This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993R1756
Commission Regulation (EEC) No 1756/93 of 30 June 1993 fixing the operative events for the agricultural conversion rate applicable to milk and milk products
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1756/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 li jiffissa l-eventi operattivi għar-rata ta’ konverżjoni agrikola applikabbli għall-ħalib u prodotti tal-ħalib
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1756/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 li jiffissa l-eventi operattivi għar-rata ta’ konverżjoni agrikola applikabbli għall-ħalib u prodotti tal-ħalib
ĠU L 161, 2.7.1993, p. 48–55
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1913
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31968R1107 | abolizzjoni | artikolu 17.3.2 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31969R0685 | abolizzjoni | artikolu 6.2.2.2 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31969R0685 | Emenda | artikolu 24.3 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31976R2315 | abolizzjoni | artikolu 3BIS.3 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31976R2315 | abolizzjoni | artikolu 4TER | 01/07/1993 | |
Modifies | 31977R0368 | abolizzjoni | artikolu 19BIS | 01/07/1993 | |
Modifies | 31977R1844 | abolizzjoni | artikolu 6.3 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31978R2496 | abolizzjoni | artikolu 4.1.2 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31981R2191 | abolizzjoni | artikolu 2.2 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31981R2192 | abolizzjoni | artikolu 2.2 | 01/07/1993 | |
Implicit repeal | 31983R0714 | 02/07/1993 | |||
Modifies | 31983R2167 | Emenda | artikolu 4.3 | 01/07/1993 | |
Implicit repeal | 31984R1375 | 02/07/1993 | |||
Modifies | 31985R3143 | abolizzjoni | artikolu 2BIS.10 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31985R3143 | abolizzjoni | artikolu 11 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31986R2409 | abolizzjoni | artikolu 21.3 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31987R1362 | abolizzjoni | artikolu 4.1 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31987R1589 | abolizzjoni | artikolu 11 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31988R0570 | abolizzjoni | artikolu 27 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31990R0429 | abolizzjoni | artikolu 15 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31990R2921 | abolizzjoni | artikolu 2.4 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31991R1158 | abolizzjoni | artikolu 12 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31991R3378 | abolizzjoni | artikolu 7.3 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31991R3398 | abolizzjoni | artikolu 12 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31992R2174 | Emenda | artikolu 4.2 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31992R2233 | Sostituzzjoni | artikolu 1.2 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31992R2234 | Emenda | artikolu 1.2 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31992R2235 | Emenda | artikolu 1.2 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31993R0536 | Sostituzzjoni | artikolu 1.4 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31993R1004 | Emenda | artikolu 4.1 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31993R1089 | abolizzjoni | artikolu 4.1 | 01/07/1993 | |
Modifies | 31993R1168 | abolizzjoni | artikolu 4.2 | 01/07/1993 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31993R1756R(01) | ||||
Corrected by | 31993R1756R(02) | ||||
Corrected by | 31993R1756R(03) | ||||
Corrected by | 31993R1756R(04) | ||||
Modified by | 31993R2866 | Tlestija | anness | 28/10/1993 | |
Modified by | 31993R2866 | Tlestija | artikolu 3.1 | 01/07/1993 | |
Modified by | 31994R0114 | Emenda | anness | 01/02/1994 | |
Modified by | 31994R0180 | Tlestija | anness | 05/02/1994 | |
Modified by | 31995R0267 | Emenda | anness | 17/02/1995 | |
Modified by | 31995R0693 | Emenda | anness | 01/04/1995 | |
Modified by | 31996R0315 | Tlestija | anness | 12/11/1995 | |
Modified by | 31996R0569 | Emenda | anness | 01/03/1996 | |
Modified by | 31998R0420 | Emenda | anness | 28/02/1998 | |
Modified by | 31999R0569 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 24/03/1999 | |
Modified by | 31999R0569 | Emenda | anness | 24/03/1999 | |
Modified by | 31999R0569 | Emenda | artikolu 2.1 | 24/03/1999 | |
Repealed by | 32006R1913 |
Official Journal L 161 , 02/07/1993 P. 0048 - 0055
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0194
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0194
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1756/93 tat-30 ta’ Ġunju 1993 li jiffissa l-eventi operattivi għar-rata ta’ konverżjoni agrikola applikabbli għall-ħalib u prodotti tal-ħalib IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 dwar l-unità ta’ kont u r-rati ta’ konverżjoni li għandhom jiġu applikati għall-iskopijiet tal-politika agrikola komuni [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu, Billi r-Regolament (KEE) Nru 3813/92 jintroduċi arranġamenti agrimonetarji ġodda mill-1 ta’ Jannar 1993; billi, taħt dawn l-arranġamenti, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1068/93 tat-30 ta’ April 1993 dwar regoli dettaljati għad-determinazzjoni u l-applikazzjoni tar-rati ta’ konverżjoni agrikoli [2] li jistabbilixxi l-eventi operattivi għar-rati ta’ konverżjoni agrikoli applikabbli wara l-miżuri transitorji previsti fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3820/92 [3] mingħajr preġudizzju għal xi regoli dettaljati li għandhom jiġu stabbiliti għas-setturi konċernati u skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3813/92; billi, għalhekk, huwa approprjat li jiġu ffissati l-eventi operattivi speċifiċi għar-rati ta’ konverżjoni agrikoli applikabbli wara l-miżuri transitorji previsti fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3820/92 fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet ta’ l-iffissar bil-quddiem previsti fl-Artikoli 13 sa 17 tar-Regolament (KEE) Nru 1068/93; Billi l-kriterji prinċipali li għandhom jiġu osservati għall-iffissar ta’ l-eventi operattivi huma, l-ewwel nett, li tintlaħaq il-mira ekonomika ta’ l-operazzjoni ikkonċernata u t-tieni, il-ħtieġa li jiġu pprevenuti distorzjonijiet ta’ kompetizzjoni u disturb fis-suq; billi huwa possibbli, għalhekk, li jiġu ffissati eventi operattivi li jistabbilizzaw ir-rati ta’ konverżjoni agrikoli għal għajnuniet ta’ rata uniformi u l-ammonti li jeffettwaw direttament lill-produtturi tal-ħalib li m’għandhomx impatt dirett fuq il-prezz tas-suq; Billi d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1068/93 għandhom jiġu appikati għall-prezzijiet tax-xiri u bejgħ applikabbli għall-ħalib u prodotti tal-ħalib; Billi l-event operattiv għandu jiġi ffissat bħala l-ewwel jum tax-xahar li fih jitwettaq l-ewwel kontroll li jiggarantixxi l-użu ppjanat ta’ prodotti li għalihom tingħata għajnuna speċifika għall-użu jew l-ipproċessar tagħhom skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1068/93; Billi l-event operattiv imsemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1068/93 għandu jiġi applikat għall-għajnuna għal ħażna privata; Billi l-event operattiv għal titoli għandu jiġi ffissat bħala l-jum li fih jiġi ppreżentat it-titolu skond l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1068/93; Billi ċerti definizzjonijiet għandhom jitħejjew sabiex tiġi garantita l-applikazzjoni uniformi għall-eventi operattivi stabbiliti; Billi għandhom jittieħdu passi sabiex iħassru jew jemendaw, mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, kull dispożizzjoni eżistenti dwar id-determinazzjoni tar-rati ta’ konverżjoni applikabbli għall-ħalib u prodotti tal-ħalib, u b’mod partikolari: - it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/68 tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 1968 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ intervent fis suq f’ġobnijiet Grana Padano u Parmigiano-Reggiano [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1526/90 [5], - it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) u l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (KEE) Nru 685/69 tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ April 1969 dwar regoli dettaljati għal-applikazzjoni ta’ intervent fis suq tal-butir u l-krema [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 419/93 [7], - L-Artikoli 3a (3) u 4b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2315/76 ta’ l-24 ta’ Settembru 1976 dwar il-bejgħ ta’ butir minn ħażniet pubbliċi [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3774/92 [9], - L-Artikolu 9a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 368/77 tat-23 ta’ Frar 1977 dwar il-bejgħ b’ offerta ta’ trab tal-ħalib xkumat għall-użu fl-għalf tal-majjali u t-tjur [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 222/88 [11], - L-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1844/77 ta’ l-10 ta’ Awwissu 1977 dwar l-għoti bl-offerta ta’ għajnuna speċjali għal trab tal-ħalib xkumat maħsub bħala għalf għall-annimali barra minn għoġġiela żgħar [12], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 222/88, - It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2496/78 tas-26 ta’ Ottubru 1978 dwar regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ġobon Provolone [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1063/93 [14], - L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/81 tal-31 ta’ Lulju 1981 dwar l-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ burtir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt [15], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1497/91 [16], - L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2192/81 tal-31 ta’ Lulju 1981 dwar l-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ butir mill-armati u forzi simili ta’ l-Istati Membri [17], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1699/89 [18], - L-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2167/83 tat-28 ta’ Lulju 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti tal-ħalib għat-tfal ta’ l-iskola [19], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 706/92 [20], - L-Artikolu 2a (10) u l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85 tal-11 ta’ Novembru 1985 dwar il-bejgħ bi prezzijiet imraħħsa ta’ butir ta’ intervent maħsub għall-konsum dirett fil-forma ta’ butir ikkonċentrat [21], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3774/92 [22], - L-Artikolu 21(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2409/86 tat-30 ta’ Lulju 1986 dwar il-bejgħ ta’ butir ta’ intervent maħsub għall-inkorporazzjoni f’għalf kompost [23], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2724/88 [24], - It-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1362/87 tat-18 ta’ Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 777/87 dwar ix-xiri u l-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ trab tal-ħalib xkumat [25], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3493/88 [26], - L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1589/87 tal-15 ta’ Ġunju 1987 dwar il-bejgħ bl-offerta ta’ butir lill-aġenziji ta’ intervent [27], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3591/92 [28], - L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 570/88 tas-16 ta’ Frar 1988 dwar il-bejgħ ta’ butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-għoti ta’ għajnuna għall-krema, butir u butir ikkonċentrat għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti ta’ l-għaġina, ġelat u ikel ieħor [29], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3774/92, - L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/90 ta’ l-20 ta’ Frar 1990 dwar l-għoti b’invit għall-offerta ta’ għajnuna għall-butir ikkonċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità [30], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3774/92, - L-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2921/90 ta’ l-10 ta’ Ottubru 1990 dwar l-għajnuna għall-produzzjoni ta’ kaseina u kaseinati minn ħalib xkumat [31], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 140/93 [32], - L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1158/91 tat-3 ta’ Mejju 1991 dwar ix-xiri b’ offerta ta’ trab tal-ħalib xkumat lil aġenziji ta’ intervent [33], - L-Artikoli 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3378/91 ta’ l-20 ta’ Novembru 1991 li jistabbilixxi regoli dettaljati għal-bejgħ ta’ butir minn ħażniet ta’ intervent għall-esportazzjoni u jemenda r-Regolament (KEE) Nru 569/88 [34], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 227/93 [35], - L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3398/91 ta’ l-20 ta’ Novembru 1991 dwar il-bejgħ bl-invit għall-offerta ta’ trab tal-ħalib xkumat għall-fabbrikazzjoni ta’ għalf kompost u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 569/88 [36], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3774/92, - L-aħħar sentanza ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2174/92 tat-30 ta’ Lulju 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jirregolaw l-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal ġobon Sao Jorge u Ilha [37], - L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2233/92 tal-31 ta’ Lulju 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-aġġju speċifiku għall-manutenzjoni ta’ merħliet tal-ħalib fl-Azores [38], - L-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2234/92 tal-31 ta’ Lulju 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ għajnuna għall-konsum ta’ prodotti ta’ ħalib frisk fil-Madeira [39], - L-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2235/92 tal-31 ta’ Lulju 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-għajnuna għall-konsum ta’ prodotti ta’ ħalib frisk fil-Gżejjer Kanarji [40], - L-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 536/93 tad-9 ta’ Marzu 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ imposta addizzjonali fuq ħalib u prodotti tal-ħalib [41], - L-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1004/93 tat-28 ta’ April 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal ġobnijiet li jżommu fit-tul [42], - L-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1168/93 tat-13 ta’ Mejju 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jirregolaw l-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għall-ġobon Pecorino Romano [43], - L-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1089/93 ta’ l-4 ta’ Mejju 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jirregolaw l-għoti ta’ għajnuna għal ħażna privata ta’ ġobnijiet Kefalotyri u Kasseri [44]; Billi l-Kumitat Amministrattiv għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib ma tax opinjoni fiż-żmien iffissat mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Ir-rata ta’ konverżjoni agrikola li għandha tiġi applikata għall-ammonti ffissati bħala parti tal-miżuri biex jgħinu l-ħażna privata tal-ħalib u prodotti tal-ħalib għandha tkun dik li tapplika fl-ewwel jum tal-ħażna taħt kuntratt. 2. Ir-rata ta’ konverżjoni agrikola li għandha tiġi applikata għat-titoli għandha tkun dik applikabbli fil-jum meta jiġi stabbilit it-titolu. Madankollu, r-rata ta’ konverżjoni agrikola li għandha tiġi applikata għat-titoli msemmija: - fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 585/93 [45] għandha tkun dik li tapplika fl-14 ta’ April 1993, - fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 619/93 [46] għandha tkun dik li tapplika fil-15 ta’ Mejju 1993. 3. Ir-rata ta’ konverżjoni agrikola li għandha tapplika għall-prezzijiet u l-ammonti l-oħra applikabbli għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għandha tkun kif stabbilit fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament: 1. tieħu over (a) fl-intervent ifisser - id-data li fiha l-ewwel lott tal-kwantità totali ta’ l-offerta aċċettata jidħol fil-maħżen ta’ l-aġenzija ta’ intervent fil-każ ta’ trasferiment fiżiku, - id-data ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-offerta fil-każijiet l-oħra, (b) ta’ prodotti mibjugħa minn intervent ifisser - id-data li fiha l-prodott in kwistjoni jħalli l-maħżen ta’ l-aġenzija ta’ intervent fil-każ ta’ trasferiment fiżiku, - id-data tal-ħruġ jew ta’ l-ordni ta’ kunsinna mill-aġenzija kompetenti ta’ intervent fil-każijiet l-oħra. Meta l-operazzjoni ta-teħid over imsemmija fl-ewwel inċiż tal-punt (b) tikkonċerna aktar minn lott wieħed, ir-rata ta’ konverżjoni agrikola applikabbli għall-ewwel lott għandha tibqa’ tapplika għall-kwantità totali ta’ l-operazzjoni in kwistjoni bil-kondizzjoni li l-ewwel lott jirrappreżenta 20 % jew aktar tal-kwantità totali msemmija; 2. Aċċettazzjoni ta’ l-offerta tfisser id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-offerti; 3. Ħlasijiet tfisser li jintbagħat l-ordni għall-ħlas mid-debitur. Meta l-ammont totali ta’ l-operazzjoni in kwistjoni jitħallas bin-nifs, ir-rata ta’ konverżjoni agrikola li għandha tiġi applikata għall-ewwel ħlas għandha tibqa’ tapplika għall-ammont totali li għandu jitħallas bil-kondizzjoni li l-ewwel ħlas ikun jirrappreżenta 20 % jew aktar ta’ l-imsemmi ammont totali. Artikolu 3 1. Id-dispożizzjoni li ġejja hija hawnhekk imħassra: - it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/68, - it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) u l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (KEE) Nru 685/69, - L-Artikoli 3a (3) u 4b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2315/76, - L-Artikolu 9a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 368/77, - L-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1844/77, - it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2496/78, - L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2191/81, - L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2192/81, - L-Artikolu 2a (10) u l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3143/85, - L-Artikolu 21(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2409/86, - it-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1362/87, - L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1589/87, - L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 570/88, - L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/90, - L-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2921/90, - L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1158/91, - L-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3378/91, - L-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 3398/91, - l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2174/92, - l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2234/92, - l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2235/92, - l-aħħar sentanza ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1004/93, - L-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1168/93, - L-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1089/93. 2. L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2233/92 huwa hawnhekk sostitwit b’dan li ġej: "2. L-ammont ta’ għajnuna għal kull baqra għandu jkun ta’ ECU 80," 3. L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KEE) Nru 536/93 huwa sostitwit b’dan li ġej: "4. Il-prezz mira għandu jkun dak li japplika fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ 12-il xahar konċernat" . 4. Fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2167/83 il-kliem ‘jew fil-munita nazzjonali’ huma mħassra. Artikolu 4 Dan ir- Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi-l tà Lulju 1993. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fi-t-30 ta’ Ġunju 1993. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 1. [2] ĠU L 108, ta’ l-1.5.1993, p. 106. [3] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 22. [4] ĠU L 184, tad-29.7.1968, p. 29. [5] ĠU L 144, tas-7.6.1990, p. 17. [6] ĠU L 90, tal-15.4.1969, p. 12. [7] ĠU L 48, tas-26.2.1993, p. 11. [8] ĠU L 261, tal 25.9.1976, p. 12. [9] ĠU L 383, tad-29.12.1992, p. 48. [10] ĠU L 52, ta’ l-24.2.1977, p. 19. [11] ĠU L 28, ta’ l-1.2.1988, p. 1. [12] ĠU L 205, tal-11.8.1977, p. 11. [13] ĠU L 300, tas-27.10.1978, p. 24. [14] ĠU L 108, ta’ l-1.5.1993, p. 91. [15] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, p. 20. [16] ĠU L 140, ta’ l-4.6.1991, p. 19. [17] ĠU L 213, ta’ l-1.8.1981, p. 24. [18] ĠU L 166, tas-16.6.1989, p. 22. [19] ĠU L 206, tat-30.7.1983, p. 75. [20] ĠU L 75, tal-21.3.1993, p. 31. [21] ĠU L 298, tat-12.11.1985, p. 9. [22] ĠU L 383, tad-29.12.1992, p. 48. [23] ĠU L 208, tal-31.7.1986, p. 29. [24] ĠU L 241, ta’ l-1.9.1988, p. 97. [25] ĠU L 129, tad-19.5.1987, p. 9. [26] ĠU L 306, tal-11.11.1988, p. 22. [27] ĠU L 146, tas-6.6.1987, p. 27. [28] ĠU L 364, tat-12.12.1992, p. 47. [29] ĠU L 55, ta’ l-1.3.1988, p. 31. [30] ĠU L 45, tal-21.2.1990, p. 8. [31] ĠU L 279, tal-11.10.1990, p. 22. [32] ĠU L 19, tat-28.1.1993, p. 15. [33] ĠU L 112, ta’ l-4.5.1991, p. 65. [34] ĠU L 319, tal-21.11.1991, p. 40. [35] ĠU L 27, ta’ l-4.2.1993, p. 15. [36] ĠU L 320, ta’ l-20.11.1991, p. 16. [37] ĠU L 217, tal-31.7.1992, p. 64. [38] ĠU L 218, ta’ l-1.8.1992, p. 100. [39] ĠU L 218, ta’ l-1.8.1992, p. 102. [40] ĠU L 218, ta’ l-1.8.1992, p. 105. [41] ĠU L 57, ta’ l-10.3.1993, p. 12. [42] ĠU L 104, tad-29.4.1993, p. 31. [43] ĠU L 118, ta’ l-14.5.1993, p. 19. [44] ĠU L 111, tal-5.5.1993, p. 6. [45] ĠU L 61, tat-13.3.1993, p. 26. [46] ĠU L 66, tat-18.3.1993, p. 24. -------------------------------------------------- ANNESS Ir-Regolament | L-Ammonti kkonċernati | Ir-Rata ta' konverżjoni agrikola li għandha tiġi applikata | PARTI A:AMMONTI APPLIKABBLI GHALL-PRODUTTURI TAL-ĦALIB 1.(KEE) Nru 3950/92 | L-imposta addizzjonali msemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1(2) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-aħħar jum tal-perjodu ta' 12-il xahar ikkonċernat | 2.(KEE) Nru 2233/92 | L-aġġju annwali speċifiku għall-manutenzjoni ta' merħliet tal-ħalib imsemmija fl-Artikolu 1(2) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar kalendarju li fih tiġi sottomessa l-applikazzjoni premium | 3.(KEE) Nru 739/93 | Għajnuna għal kull 100g ta' ħalib imsemmi fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 2(1) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar kalendarju li fih jiġi kkunsinnat il-halib | 4.(KEE) Nru 740/93 | A.Kumpens għal skontinwazzjoni definittiva tal-produzzjoni tal-ħalib imsemmija fl-Artikolu 1 | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-1 ta' Settembru 1993 | B.Ammont ta' ffinanzjar Komunitarju msemmi fl-Artikolu 5 | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-1 ta' Settembru 1993 | PARTI B:IL-BUTIR B.I.Xiri b' intervent 1.(KEE) Nru 685/69 | A.Il-prezz ta' xiri b'intervent | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tax-xiri f'intervent | B.Il-Prezz tal-merkanzija difettuża msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 6(2) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tax-xiri f'intervent | 2.(KEE) Nru 1589/87 | Il-prezz ta' offerta aċċettat imsemmi fl-Artikolu 3(3)(ċ) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data ta' xiri f'intervent | B.II.Il-prezz tal-bejgħ 1.(KEE) Nru 1282/72 | Il-prezz imraħħas tal-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 2 | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tat-teħid | 2.(KEE) Nru 1717/72 | Il-prezz imraħħas tal-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 3(1) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tat-teħid | 3.(KEE) Nru 2315/76 | A.Il-prezz tal-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 2(1)(a) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data ta' ħlas | B.Il-prezz ta' offerta għal għajnuna ta' l-ikel skond l-Artikolu 3a | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tat-teħid | Ċ.Il-prezz imraħħas tal-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tat-teħid | 4.(KEE) Nru 3143/85 | A.Il-prezz imraħħas tal-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 2(1) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | B.Il-prezz ta' offerta aċċettat taħt il-proċedura ta' offerta msemmija fl-Artikolu 2a(2) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | Ċ.Il-prezz minimu tal-bejgħ imsemmi fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 2a(4) | Ir-rata ta' konverżjoni applikabbli fid-data tal-ħlas | 5.(KEE) Nru 2409/86 | A.Il-Prezz ta' offerta aċċettat taħt il-proċedura ta' offerta msemmija fl-Artikolu 19(2)(a) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | B.Il-prezz tal-bejgħ determinat imsemmi fl-Artikolu 26(2)(b) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | C.Il-prezz tal-bejgħ determinat imsemmi fl-Artikolu 27b(b) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | 6.(KEE) Nru 570/88 | Il-prezz ta' offerta aċċettat taħt il-proċedura ta' offerta msemmija fl-Artikolu 16(2)(a) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | 7.(KEE) Nru 3378/91 | Il-prezz ta' offerta aċċettat imsemmi fl-Artikolu 5(2)(d) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | B.III.Ghajnuniet 1.(KEE) Nru 2191/81 | Għajnuna għax-xiri ta' butir minn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt imsemmija fl-Artikolu 2(1) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar li għaliha l-ordni tal-kunsinna msemmija fl-Artikolu 3 hija applikabbli | 2.(KEE) Nru 2192/81 | Għajnuna għax-xiri ta' butir mill-armati u forzi simili msemmija fl-Artikolu 2(1) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar li għaliha l-ordni tal-kunsinna msemmija fl-Artikolu 3 hija applikabbli | 3.(KEE) Nru 2990/82 | L-Ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja msemmi fl-Artikolu 3 | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fil-bidu tas-sena tas-suq għal ħalib u prodotti tal-ħalib | 4.(KEE) Nru 570/88 | A.L-Ammont ta' għajnuna aċċettata taħt il-proċedura ta' offerta msemmija fl-Artikolu 16(3)(d) | (i)ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar li fih it-tracers imsemmija fl-Artikolu 3(a) huma miżjuda(ii)Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar li fih il-butir ikkonċentrat huwa ffabbrikat skond l-ewwel inciż ta' l-Artikolu 22(3)(b)(iii)Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar li fih il-butir mingħajr tracers ġie inkorporat fil-prodotti intermedji jew finali msemmija fl-Artikolu 3(b) | B.L-Ammont ta' tnaqqis ta' għajnuna msemmi fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 22a(4) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar li fih iż-żmien perentorju impost huwa eċċedut | 5.(KEE) Nru 429/90 | L-ammont ta' għajnuna għal butir ikkonċentrat mogħti taħt il-proċedura ta' offerti msemmija fl-Artikolu 8(2)(a) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel tax-xahar li fih l-butir ikkonċentrat ġie ffabbrikat u rċieva t-tracers skond l-Artikoli 8 u 9 | PARTI Ċ:TRAB TAL-HALIB ċ.I.Ix-Xiri 1.(KEE) Nru 625/78 | A.Il-prezz tax-xiri | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tad-teħid f'intervent | B.Il-prezz tal-merkanzija difettuża msemmija fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2(6) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tat-teħid f'intervent | 2.(KEE) Nru 1158/91 | Il-prezz ta' offerta aċċettat taħt il-proċedura ta' offerti msemmija fl-Artikolu 3(3)( ċ) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tad-teħid f'intervent | ċ.II.Il-prezz tal-bejgħ 1.(KEE) Nru 2213/76 | Il-prezz tal-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 2(1)(a) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | 2.(KEE) Nru 368/77 | Il-prezz ta' offerta aċċettat taħt il-proċedura ta' offerti msemmija fl-Artikolu 9(2)(ċ) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | 3.(KEE) Nru 443/77 | A.Il-Pagament imsemmi fl-Artikolu 5(1) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | B.Il-Bilanċ tal-prezz tal-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 5(2)(a) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | 4.(KEE) Nru 2270/79 | A.Il-Pagament imsemmi fl-Artikolu 5(1) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | B.Il-Bilanċ tal-prezz tal-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 5(2)(a) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | 5.(KEE) Nru 3398/91 | Il-Prezz ta' offerta aċċettat taħt il-proċedura ta' offerta msemmija fl-Artikolu 6(2)(ċ) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | ċ.III.Għajnuniet 1.(KEE) Nru 1105/68 | L-Ammont ta' għajnuna għal ħalib xkumat għall użu f'għalf imsemmi fl-Artikolu 1a (3) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-: (i)ewwel jum tax-xahar li fih il-ħalib xkumat imsemmi fl-Artikolu 2 huwa żnaturat(ii)ewwel jum tax-xahar li għalih id-dikjarazzjoni fix-xahar hija mfassla fir-rigward ta' l-użu ta' trab tal-ħalib xkumat skond l-Artikolu 5a(iii)ewwel jum tax-xahar li fih il-butir jew il-krema huma prodotti għal ħalib xkumat użat skond l-Artikoli 6 u 8a | 2.(KEE) Nru 1844/77 | L-Ammont ta' għajnuna speċjali aċċettata taħt il-proċedura ta' offerti msemmija fl-Artikolu 4(3)(b) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar li fih l-operazzjoni ta' żnaturar imsemmija fl-Artikolu 9 titwettaq | 3.(KEE) Nru 1534/85 | Ammonti ta' għajnuna għal ħalib xkumat u trab tal-ħalib xkumat għall-użu fl-għalf imsemmi fl-Artikolu 1 | Ir-rata ta' konverżjoni applikabbli fl-: (i)ewwel jum tax-xahar li fih it-trab tal-ħalib xkumat huwa żnaturat jew ipproċessat f'għalf kompost skond ir-Regolament (KEE) Nru 1725/79(ii)id-data ta' l-iskrizzjoni li tidher fil-kaxxa A tal-kopja ta' kontroll T 5 imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 1624/76 | PARTI D:PRODOTTI OĦRA U L-AMMONTI 1.(KEE) Nru 1107/68 | A.Prezzijiet ta' intervent għal ġobnijiet Grana Padano u Parmigiano Reggiano | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tat-teħid f'intervent | B.Il-Prezz ta' merkanzija difettuża msemmi fl-Artikolu 3(3) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tat-teħid f'intervent | Ċ.Spejjeż addizzjonali tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 5(2) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tat-teħid f'intervent | 2.(KEE) Nru 685/69 | A.Spejjeż tal-ħażna msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 6(2) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tat-teħid fis-sens ta' l-Artikolu 6(1) | B.Spejjeż addizzjonali tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 8(2) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tad-teħid fis-sens ta' l-Artikolu 6(1) | 3.(KEE) Nru 625/78 | A.L-Ispejjeż tal-ħażna msemmija fl-Artikolu 2(6)(a) u (b) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tat-teħid tal-merkanzija kkonċernata | B.Spejjeż addizzjonali tal-ħażna msemmija fl-Artikolu 5(2) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tad-teħid tal-merkanzija kkonċernata | 4.(KEE) Nru 2167/83 | L-Ammont ta' għajnuna għal ħalib ta' l-iskola msemmi fl-Artikolu 4(1) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar tal-perjodu li għalih l-applikazzjoni ta' l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 7(3) hija sottomessa | 5.(KEE) Nru 2742/90 | L-ammont dovut skond l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90 imsemmi fl-Artikolu 4(1) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data tal-ħlas | 6.(KEE) Nru 2921/90 | L-Ammont ta' għajnuna għall-fabbrikazzjoni ta' kaseina u kaseinati msemmija fl-Artikolu 2(1) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar li fih il-kaseina u l-kaseinati huma ffabbrikati | 7.(KEE) Nru 3763/91 | L-ammont ta' għajnuna għall-konsum ta' prodotti tal-ħalib frisk imsemmija fl-Artikolu 6 | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar ta' l-użu tal-ħalib għall-produzzjoni ta' prodotti ta' ħalib frisk ikkonċernati | 8.(KEE) Nru 2164/92 | L-ammonti ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(2) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data ta' charging tal-liċenza msemmija fl-Artikolu 4(1) | 9.(KEE) Nru 2219/92 | L-ammonti ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(2) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fid-data ta' charging tal-liċenza msemmija fl-Artikolu 3(1) | 10.(KEE) Nru 2234/92 | L-ammont ta' għajnuna għal kull 100 kg ta' ħalib imsemmi fl-Artikolu 1(2) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar li fih il-ħalib huwa wżat skond l-Artikolu 2(1)(a) | 11.(KEE) Nru 2235/92 | L-ammont ta' għajnuna għal kull 100 kg ta' ħalib imsemmi fl-Artikolu 1(2) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-ewwel jum tax-xahar li fih il-ħalib huwa wżat skond l-Artikolu 2(1)(a) | 12.(KEE) Nru 585/93 | Il-prezz ta' offerta msemmi fl-Artikolu 4(1)(d) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fl-14 ta' April 1993 | 13.(KEE) Nru 619/93 | Il-Prezz ta' offerta msemmi fl-Artikolu 4(1)(ċ) | Ir-rata ta' konverżjoni agrikola applikabbli fil-15 ta' Mejju 1993 | --------------------------------------------------