EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R3180

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3180/92 tat-28 ta'Ottubru 1992 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 317, 31.10.1992, p. 64–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/3180/oj

31992R3180



Official Journal L 317 , 31/10/1992 P. 0064 - 0065
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0150
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0150


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3180/92

tat-28 ta'Ottubru 1992

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1039/92 [2] u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġett riferut fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli wkoll japplikaw għal xi nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessi mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi hija xierqa li l-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li m‘humiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintalbu, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 [3] għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur jekk il-kuntratt vinkolanti kien konkluż kif mistenni fl-Artikolu 14(3)(a) jew (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1715/90 [4];

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament, huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Informazzjoni vinkolanti tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li mhumiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jintalbu taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/90 għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur jekk il-kuntratt vinkolanti kien konkluż kif mistenni fl-Artikolu 14(3)(a) jew (b) tar-Regolament (KEE) Nru 1715/90.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta'Ottubru 1992.

Għall-Kummissjoni.

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 110, tat-28.4.1992, p. 42.

[3] ĠU L 365, tat-28.12.1990, p. 17.

[4] ĠU L 160, tas-26.6.1990, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Il-kodiċi tal-klassifikazzjoni tan-NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Sub-assemblea biex tkun inkorporata f'forn microwave li tikkonsisti minn printed circuit board li fiha power supply u funzjonijiet loġiċi f'unit wieħed. Il-power supply jinkludi transformer, voltage rectifier u ċirkwit ta' regolazzjoni. Il-board ukoll tħaddem ċirkwit li jħoss it-temperatura u apparat ta' audio timing. Il-unit ukoll fih arloġġ u huwa mgħaqqad ma' parti ta' tilar tal-metall, li jipprovdi protezzjoni kontr n-nar u insulation elettrika biex tipproteġi l-utent, li huwa wkoll parti mill-istruttura tal-forn innifsu. | 85371099 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura magħquda, min-Nota 2 (a) tat-Taqsima XVI, kif ukoll it-testi tal-kodiċijiet tan-NM 8537, 853710 u 85371099. |

--------------------------------------------------

Top