Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0024

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ ta’ l-istatistika li ghandu jsir fuq il-produzzjoni ta’ annimali bovini

    ĠU L 149, 21.6.1993, p. 5–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/12/2008; Imħassar b' 32008R1165

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/24/oj

    31993L0024



    Official Journal L 149 , 21/06/1993 P. 0005 - 0009
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0046
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0046


    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE

    ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993

    dwar stħarriġ ta’ l-istatistika li ghandu jsir fuq il-produzzjoni ta’ annimali bovini

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tieghu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 73/132/KEE tal-15 ta’ Mejju 1973 dwar stħarriġ ta’ l-istatistika li ghandu jsir mill-Istati Membri fuq annimali bovini, fuq it-tbassir tad-disponibilità ta’ l-annimali bovini għall-qatla u fuq l-istatistici dwar annimali bovini maqtula [3] u d-Direttiva tal-Kunsill 78/53/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1977 li tistipula dispożizzjonijiet addizzjonali marbuta ma’ stħarriġ ta’ l-istatistika li jrid isir mill-Istati Membri fuq annimali bovini [4] gew emendati diversi drabi; billi hemm mil-htieġa ghal aktar emendi, id-dispożizzjonijiet taghhom għandhom jissawru mill-ġdid għal raġunijiet ta’ kjarezza;

    Billi għandhom jigu regolati dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni tal-bovini tagħhom hija biss perċentwal żgħir mill-popolazzjoni totali tal-Komunità sabiex dawn inaqqsu l-għadd ta’ stħarriġ annwali fejn ikun hekk xieraq;

    Billi, sabiex ikun żgurat li l-politika agrikola komuni tkun amministrata sew, partikolarment fejn għandu x’jaqsam is-suq taċ-ċanga u l-vitella, il-Kummissjoni tehtieg tagħrif regolari dwar it-tendenzi fit-trobbija tal-bhejjem u fil-produzzjoni taċ-ċanga u l-vitella;

    Billi l-ġbir u l-ipproċessar tat-tagħrif kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ l-istħarriġ fuq livell nazzjonali għandu jibqa’ fi ħdan il-kompetenza tas-servizzi ta’ l-istatistika ta’ l-Istati Membri, u l-Kummissjoni ghandha tkun responsabbli ghall-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni ta’ l-informazzjoni statistika fuq livell Ewropew u tiehu hsieb il-metodoloġiji armonizzati meħtieġa sabiex tigi implimentata l-politika tal-Komunità;

    Billi, biex tkun faċilitata l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, hija meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u dan għandu jsir permezz tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istatistika Agrikola mwaqqaf bid-Deċiżjoni 72/279/KEE [5],

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    TAQSIMA I

    STĦARRIG TAL-POPOLAZZJONI

    A. Fuq livell nazzjonali

    Frekwenza - Qasam ta’ l-istħarriġ

    Artikolu 1

    1. L-Istati Membri ghandhom iwettqu stħarriġ ta’ l-istatistika tal-popolazzjoni tal-bovini fit-territorju tagħhom kull sena b’referenza għal jum fix-xahar ta’ Mejju jew Ġunju u b’referenza għal jum fix-xahar ta’ Diċembru.

    2. L-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom stess, jigu awtorizzati biex iwettqu l-istħarriġ ta’ Mejju jew Ġunju f’reġjuni magħżula, bil-ftehim li dawn l-istħarriġ ikopru mill-inqas 70 % tal-popolazzjoni tal-bovini.

    Dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni tal-bovini taghhom hija ta’ inqas minn 1.5 miljuni ghal kull ras jistgħu jigu awtorizzati biex ma jwettqux wieħed miż-żewġ stħarriġ imsemmija fil-paragrafu 1 jew biex jagħmluh biss f’reġjuni magħżula.

    L-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom stess, jigu awtorizzati biex jużaw sorsi amministrattivi minflok stħarriġ ta’ l-istatistika taħt il-paragrafu 1.

    3. Meta tqis it-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni ghandha tiddeċiedi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17, waqt li tiehu in konsiderazzjoni l-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 6.

    Artikolu 2

    1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu ‘annimali bovini’ jfisser annimali domestiċi ta’ l-ispeċi Bos taurus, Bubalus bubalus u Beefalo.

    2. L-istħarriġ imsemmija fl-Artikolu 1 ikopru l-annimali bovini kollha miżmuma f’azjendi agrikoli kif definiti skond il-procedura stipulata fl-Artikolu 17. L-istħarriġ ghandhom ikopru biżżejjed azjendi biex jagħmlu tajjeb għal mill-inqas 95 % tal-popolazzjoni tal-bovini kif stabbilit mill-aħħar stħarriġ dwar l-istruttura ta’ l-azjendi agrikoli.

    3. Sa fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandu jissuplimentaw ir-riżultati ta’ l-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 2 bi stima tal-popolazzjoni tal-bovini mhux koperta mill-istħarriġ.

    Elenku skond il-kategorija

    Artikolu 3

    1. L-istħarriġ imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom isiru b’tali mod li jipprovdu elenku tal-popolazzjoni tal-bovini mill-inqas fil-kategoriji li ġejjin:

    A. annimali bovini ta’ inqas minn sena:

    (a) għoġġiela għall-qatla;

    (b) oħrajn:

    (ba) maskili;

    (bb) femminili;

    B. annimali bovini ta’ bejn sena u sentejn:

    (a) maskili;

    (b) femminili;

    (ba) annimali għall-qatla;

    (bb) oħrajn;

    Ċ. annimali bovini ta’ sentejn jew aktar:

    (a) maskili;

    (b) femminili:

    (ba) erieħ;

    1. erieħ għall-qatla;

    2. oħrajn;

    (bb) baqar:

    1. baqar tal-ħalib;

    2. oħrajn;

    D. bufli:

    (a) bufli femminili li qed irabbu;

    (b) bufli oħrajn.

    2. Il-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu modifikati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    3. Il-kategoriji għandhom jiġu definiti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    Reqqa

    Artikolu 4

    1. L-istħarriġ imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitwettqu fil-forma ta’ stħarriġ eżawrijenti jew b’kampjuni rappreżentattivi.

    2. Għal kull wieħed mill-Istati Membri, l-iżbalji fil-kampjuni għar-riżultati ta’ l-istħarriġ kif stipulat fl-Artikolu 2(2) m’għandhomx jaqbżu l-1 % ta’ l-għadd totali ta’ annimali bovini u l-1.5 % ta’ l-għadd totali ta’ baqar, (confidence interval ta’ 68 %).

    3. B’żieda mal-qafas ta’ kampjuni u l-istimi supplementari msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura li jidhrilhom xierqa sabiex iżommu l-kwalità tar-riżultati ta’ l-istħarriġ.

    mien għan-notifika

    Artikolu 5

    1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati proviżorji ta’ l-istħarriġ u stimi supplementari qabel:

    - it-30 ta’ Settembru ta’ l-istess sena għall-istħarriġ ta’ Mejju/Ġunju,

    - il-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara għall-istħarriġ ta’ Diċembru.

    2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-istħarriġ u l-istimi supplementari, kif spjegat fl-Artikolu 4(2), qabel:

    - il-15 ta’ Ottubru ta’ l-istess sena għall-istħarriġ ta’ Mejju/Ġunju,

    - l-1 ta’ April tas-sena ta’ wara għall-istħarriġ ta’ Diċembru.

    B. Fuq livell reġjonali

    Suddiviżjonijiet territorjali

    Artikolu 6

    1. Ir-riżultati finali ta’ l-istħarriġ ta’ Diċembru ghandhom jinġabru għal kull waħda mis-suddiviżjonijiet territorjali kif definiti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    2. Skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni tista’ tapprova applikazzjoni minn Stat Membru biex għar-riżultati finali ta’ l-isħarriġ ta’ Mejju/Ġunju juża l-elenku reġjonali skond il-kategorija msemmi fil-paragrafu 1.

    3. Is-suddiviżjonijiet territorjali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jigu emendati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    mien għan-notifika

    Artikolu 7

    L-Istati Membri ghandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 6 qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara x-xahar ta’ riferenza.

    Ċ. Elenku skond id-daqs tal-merħla

    Kategoriji ta’ daqs

    Artikolu 8

    1. Fi snin bil-fard, l-Istati Membri ghandhom, fuq livell nazzjonali, jifirdu r-riżultati finali ta’ l-istħarriġ ta’ Diċembru skond il-kategoriji tad-daqs tal-merħla kif definiti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    2. Skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni tista’ tapprova applikazzjoni minn Stat Membru sabiex, għar-riżultati finali ta’ l-isħarriġ ta’ snin biż-żewġ u/jew għal dawk ta’ l-istħarriġ ta’ Mejju/Ġunju, juża elenku skond il-kategoriji tad-daqs tal-merħla msemmija fil-paragrafu 1.

    3. Il-kategoriji tad-daqs tal-merħla msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    mien għan-notifika

    Artikolu 9

    L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 8 qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara x-xahar ta’ riferenza.

    TAQSIMA II

    STATISTIKA TAL-QATLA

    Artikolu 10

    1. L-Istati Membri għandhom ifasslu statistika ta’ kull xahar marbuta ma’ l-għadd u l-piż tal-karkassa ta’ annimali bovini maqtula f’biċċeriji fit-territorju tagħhom, li l-laħam tagħhom ikun meqjus tajjeb għall-konsum tal-bniedem.

    Jekk ikun meħtieġ, huma għandhom jipprovdu wkoll stimi ta’ qatliet mhux imsemmija fil-formoli li jibgħatu, sabiex l-istatistika tkun tinkludi l-annimali bovini kollha li jkun nqatlu fit-territorju tagħhom.

    2. L-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha titfassal għall-kategorija segwenti:

    A. għoġġiela;

    B. erieħ;

    Ċ. baqar;

    Ċ. barrin;

    D. gniedes żgħar (bullocks).

    3. Il-piż tal-karkassa msemmi fil-paragrafu 1 u l-kategoriji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu definiti skond il-proċedura stiulata fl-Artikolu 17.

    mien għan-notifika

    Artikolu 11

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-istatistika msemmija fl-Artikolu 10(1) fi żmien xahrejn wara x-xahar ta’ riferenza.

    TAQSIMA III

    TBASSIR TAL-PRODUZZJONI

    Artikolu 12

    1. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżultati ta’ l-istħarriġ u informazzjoni oħra disponibbli sabiex jipproduċu tbassir, għal kull nofs sena kalendarja, tal-provvista ta’ annimali bovini tagħhom.

    Din il-provvista għandha tkun espressa bħala produzzjoni gross indiġena li għandha tinkludi fiha l-annimali bovini kollha maqtula kif ukoll il-bilanċi tal-kummerċ fi ħdan il-Komunità u tal-kummerċ estern ta’ annimali bovini ħajjin.

    A. għoġġiela;

    B. erieħ;

    Ċ. baqar;

    D. barrin;

    E. gniedes żgħar (bullocks);

    Dan l-elenku jista’ jiġi emendat skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    3. Id-definizzjoni ta’ ‘provvista’ msemmija fil-paragrafu 1 u dik tal-‘kategoriji’ msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    mien għan-notifika

    Artikolu 13

    L-Istati Membri għandhom jgħaddu t-tbassir imsemmi fl-Artikolu 12(1) lill-Kummissjoni fiż-żminijiet segwenti u għall-perjodi ta’ sitt xhur ‘il wieħed segwenti:

    (a) qabel il-15 ta’ Frar għat-tbassir sa l-ewwel sitt xhur tas-sena ta’ wara (inkluż);

    (a) qabel l-1 ta’ Ottubru għat-tbassir sat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ wara (inkluż);

    TAQSIMA IV

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 14

    L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-tagħrif imsemmi fl-Artikoli 5, 7, 9, 11 u 13 b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta’ tagħrif soġġett għall-kunfidenzjalità ta’ l-istatistika ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej [6].

    Artikolu 15

    Il-Kummissjoni għandha teżamina, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri:

    (a) ir-riżultati mogħtija;

    (b) il-problemi tekniċi li jinqalgħu, b’mod partikolari fit-tħejjija u fit-twettiq ta’ l-istħarriġ u ta’ l-istimi;

    (ċ) l-attendibilità tar-riżultati ta’ l-istħarriġ u ta’ l-istimi

    Artikolu 16

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull bidla metodoloġika jew bidla oħra li tkun tinfluwenza l-istatistika b’mod konsiderevoli. Dan għandu jsir mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-bidla in kwistjoni tidħol fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħrajn b’tali komunikazzjoni fl-ambitu tal-gruppi ta’ xogħol xierqa.

    Artikolu 17

    1. Fejn għandha tiġi segwita l-proċedura msemmija f’dan l-Artikolu, il-President tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istatistika Agrikola (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-‘kumitat’) għandu jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat, jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru.

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien perjodu li l-President jista’ jiffissa skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata b’maġġoranza ta’ 54 vot, bil-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri jingħataw piż skond kif stipulat fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m’għandux jivvota.

    3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu jaqblu ma’ l-opinjoni tal-kumitat.

    (b) Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux jaqblu ma’ l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta marbuta mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

    Jekk, malli jiskadu t-tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni lill-Kunsill, il-Kunsill ma jaġixxix, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

    Artikolu 18

    1. Id-Direttivi 73/132/KEE u 78/53/KEE għandhom jiġu revokati sa mill-1 ta’ Jannar 1994.

    2. Ir-referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jittieħdu bħala li jirreferu għal din id-Direttiva.

    Artikolu 19

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1994.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew inkella jagħmlu tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir referenza bħal din għandu jiġi deċiż mill-Istati Membri.

    Artikolu 20

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fl-1 ta’ Ġunju 1993.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Andersen

    [1] ĠU C 18, tat-23.1.1993, p. 19.

    [2] ĠU C 115, tas-26.4.1993.

    [3] ĠU L 153, tad-9.6.1973, p. 25. Direttiva emendata l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1057/91 (ĠU L 107, tas-27. 4. 1991, p. 11).

    [4] ĠU L 16, ta’ l-20.1.1978, p. 20. Direttiva emendata l-aħħar bid- Direttiva 86/80/KEE (ĠU L 77, tat-22.3.1986, p. 27).

    [5] ĠU L 179, tas-7.8.1972, p. 1.

    [6] ĠU L 151, tal-15.6.1990, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top