This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31992D0278
92/278/EEC: Council Decision of 18 May 1992 confirming the consolidation of the EC-Japan Centre for Industrial Cooperation
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 1992 li tikkonferma l-konsolidazzjoni taċ-Ċentru KE-Ġappun għall-Kooperazzjoni Industrijali
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 1992 li tikkonferma l-konsolidazzjoni taċ-Ċentru KE-Ġappun għall-Kooperazzjoni Industrijali
ĠU L 144, 26.5.1992, p. 19–19
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 144 , 26/05/1992 P. 0019 - 0019
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 1992 li tikkonferma l-konsolidazzjoni taċ-Ċentru KE-Ġappun għall-Kooperazzjoni Industrijali (92/278/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi ċ-Ċentru KE-Ġappun għall-Kooperazzjoni Industrijali ġie stabbilit fis-sena 1986 bil-ħsieb li jikkontribwixxi għall-kooperazzjoni industrijali bejn il-Komunità u l-Ġappun; Billi l-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Marzu 1987 innota b’interess it-tnedija tal-fażi pilota taċ-Ċentru u laqa’ b’merħba l-kontribuzzjoni ta’ l-industrija sabiex tiġi implimentata; Billi l-Kunsill fis-26 ta’ Novembru 1990 approva l-konklużjonijiet tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika industrijali f’ambjent miftuħ u kompetittiv; Billi l-Kummissjoni ġiet imsejħa sabiex tissokta x-xogħol tagħha dwar il-politika industrijali filwaqt li jinżammu fil-moħħ: - l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u ta’ l-istrateġiji tal-pajjiżi maġġuri industrijali mhux fil-KEE u tal-pajjiżi industrijalizzati dan l-aħħar, - il-ħtieġa ta’ l-użu approprjat ta’ l-istrumenti disponibbli lill-Komunità sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet teknoloġiċi u l-kompetittività tas-sistema industrijali Ewropea; Billi x-xogħol taċ-Ċentru KEE-Ġappun għall-Kooperazzjoni Industrijali jikkontribwixxi għax-xogħol tal-Komunità fil-qasam tal-politika industrijali; Billi ċ-Ċentru hu kkofinanzjat mill-estimi finanzjarji ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, il-MITI u l-kontribuzzjonijiet mill-industrija taż-żewġ Partijiet; Billi ċ-Ċentru, sa issa mmexxi bħala proġett pilota, wera li huwa ta’ suċċess billi fil-biċċa l-kbira pprovvda programmi tat-taħriġ dwar il-ġestjoni għal numru dejjem jikber ta’ managers kummerċjali ta’ l-impriżi Komunitarji, kif ukoll it-tagħrif dwar l-ambjent kummerċjali Ġappuniż; Billi l-bord tas-sorveljanza taċ-Ċentru kkonkluda illi l-attivitajiet taċ-Ċentru huma promettenti, jimmeritaw sostenn qawwi miż-żewġ promuturi maġġuri, il-Kummissjoni u l-MITI, u li għandu jiġi kkonsolidat; Billi, għalhekk, din il-konsolidazzjoni proposta għandha tiġi kkonfermata u ċ-Ċentru għandu jiġi stabbilit bħala intrapriża komuni bejn il-KEE u l-Ġappun; Billi t-Trattat ma jipprovdix il-poteri għajr dawk fl-Artikolu 235, sabiex tiġi adottata din id-Deċiżjoni, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Hija hawnhekk ikkonfermata f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea il-konsolidazzjoni taċ-Ċentru KEE-Ġappun għall-Kooperazzjoni Industrijali u l-istabbiliment tiegħu bħala intrapriża komuni bejn il-Komunità u l-Ġappun. Artikolu 2 Il-mira taċ-Ċentru KEE-Ġappun għall-Kooperazzjoni Industrijali hija li jikkontribwixxi għall-kooperazzjoni industrijali bejn il-Komunità u l-Ġappun, partikolarment billi jorganizza programmi tat-taħriġ fil-ġestjoni għall-uffiċjali eżekuttivi fil-kummerċ Ewropew, billi jipprovdi tagħrif dwar l-ambjent u l-opportunitajiet kummerċjali Ġappuniżi, u billi joffri programmi għall-ispeċjalisti Ewropej dwar l-enerġija alternattiva. Artikolu 3 Iċ-Ċentru KEE-Ġappun għall-Kooperazzjoni Industrijali jinstab f’Tokjo, il-Ġappun. Artikolu 4 Iċ-Ċentru huwa ffinanzjat konġuntement mill-Ġvern tal-Ġappun, mill-Komunità u minn promuturi privati. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Mejju 1992. Għall-Kunsill Il-President Arlindo marques cunha [1] ĠU Ċ 173, 4.7.1991, p. 4. [2] ĠU Ċ 94, 3.4.1992. --------------------------------------------------