Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0113

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/113/KE ta’ l-14 ta’ Diċembru 1993 li dwar l-użu u l-bejgħ ta’ l-enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjoni tagħhom fin-nutrijenti ta’ l-annimali

ĠU L 334, 31.12.1993, p. 17–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010; Imħassar b' 32009R0767

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/113/oj

31993L0113



Official Journal L 334 , 31/12/1993 P. 0017 - 0023
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 54 P. 0195
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 54 P. 0195


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/113/KE

ta’ l-14 ta’ Diċembru 1993

li dwar l-użu u l-bejgħ ta’ l-enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjoni tagħhom fin-nutrijenti ta’ l-annimali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tikkonċerna żidiet fl-affarijiet ta’ l-ikel [4], tfassal il-prinċipji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ammissjoni u l-użu taż-żidiet;

Billi Direttiva tal-Kunsill 87/153/KEE tas-16 ta’ Frar 1987 li tiffissa linji ta’ gwida għall-assessjar fiż-żidiet fl-affarijiet ta’ l-ikel [5] jikkostitwixxu gwida għad-definizzjoni ta’ l-informazzjoni xjentifika neċessarja biex tiddentifika u tikkaratterizza dawn il-prodotti kif ukoll l-istudji neċessarji biex tevalwa, b’mod partikolari, l-effikaċja u jekk jagħmlux ħsara lill-umani, annimali u l-ambjent;

Billi avvanzi fil-għerf xjentifiku u tekniku jippermetti l-użu ta’ ċertu enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjonijiet fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali biex b’mod partikolari titjieb id-diġestibilità tat-tali nutrijenti, jew biex jistabbilizzaw il-flora tas-sistema diġestiva ta’ l-annimali u biex inaqqsu r-rimi ta’ ċertu sustanzi mhux mixtieqa fl-ambjent; billi fil-mument l-ebda kriterja ma teżisti għall-eżami tat-talbiet għall-awtorizazzjoni għall-użu bħala żidiet ta’ din il-ġenerazzjoni ġdida ta’ prodotti;

Billi huwa essenzali, sakemm ssiru l-emendi tal-linji ta’ gwida u biex jippermettu l-preparazzjoni tad-dokumenti għal dawn il-prodotti, biex jippermettu proviżorjament l-użu u l-bejgħ ta’ l-enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjonijiet fil-livell nazzjonali, dejjem jekk huma ma jirrapreżentawx kwalunkwe’ perikolu għas-saħħa umana jew ta’ l-annimali;

Billi jħallu dawn il-prodotti tirrekjedi inventarju tagħhom f’kull Stat Membru, u t-trasmissjoni lill-Kummissjoni ta’ ċertu informazzjoni li tiġġustifika l-inklużjoni tagħhom fil-listi nazzjonali;

Billi l-Istati Membri ma jistgħux jirrestinġu l-bejgħ tal-prodotti tal-bhejjem miksuba mill-ikel li jkollu enzimi, mikro-organiżmi jew il-preparazzjonijiet tagħhom meta dawn huma inklużi fil-lista nazzjonali stabilita skond din id-Deċiżjoni;

Billi din id-Direttiva ma tapplikax għall-enżimi, mikro-organiżmi, jew għall-preparazzjoni tagħhom meta użati bħala aġenti tal-ħażna;

Billi din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE tat-23 ta’ April 1990 dwar il-ħelsien intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenitakament [6];

Billi din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 70/524/KEE;

Billi Direttiva 87/153/KEE għandha tkun emendata malajr kif meħtieġ, bil-ħsieb li tagħmel disponibbli r-regoli neċessarji għall-eżami speċifiku taż-żidiet li huma ta’ grupp ġdid ta’ enżimi u mikro-organiżmi; billi, fl-istess ħin, id-dokumenti għandhom jkunu sottomessi bil-ħsieb li jiġu assessjati l-prodotti inklużi fil-listi nazzjonali jridu jkunu preparati skond il-linji ta’ gwida stabbiliti għaż-żidiet in ġenerali;

Billi huwa għaqli li l-industrija tingħata żmien suffiċjenti biex tapplika dispożizzjonijiet ġodda ta tikkettjar stabbiliti għall-enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjonijiet tagħhom kif ukoll it-taħlit minn qabel u l-affarijiet ta’ l-ikel li jkunu jinsabu fihom,

ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-użu u l-bejgħ ta’ enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjonijiet fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal Direttiva 70/524/KEE u partikolarment għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni ta’ l-enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjonijiet tagħhom għall-użu taż-żidiet.

Artikolu 2

1. Permezz ta’ deroga minn l-Artikolu 3 tad-Direttiva 70/524/KEE, l-Istati Membri għandhom temporanjament jippermettu l-użu u l-bejgħ ta’ l-enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjonijet tagħhom fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali fit-territorju tagħhom, dejjem jekk, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, l-prodotti ma jippreżentawx perikolu lis-saħħa umana jew ta’ l-annimali, u li huma inklużi fil-lista stabbilita bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3.

2. Il-forom kollha għall-użu tan-nutrizzjoni ta’ l-annimli għajr l-inkorporazzjoni tat-tali prodotti fl-affarijiet ta’ l-ikel, għandhom jkunu pprojbiti.

Artikolu 3

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li hemm provduta mill-persuni responsabbli għat-tpoġġija tal-prodotti fiċ-ċirkulazzjoni Stati Membri għandhom igħaddu:

(a) lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Novembru 1994:

- lista ta’ enżimi u mikro-organiżmi u l-preparazzjoni tagħhom b’mod konformi mal-mudell mogħti fl-Anness I,

- nota ta’ identifikazzjoni mfassla għal kull prodott b’mod konformi mal-mudell mogħti fl-Anness II mill-persuna responsabbli għat-tpoġġija tal-prodott fiċ-ċirkulazzjoni;

(b) lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn qabel l-1 ta’ Jannar 1996, id-dokumenti biex jiġġustifikaw dawn l-awtorizzazzjonijiet minn persuna(i) responsabbli li titlob l-inklużjoni tal-prodott(i) fil-lista riferuta fl-ewwel daħla ta’ punt (a).

Artikolu 4

1. Kif u meta l-informazzjoni mitluba tasal għandha, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri l-lista ta’ l-enzimi, mikro-organiżmi jew il-preparazzjoni tagħhom mibgħuta lilha b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3.

2. Fejn enzimi, mikro-organiżmi jew preparazzjonijiet fabbrikati minnhom huma inklużi f’diversi listi nazzjonali, jista’ jkun mifthiem bejn l-Istati Membri konċernati li għandu jkun sottomess dokument wieħed minn wieħed minnhom. F’dan il-każ l-Istat Membru maħtur biex jagħti d-dokument għandu jinforma lill-Kummissjoni kif meħtieġ.

3. Qabel il-31 ta’ Marzu 1996 fuq il-bażi tad-dokumenti ġew mibgħuta lilha b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika fis-serje ’¬' tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista ta’ enzemi, mikro-organiżmi u l-preparazzjonijiet tagħhom permessi fid-diversi Stati Membri.

Artikolu 5

Qabel l-1 ta’ Jannar 1997, għandu jkun mogħti digriet b’mod konformi mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 70/524/KEE fuq id-dokumenti riferuti fl-Artikolu 3(b) li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żidiet fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali.

Artikolu 6

Fejn Stati Membri jsibuha impossibli li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 3, għall-enżema, mikro-organiżmi jew preparazzjoni użati fit-territorju tagħhom, huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jassiguraw li l-enżemi, mikro-organiżmi jew preparazzjoni miksuba minnhom m’humiex iżjed użati jew mibjugħa fit-territorju tagħhom.

Artikolu 7

1. Enżemi, mikro-organiżmi u l-preparazzjonijiet tagħhom, kif ukoll it-taħlit minn qabel tal-komponenti ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel li fihom ġew inkorporati, jistgħu ikunu mibjugħa biss jekk il-partikolaritajiet mniżżlin taħt, li jridu jkunu viżibbli b’mod ċar, leġibbli u indelibbli u li għalihom l-ebda produttur, dak li jippakkja, importatur, bejjiegħ jew distributur stabbilit fil-Komunità m’għandu jinżamm responsabbli, huma murija fuq l-ippakkjar, il-kontenitur jew fuq it-tikketta annessa magħhom:

A. għall-enzimi u l-preparazzjoni tagħhom:

(a) l-isem speċifiku tal-kostitwent(i) attiv skond l-attivita(ijiet) enżimatiċi tagħhom u n-numru(i) ta’ identifikazzjonijiet b’mod konformi ma’ l-Unjoni Internazzjonali tal-Bijokimika;

(b) il-units ta’ attività (units ta’ attività [7] għal kull g jew units ta’ attività għal kull ml);

(ċ) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz jew il-post tar-reġistrazzjoni tan-negozju tal-persuna responsabbli għall-partikolaritajiet f’dan im-paragrafu;

(d) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-post tar-reġistrazzjoni tan-negozju tal-fabrikant jekk hu m’hux responsabbli għall-partikolaritajiet fuq it-tikketti;

(e) id-data ta’ l-iskadenza tal-garanzija jew tal-ħajja tal-ħażna mid-data tal-fabbrikazzjoni;

(f) in-numru tar-riferenza tal-grupp u d-data tal-fabbrikazzjoni;

(g) direzzjonijiet għall-użu u fejn jixraq, rakkomandazzjoni ta’ sigurtà;

(h) il-piż nett u għal-addittivi tal-likwidu jew tal-volumm net jew tal-piż net;

(i) It-tagħrif ‘biex tkun użata esklussivament għall-fabrikazzjoni ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel’;

B. Għal mikro-organiżmi u l-preparazzjonijiet tagħhom:

(a) l-identifikazzjonijiet ta’ l-istejn(s) skond kodiċi ta’ nomneklatura internazzjonali rikonoxxuta u n-numru tad-depożitu ta’ l-istrejn(s);

(b) in-numru ta’ colony-forming units (CFU/g);

(ċ) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz jew il-post tar-reġistrazzjoni tan-negozju tal-persuna responsabbli għall-partikolaritajiet f’dan il-paragrafu;

(d) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-post tar-reġistrazzjoni tan-negozju tal-fabrikant jekk hu m’hux responsabbli għall-partikolaritajiet fuq it-tikketti;

(e) id-data ta’ l-iskadenza tal-garanzija jew tal-ħajja tal-ħażna mid-data tal-fabbrikazzjoni;

(f) in-numru tar-riferenza tal-grupp u d-data tal-fabbrikazzjoni;

(g) id-direzzjonijiet għall-użu u fejn jixraq, rakkomandazzjoni ta’ sigurtà;

(h) il-piż nett u għall-addittivi tal-likwidu jew tal-volumm nett jew tal-piż net;

(i) it-tagħrif ‘biex tkun użata esklussivament għall-fabrikazzjoni ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel’;

(j) fejn jixraq, indikazzjoni ta’ kwalunkwe karatteristiċi partikolari sinjifikanti dovuti minħabba l-proċess tal-manifattura;

Ċ. għat-taħlit li jkollhom enzemi:

(a) id-deskrizzjoni ta’ ‘taħlita minn qabel’;

(b) l-indikazzjoni ‘biex tkun użata esklussivament fil-fabrikazzjoni ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel’;

(ċ) id-direzzjonijiet għall-użu u kwalunkwe rakkomandazzjonijiet ta’ sigurtà li jirrigwardaw l-użu tat-taħlit minn qabel;

(d) l-ispeċi ta’ l-annimali jew kategorija ta’ annimalii li għalihom it-taħlit minn qabel hu maħsub;

(e) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz jew il-post tar-reġistrazzjoni tan-negozju tal-persuna responsabbli għall-partikolaritajiet li hemm riferenza għalihom f’dan il-paragrafu;

(f) il-piż nett u għal-likwidi jew tal-volumm net jew tal-piż nett;

(g) l-isem speċifiku tal-kostitwent(i) attiv skond l-attivita(ijiet) enżimatiċi tagħhom u n-numru(i) ta’ identifikazzjonijiet b’mod konformi ma’ l-Unjoni Internazzjonali tal-Bijokimika;

(h) il-units ta’ attività (units ta’ attività għal kull g jew units ta’ attività għal kull ml);

(i) id-data ta’ l-iskadenza tal-garanzija jew tal-ħajja tal-ħażna mid-data tal-fabbrikazzjoni;

(j) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-post tar-reġistrazzjoni tan-negozju tal-fabbrikant jekk hu m’hux responsabbli għall-partikolaritajiet fuq it-tikketti;

D. għat-taħlit minn qabel li jkollhom mikro-organiżmi:

(a) id-deskrizzjoni ‘taħlit minn qabel’;

(b) l-indikazzjoni ‘biex tkun użata esklussivament fil-fabrikazzjoni ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel’;

(ċ) id-direzzjonijiet għall-użu u kwalunkwe rakkomandazzjonijiet ta’ sigurtà li jirrigwardaw l-użu tat-taħlit minn qabel;

(d) l-ispeċi ta’ l-annimali jew kategorija ta’ annimali li għalihom it-taħlit minn qabel hu maħsub;

(e) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz jew il-post tar-reġistrazzjoni tan-negozju tal-persuna responsabbli għall-partikolaritajiet li hemm riferenza għalihom f’dan il-paragrafu;

(f) il-piż nett u għal-likwidi jew tal-volumm net jew tal-piż net;

(g) l-identifikazzjonijiet ta’ l-istrejn(s) skond kodiċi ta’ nomenklatura internazzjonali rikonoxxuta u n-numru tad-depożitu ta’ l-istrejn(s);

(h) in-numru ta’ colony-forming units (CFU/g);

(i) id-data ta’ l-iskadenza tal-garanzija jew tal-ħajja tal-ħażna mid-data tal-fabbrikazzjoni;

(j) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-post tar-reġistrazzjoni tan-negozju tal-fabbrikant jekk hu m’hux responsabbli għall-partikolaritajiet fuq it-tikketti;

(k) fejn jixraq, indikazzjoni ta’ kwalunkwe karatteristiċi partikolari sinjifikanti dovuti minħabba l-proċess tal-manifattura;

E. għal komponenti ta’ ikel li fihom ġew inkorporati enżemi:

(a) l-isem speċifiku tal-kostitwent(i) attiv skond l-attivita(ijiet) enżimatiċi tagħhom u n-numru ta’ identifikazzjoni b’mod konformi ma’ l-Unjoni Internazzjonali tal-Bijokimkika;

(b) l-units ta’ attività (units ta’ attività għal kull kg jew units ta’ attività għal kull wieħed) dejjem jekk it-tali units b’metodu validu uffiċjalment jew xjentifikament);

(ċ) id-data ta’ l-iskadenza tal-garanzija jew tal-ħajja tal-ħażna mid-data tal-fabbrikazzjoni;

F. Għal komponenti ta’ ikel li fihom ġew inkorporati mikro-organiżmi:

(a) l-identifikazzjonijiet ta’ l-istrejn(s) skond kodiċi ta’ nomenklatura internazzjonali rikonoxxuta u n-numru tad-depożitu ta’ l-istrejn(s);

(b) in-numru ta’ colony-forming units (CFU/kg) dejjem jekk in-numru hu mkejjel b’metodu uffiċjali jew xjentifikament validu;

(ċ) id-data ta’ l-iskadenza tal-garanzija jew tal-ħajja tal-ħażna mid-data tal-fabbrikazzjoni;

(d) fejn jixraq, indikazzjoni ta’ kwalunkwe karartteristiċI sinjifikanti partikolari minħabba l-proċess tal-manifattura.

2. Partikolaritajiet għajr dawk preskritti fil-paragrafu 1, taħt A, B, C u D tali bħal l-isem tal-kummerċ, jista’ jkun inkluż fuq l-ippakkjar, kontenituri jew fuq tikketta magħhom, dejjem jekk huma separati b’mod ċar mill-imsemmija partikolaritajiet.

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-:

- 1 Jannar 1995 fil-każ ta’ l-Artikolu 7, and

- l-1 ta’ Ottubru 1994 fil-każ ta’ dispożizzjonijiet oħrajn.

Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati bit-tali riferenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir it-tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom.

Artikolu 9

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 10

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Diċembru 1993.

Għall-Kunsill

A. Bourgeois

Il-President

[1] ĠU C 116, tas-27.4.1993, p. 6.

[2] ĠU C 329, tas-6.12.1993.

[3] ĠU C 201, tas-26.7.1993, p. 34.

[4] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata b’Direttiva 93/114/KE (ara paġna 24 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU L 64, tas-7.3.1987, p. 19.

[6] ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 15.

[7] Units ta’ attività espressi bħala mole tal-prodott meħlusa kull minuta għal kull gramma ta’ preparazzjoni enżemika.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

MUDELL TA’ NOTA TA’ IDENTIFIKAZZJONI RIFERUTA FL-ARTIKOLU 3(a) TIENI INĊIŻ

(biex tkun mimlija mill-persuna responsabbli għat-tpoġġija tal-prodott fiċ-ċirkulazzjoni)

1. Identità tal-prodott

Isem tas-sengħa.

Komposizzjoni kwalitativa u kwantitattiva:

- sustanza attiva [1],

- komponenti oħrajn,

- impuritajiet,

- sustanzi mhux mixtieqa.

Isem jew isem tan-negozju u indirizz jew post reġistrat tan-negozju tal-manifattur.

Post tal-fabbrikant

Isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-post tar-reġistrazzjoni tan-negozju tal-persuna responsabbli għat-tpoġġija tal-prodott fis-suq, jekk hu m’hux il-fabbrikant;

2. Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw sustanza attiva

2.1. Għal mikro-organiżmi:

- isem u deskrizzjoni taksonomika skond il-kodiċi internazzjonali tan-nomenklatura [2],

- isem u post tal-ġbir tal-koltura fejn l-istrejn hi reġistrata u depożitata u n-numru tar-reġistrazzjoni u d-depożitu,

- iddikjara jekk il-manipulazzjoni ġenetika saritx,

- in-numru ta’ colony-forming units (CFU/g).

2.2. Għall-enżemi:

- isem skond l-attivitajiet enżematiċi prinċipali u numru tal-Komunità [3],

- tistqar l-oriġini bijoloġika. Fil-każ ta’ oriġini mikrobijali, trid tkun mogħtija l-informazzjoni meħtieġa fl-ewwel żewġ inċiżi ta’ punt 2.1.

- iddikjara jekk l-organiżmi ta’ l-oriġini ġewx ġenetikament manipulati,

- attivitajiet relattivi fir-rigward ta’ tipi xierqa ta’ substrati kimiċi puri (espressi f’units ta’ attività [4] għal kull g).

NB:

Jekk is-sustanza attiva hi taħlita tal-komponenti attivi, il-komponenti kollha jridu jkunu deskritti separatment bl-indikazzjoni tal-proporzjon tagħhom fit-taħlita.

3. Propretajiet tal-prodott

Effetti prinċipali:

- informazzjoni li tikkonċerna l-effettivita’,

- ġustifikazzjoni għall-preżenza ta’ kull komponent jekk is-sustanza hi taħlita tal-komponenti attivi.

Effetti oħrajn.

4. Sigurtà tal-prodott

Informazzjoni disponibbli fuq is-sigurtà.

5. Kondizzjonijiet għall-użu tal-prodott

Użi provduti fin-nutrijent ta’ l-annimali (speċi jew kategoriji ta’ l-annimali, tipi ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel, perjodu ta’ l-użu, eċċ).

Doża proposta għat-taħlit minn qabel u affarijiet ta’ l-ikel (units xierqa ta’ l-attività bijoloġika tali bħal CFU għal kull gramma ta’ prodott għall-mikro-organiżmi jew units ta’ attività għal kull gramma ta’ preparazzjonijiet ta’ enżemi).

Użi oħrajn magħrufa tas-sustanza attiva jew il-preparazzjoni (fl-affarijiet ta’ l-ikel, umana jew mediċini veterinarja, industrija eċċ).

Rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw is-sigurtà tal-prodott f’relazzjoni ma’ l-ispeċi fil-mira, il-konsumatur u l-ambjent.

Jekk ikun meħtieġ, miżuri għall-prevenzjoni tar-riskju u l-mezzi ta’ protezzjoni matul il-fabbrikazzjoni u l-użu.

6. Informazzjoni teknoloġika

Stabilità tal-prodott:

- fir-rigward ta’ aġenti atmosferiċi,

- matul il-preparazzjoni tat-taħlit minn qabel u l-affarijiet ta’ l-ikel,

- matul il-ħażna tat-taħit minn qabel u l-affarijiet ta’ l-ikel,

- deskrizzjoni tal-proċess tal-manifattura u l-metodi wżati li jikkonċernaw il-kontroll tal-kwalità tal-prodott matul il-fabbrikazzjoni tiegħu.

7. Kontroll

Metodu(i) ta’ l-analiżi li jistabbilixxu l-komponent(i) attiv fi:

- il-prodott innifsu,

- taħlit minn qabel,

- affarijiet ta’ l-ikel.

8. Attestazzjonijiet tal-persuna responsabbli biex tiċċertifika l-eżattezza ta’ l-informazzjoni mogħtija.

[1] Jekk is-sustanza attiva hi taħlita ta’ komponenti attivi ċarament definiti, jindikaw il-komponenti prinċipali.

[2] Tali bħal "Il-Manwal tal-Batteroloġija Sistematika ta’ Bergey", "Il-Ħmira, studju taksonomiku" minn Lodder u Kreger van Rij, "Dizzjunarju ta’ Ainsworth u Bisby fuq il-Faqqigħ" minn Hawksworth, Sutton u Ainsworth jew "Il-Ġenju Asperigillus" minn Raper u Fennel.

[3] Rakkomandazzjonijiet dwar Nomenklaturi ta’ Enżemi (1984) tal-Kumitat tan-Nomenklatura ta’ l-Unjoni Internazzjonali tal-Bijokimika, Academic Press 1984.

[4] Units ta’ attività espressi bħala mole tal-prodott meħlusa kull minuta għal kull gramma ta’ preparazzjoni enżemika.

--------------------------------------------------

Top