Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R0284

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 284/92 tat-3 ta' Frar 1992 li jemenda, fir-rigward tal-politika agrikola komuni, ir-Regolament (KEE) Nru 1911/91 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Komunità għall-Gżejjer Kanarji.

    ĠU L 31, 7.2.1992, p. 6–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/284/oj

    31992R0284



    Official Journal L 031 , 07/02/1992 P. 0006 - 0007
    Finnish special edition: Chapter 14 Volume 1 P. 0010
    Swedish special edition: Chapter 14 Volume 1 P. 0010


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 284/92

    tat-3 ta' Frar 1992

    li jemenda, fir-rigward tal-politika agrikola komuni, ir-Regolament (KEE) Nru 1911/91 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Komunità għall-Gżejjer Kanarji.

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Att ta'Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 25(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi l-Kunsill, permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1911/91 [2], iddeċieda li l-Gżejjer Kanarji għandhom, b'mod progressiv, isiru parti mit-territorju doganali tal-Komunità u li, b'mod progressiv ukoll, għandha tiġi applikata l-politika komuni kollha għalihom; billi ġie deċiż li din għandha ssir mingħajr preġudizzju għall-miżuri speċjali mfassla sabiex jagħtu kas tal-limitazzjonijiet speċifiċi li joħorġu mill-pożizzjoni remota, minn natura insulari u mill-arranġamenti ekonomiċi u ta' taxxa ta' qabel;

    Billi, taħt Artikoli 2 u 10 tar-Regolament msemmi fuq, l-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni hija fuq il-kondizzjoni tad-dħul fis-seħħ ta' arranġamenti speċifiċi ta' forniment; billi l-applikazzjoni għandha, barra minn hekk, tkun akkompanjata b'miżuri speċjali għall-produzzjoni agrikola tal-Gżejjer Kanarji;

    Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/314/KEE tas-26 ta' Ġunju 1991 li tistabbilixxi programm ta' għażliet speċifiċi għall-pożizzjoni remota u għan-natura insulari tal-Gżejjer Kanarji (Poseican) [3] fasslet il-linji ġenerali ta' l-għażliet li għandhom jiġu eżerċitati sabiex jagħtu kas tal-karatteristiċi speċifiċi u tal-limitazzjonijiet li wieħed jiltaqa’ magħhom fil-gżejjer;

    Billi għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-istrumenti tal-politika hemm bżonn ta' stampa aktar sħiħa tal-ħtiġijiet tas-suq tal-gżejjer, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-produzzjoni lokali u għaċ-ċirkolazzjonijiet tradizzjonali tal-kummerċ, sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati l-aktar miżuri xierqa għas-sostenn u t-titjib tal-agrikoltura fil-gżejjer, u b'mod partikolari sabiex jiġu żviluppati prodotti tropikali;

    Billi l-miżuri għandhom jiġu mfassla fi ħdan il-qafas ta' sħubija bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali sabiex tiġi żgurata il-kumplimentarjetà ma’ miżuri implimentati fuq livell nazzjonali u reġjonali;

    Billi, minħabba l-kumplessità tax-xogħol preparatorju, ix-xogħol meħtieġ sabiex jingħata l-kas dovut għall-karatteristiċi u għal-limitazzjonijiet speċifiċi kif imsemmi fuq u għall-ħtiġijiet involuti fl-isħubija, mhuwiex sejjer ikun possibbli li l-miżuri li għandhom jakkompanjaw l-introduzzjoni tal-politika agrikola komuni fil-gżejjer, jiġu applikati mill-1 ta' Jannar 1992; Billi l-applikazzjoni għandha tiġi diferita sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1992;

    Billi wieħed għandu jiftakar li, sad-dħul fis-seħħ tal-arranġamenti speċifiċi ta' forniment, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Att ta' Adeżjoni dwar l-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni għall-Gżejjer Kanarji, għajr dawk li jirregolaw l-aċċess ta' prodotti li joriġinaw fil-gżejjer għal partijiet oħra tal-Komunità.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fit-tieni sentenza ta' Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1911/91, id-data ta' "l-1 ta' Jannar 1992" għandha tiġi mibdula b'dik ta' "l-1 ta' Lulju 1992".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar l-1 Jannar 1992.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-3 ta' Frar 1992.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    João de Deus Pinheiro

    [1] Opinjoni mogħtija nhar is-17 ta' Jannar 1992 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU L 171, tad-29.6.1991, p. 1.

    [3] ĠU L 171, tad-29.6.1991, p. 5.

    --------------------------------------------------

    Top