EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R3777

Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3777/91 tat-18 ta’ Diċembru 1991 li jiftaħ bejgħ bi sejħa għal offerti permanenti sabiex jintuża fil-Komunita l-alkoħol imnissel mill-inbid miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent

ĠU L 356, 24.12.1991, p. 45–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/3777/oj

31991R3777



Official Journal L 356 , 24/12/1991 P. 0045 - 0045
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0247
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0247


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3777/91

tat-18 ta' Diċembru 1991

li jiftaħ bejgħ bi sejħa għal offerti permanenti sabiex jintuża fil-Komunita l-alkoħol imnissel mill-inbid miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 tas-16 ta' Marzu 1987 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid([1]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) No 1734/91([2]),

Wara l-kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3877/88 tat-12 ta' Diċembru 1988 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-qerda ta' l-alkoħol miksub mill-operati tad-distillazzjoni riferiti fl-Artikoli 35, 36 u 39 tar-Regolament (KEE) Nru 822/87 u miżmuma mill-aġenziji ta' l-intervent([3]), u partikolarment Artikolu 1 miġjub fih,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1780/89([4]), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3776/91([5]), jippreskrivi regoli dettaljati għal-qerda ta' l-alkoħol miksub mill-operati tad-distillazzjoni riferiti f'Artikoli 35, 36 u 39 tar-Regolament (KEE) Nru 822/87 u miżmuma mill-aġenziji ta' l-intervent; billi r-regoli dwar stediniet permanenti għall-offerti ġew emendati mir-Regolament (KEE) Nru 3776/91;

Billi, minħabba fin-nefqa involuta fil-ħażna ta' l-alkoħol, huwa mixtieq li jinfetaħ bejgħ ġdid permezz ta' stedina permanenti għall-offerti ta' alkoħol imnissel mill-inbid maħsub għall-użu ġdid fl-industrija;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija ta' l-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Ser ikun hemm bejgħ permezz ta' stedina permanenti għall-offerti ta' alkol ta' 100 % vol miksub mill-operati tad-distillazzjoni riferiti f'Artikoli 35, 36 u 39 tar-Regolament (KEE) Nru 822/87 u miżmuma mill-aġenziji ta' l-intervent Spanjoli, Franċiżi u Griegi.

2. Il-kwantita ta' alkoħol mogħtija taħt il-proċedura ta' l-għoti ta' l-offerti msemmija m'għandhiex taqbeż l-400 000 ettolitri kull sena.

3. L-alkoħol offrut għall-bejgħ għandu jintuża fil-Komunita skond Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1780/89.

Artikolu 2

Il-bejgħ għandu jsir skond ir-Regolament (KEE) Nru 1780/89, u partikolarment l-Artikoli 2 sa 9 u 29 sa 38 miġjuba fih.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray MAC SHARRY

Membru tal-Kummissjoni

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1.

[2] ĠU L 163, tas-26.6.1991, p. 6.

[3] ĠU L 346, tal-15.12.1988, p. 7.

[4] ĠU L 178, ta' l-24.6.1989, p. 1.

[5] Ara paġna 43 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

Top