażla li jikkostitwixxu ċerti żoni tat-territorju doganali tal-Komunità bħala żoni liberi. Sa issa ħoni liberi ta' dan it-tip twaqqfu fid-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit.

    Barra minn dan il-leġislazzjoni tal-Komunità tipprovdi għal tip partikolari ta' żona libera msejħa "maħżen liberu", li għaliha japplikaw eżattament l-istess regoli bħal dawk li jirregolaw Iż-żoni liberi. Sa issa, mħażen liberi twaqqfu fi Spanja, Franza, l-Italja, l-Olanda u l-Portugall.

    Barra minn hekk, il-leġislazzjoni tal-Komunità tkopri biss parti tal-proċeduri ttrattati f'dan l-Anness. Rigward żoni mhux koperti bil-leġislazzjoni tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jirreġistraw ir-riżervi proprji tagħhom jekk meħtieġ."

    | |

    "Il-leġislazzjoni tal-Komunità ma tippreskrivix perjodu massimu ta' ħażna. B'danakollu, f'każi eċċezzjonali, il-perjodu jista' jkun ta' inqas minn sena."

    | |

    16. | Anness I F.2 | |

    dwar l-ipproċessar ta' merkanzija għal użu domestiku | |

    16.1. | Ir-riżervi (riżerva ġenerali u r-riżervi dwar il-Prattika Rakkomandata 7) għandha tinżamm. | |

    17. | Anness I F.3 | |

    dwar il-faċilitajiet doganali applikabbli għal vjaġġaturi | |

    17.1 | Ir-riżerva ġenerali u r-riżervi rigward l-Istandards 21, 38 u 44 u l-Prattika Rakkomandata 45 għandhom jinżammu. | |

    "Il-leġislazzjoni tal-Komunità ma tipprovdix għal sistema ta' stima fissa sa fejn huma kkonċernati t-taxxa ta' valur miżjud u taxxi tas-sisa."

    | |

    "Il-leġislazzjoni tal-Komunità tipprovdi li meta jkun hemm riskju serju ta' nuqqas ta' osservanza ta' l-obbligu li jkunu rr-esportati l-mezzi ta' trasport għal użu privat, il-proċedura ta' l-ammissjoni temporanja tapplika suġġetta għall-produzzjoni ta' dokument tat-tip preskritt f'Konvenzjoni internazzjonali jew il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni; l-awtorità doganali għandha l-għażla li tirrikjedi assigurazzjoni meta tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni."

    | |

    18. | Anness F.6 | |

    dwar ir-ripagament ta' dazji u taxxi ta' importazzjoni | |

    18.1. | Ir-riżervi (riżerva ġenerali u r-riżervi rigward l-Istandard 7) għandhom jinżammu. | |

    --------------------------------------------------

    Top