Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R2410

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2410/92 tat-23 ta' Lulju 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3975/87 li jistabbilixxi l-proċedura għall-applikazzjoni tar-Regoli dwar il-kompetizzjoni għall-impriżi fis-settur tat-trasport bl-ajru

    ĠU L 240, 24.8.1992, p. 18–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004; Impliċitament imħassar minn 32004R0411

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/2410/oj

    31992R2410



    Official Journal L 240 , 24/08/1992 P. 0018 - 0018


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2410/92

    tat-23 ta' Lulju 1992

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3975/87 li jistabbilixxi l-proċedura għall-applikazzjoni tar-Regoli dwar il-kompetizzjoni għall-impriżi fis-settur tat-trasport bl-ajru

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 87 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-prosposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 3975/87 [4] ifforma parti minn pakkett ta' miżuri inter-relatati adottati mill-Kunsill bħala l-ewwel pass lejn it-tlestija tas-suq intern tat-trasport; billi l-għan tiegħu kien għaldaqstant limitat għat-trasport internazzjonali bl-ajru bejn l-ajruporti tal-Komunità;

    Billi, għalhekk, fil-preżent il-Kummissjoni m'għandha l-ebda mezz sabiex tinvestiga direttament każijiet ta' suspett ta' ksur ta' l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat u m'għandhiex il-poteri li tieħu deċiżjonijiet jew li timponi dawk il-penalitajiet kif meħtieġa sabiex hija tawtorizza ftehim taħt l-Artikolu 85(3) u sabiex twaqqaf il-ksur stabbiliti minnha dwar trasport fi Stat Membru;

    Billi t-trasport bl-ajru interament fi Stat Membru huwa issa wkoll soġġett għal miżuri ta' liberalizzazzjoni Komunitarji; billi huwa għalhekk mixtieq li jkunu stabbiliti regoli li taħthom il-Kummissjoni, tieħu azzjoni mill-qrib u kostanti ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, tista' tieħu l-miżuri mitluba għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat f'dan il-qasam tat-trasport bl-ajru, f'sitwazzjonijiet fejn il-kummerċ bejn l-Istati Membri jista' jkun effettwat;

    Billi hemm bżonn li jiġi stabbilit qafas legali żgur u ċar għat-trasport bl-ajru fi Stat Membru, waqt li tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-kompetitizzjoni; billi, għalhekk, l-għan tar-Regolament (KEE) Nru 2975/87 għandu jkun estiż għal dan il-qasam tat-trasport bl-ajru,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Il-kelma "internazzjonali" hija hawnhekk imħassra mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3975/87.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Lulju 1992.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. COPE

    [1] ĠU C 255, tat-30.8.1991, p. 9.

    [2] ĠU C 125, tat-18.5.1992, p. 130.

    [3] ĠU C 169, tas-6.7.1992, p. 13.

    [4] ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top