This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994D0166
94/166/EC: Council Decision of 10 March 1994 accepting Resolution No 47 on the introduction of an additional TIR carnet with higher guarantee adopted on 2 July 1993 by the Working Party of the Economic Commission for Europe (UN/ECE) on customs questions affecting transport
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 1994 li taċċetta r-Riżoluzzjoni Nru 47 dwar l-introduzzjoni ta' carnet tat-TIR addizzjonali b'garanzija ogħla adottata fit-2 ta' Lulju 1993 mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (UN/ECE) li jiddiskuti kwistjonijiet tad-dwana li jaffettwaw it-trasport
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 1994 li taċċetta r-Riżoluzzjoni Nru 47 dwar l-introduzzjoni ta' carnet tat-TIR addizzjonali b'garanzija ogħla adottata fit-2 ta' Lulju 1993 mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (UN/ECE) li jiddiskuti kwistjonijiet tad-dwana li jaffettwaw it-trasport
ĠU L 76, 18.3.1994, pp. 25–27
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 076 , 18/03/1994 P. 0025 - 0027
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0093
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0093
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 1994 li taċċetta r-Riżoluzzjoni Nru 47 dwar l-introduzzjoni ta' carnet tat-TIR addizzjonali b'garanzija ogħla adottata fit-2 ta' Lulju 1993 mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (UN/ECE) li jiddiskuti kwistjonijiet tad-dwana li jaffettwaw it-trasport (94/166/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Riżoluzzjoni Nru 47 tipprovdi miżuri sabiex jiżguraw li tiġi applikata l-Konvenzjonai tat-TIR ta' l-1975 u tipprovdi garanzija ogħla għat-trasport ta' ċerti tipi ta' merkanzija li tinvolvi riskju ogħla ta' evażjoni frawdolenti tad-dazji tad-dwana u oħrajn; Billi wara li ġie kkunsidrat il-kontenut tagħha din ir-riżoluzzjoni hija ta' importanza ewliena għal-Komunità u għandha tiġi aċċettata b'effett immedjat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Hija hawnhekk aċċettata f'isem il-Komunità b'effett immedjat ir-Riżoluzzjoni Nru 47 dwar l-introduzzjoni ta' karnè tat-TIR addizzjonali b'garanzija ogħla adottata fit-2 ta' Lulju 1993 mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (UN/ECE) dwar kwistjonijiet tad-dwana li jaffettwaw it-trasport, It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna mogħtija l-poter li tinnotifika lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa bl-aċċettazzjoni mill-Komunità, b'effett immedjat, tar-Riżoluzzjoni riferita fl-Artikolu 1. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Marzu 1994. Għall-Kunsill Il-President Y. Papantoniou -------------------------------------------------- IR-RIŻOLUZZJONI Nru 47 DWAR L-INTRODUZZJONI TA' CARNET TAT-TIR ADDIZZJONALI B'GARANZIJA OGĦLA adottata fit-2 ta' Lulju 1993 mill-Grupp ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (UN/ECE) dwar Kwistjonijiet Doganali li jaffettwaw it-Trasport IL-GRUPP TA' ĦIDMA DWAR IL-KWISTJONIJIET DOGANALI LI JAFFETTWAW IT-TRASPORT, FILWAQT LI JENFASIZZA l-importanza tal-funzjonament bla xkiel tal-Konvenzjoni tad-Dwana dwar it-Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija taħt il-kopertura tal-carnets tat-TIR (il-Konvenzjoni tat-TIR ta' l-1975) sabiex jiġi ffaċilitat il-ġarr internazzjonali tal-merkanzija bil-vetturi tat-triq, IMĦASSEB, dwar iż-żidiet riċenti fil-każi tal-frodi li jistgħu jipperikolaw li jiġu ffaċilitati l-miżuri pprovvduti fil-Konvenzjoni tat-TIR ta' l-1975, KONXJU mid-diffikultajiet iffaċċjati mill-katina internazzjonali li tagħti l-garanziji sabiex tipprovdi garanziji adegwati għall-merkanzija ta' riskju għoli mil-lat tad-dwana, WARA LI KKUNSIDRA illi l-introduzzjoni malajr kemm jista’ jkun ta' Karnè tat-TIR b'garanzija għolja li jkopri t-tabakk u l-alkol tista’ tipprovdi pass lejn is-soluzzjoni ta' dawn il-problemi, FILWAQT LI JŻOMM F'MOĦĦU d-dispożizzjonijiet ta' l-Anness u n-nota ta' spjega 0.8.3 fl-Anness 6, tal-Konvenzjoni tat-TIR ta' l-1975, JIDDEĊIEDI unanimament il-miżuri temporanji li ġejjin li jidħlu f'effett qabel ma tidħol fis-seħħ l-emenda għall-Konvenzjoni tat-TIR ta' l-1975, possibbilment matul il-kors tas-sena 1994: Fil-każ tat-trasport ta' l-alkol u t-tabakk, li d-dettalji tagħhom huma mogħtija hawn taħt, l-awtoritajiet tad-dwana huma rrakkommandati li jgħollu l-ammont massimu li jista jiġi mitlub mill-assoċjazzjonijiet li jagħtu l-garanziji għal somma egwali għal US$ 200000: 1. l-etil alkol mhux żnaturat ta' qawwa alkolika skond il-volum ta' 80 % vol. jew ogħla (il-kodiċi tas-SA 220710); 2. l-etil alkol mhux żnaturat ta' qawwa alkolika skond il-volum ta' inqas minn 80 %, l-ispirti, il-likuri u xorb ieħor spirituż; it-tħejjijiet komposti tal-alkol tal-kwalità wżata għall-fabbrikazjoni tax-xorb (il-kodiċi tas-SA 2208); 3. is-sigarri, iċ-cheroots u s-cigarillos, li jkun fihom it-tabakk (il-kodiċi tas-SA 240210); 4. is-sigaretti li jkun fihom it-tabakk (il-kodiċi tas-SA 240220); 5. it-tabakk tat-tipjip, sewwa jekk ikun fih sostituti tat-tabakk u sewwa jekk le, f'kull poporzjon (il-kodiċi tas-SA 240310). Għat-trasport ta' l-alkol u t-tabakk mogħtija hawn fuq, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jitolbu carnets tat-TIR li fuqhom ikun hemm stampat b'ittri kbar il-kliem "TOBACCO/ALCOHOL" u "TABAC/ALCOOL" u "TABAKK/ALKOL" fuq il-qoxra u fuq il-vouchers kollha. B'żieda ma’ dan, dawn il-carnets irid ikollhom folja addizzjonali li tipprovdi d-dettalji dwar il-kategoriji tat-tabakk u ta' l-alkol iggarantiti kif indikat hawn fuq. Il-carnets tat-TIR "TABAC""TABAKK" eżistenti ffirmati mis-Sur A Westerink mhumiex validi iktar, JITLOB lill-Unjoni Internazzjonali tat-Trasport (UIT), lill-assoċjazzjonijiet nazzjonali li jagħtu l-garanziji u lill-awtoritajiet tad-dwana li jieħdu l-passi meħtieġa kollha sabiex jipprovdu għall-introduzzjoni tal-karnè tat-TIR "TOBACCO/ALCOHOL""TABAKK/ALKOL", mill-1 ta' Settembru 1993, JITLOB lill-Partijiet kontrattanti għall-Konvenzjoni tat-TIR ta' l-1975 sabiex jinnotifikaw lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UN/ECE) sa l-1 ta' Settembru 1993, jekk jaċċettawx il-carnet tat-TIR "TOBACCO/ALCOHOL", "TABAKK/ALKOL", JITLOB lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UN/ECE) li jgħarraf lill-Partijiet Kontattanti kollha tal-Konvenzjoni tat-TIR ta' l-1975 dwar l-aċċettazzjoni tal-karnè tat-TIR "TOBACCO/ALCOHOL""TABAKK/ALKOL". --------------------------------------------------