Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R0075

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 75/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3002/92 li jistipula regoli komuni dettaljati għall-verifikar ta’ l-użu u/jew tad-destinazzjoni ta’ prodotti mill-intervent

    ĠU L 11, 19.1.1993, p. 5–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/75/oj

    31993R0075



    Official Journal L 011 , 19/01/1993 P. 0005 - 0005


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 75/93

    tat-18 ta’ Jannar 1993

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3002/92 li jistipula regoli komuni dettaljati għall-verifikar ta’ l-użu u/jew tad-destinazzjoni ta’ prodotti mill-intervent

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u tax-xaħmijiet [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2046/92 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 12(4) u 26 (3) tiegħu, u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra li jistabbilixxu organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli,

    Billi l-Istati Membri għandhom jingħataw biżżejjed żmien sabiex iwettqu kull riorganizzazzjoni ta’ l-aġenziji ta’ kontroll tagħhom meħtieġa għall-konformità mal-ħtieġa li korp ta’ kontroll uniku jkun risponsabbli għall-ivverifikar ta’ l-użu u/jew tad-destinazzjoni tal-prodotti kollha, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, u li huma koperti bi kwalunkwe miżura speċifika jew parti minnha;

    Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitati ta’ ġestjoni rilevanti kollha,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Is-segwenti subparagrafu qed jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92 [3]:

    "L-Istati Membri jistgħu, madankollu, għal sitt xhur mill-1 ta’ Jannar 1993, iżommu l-korpi ta’ kontroll tagħhom eżistenti għal kull miżura speċifika jew parti minnha."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum meta jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 1993.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel,18 Jannar 1993.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

    [2] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 1.

    [3] ĠU L 301, tas-17.10.1992, p. 17.

    --------------------------------------------------

    Top