Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R3746

    Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3746/91 tat-18 ta' Dicembru 1991 li jemenda għar-raba’ darba r-Regolament (KEE) Nru 2159/89 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri speċifiċi għal-ġewż u tal-imwieżeb tal-ħarrub kif hemm provvediment dwarhom fit-Titolu IIa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72

    ĠU L 352, 21.12.1991, p. 53–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/3746/oj

    31991R3746



    Official Journal L 352 , 21/12/1991 P. 0053 - 0056
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0226
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0226


    Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3746/91

    tat-18 ta’ Dicembru 1991

    li jemenda għar-raba’ darba r-Regolament (KEE) Nru 2159/89 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri speċifiċi għal-ġewż u tal-imwieżeb tal-ħarrub kif hemm provvediment dwarhom fit-Titolu IIa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) No 1623/91 [2], u partikolarment l-Artikolu 14 g tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2145/91 tal-15 ta’ Lulju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 790/89 f’dak li jirigwardja l-ammont massimu ta’ l-għajnuna għat-titjib tal-kwalità u l-marketing fis-settur tal-ġewż u l-imwieżet tal-ħarrub [3], u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

    Billi l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 790/89 ta’ l-20 ta’ Marzu 1989 jistabbilixxi l-livell ta’ l-għajnuna addizzjonali b’rata fissa għall-formazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta’ l-ammont massimu applikat għall-għajnuna għat-titjib tal-kwalità u l-marketing fis-setturi tat-tkabbir tal-ġewż, u tal-imwieżet tal-ħarub [4] jipprovdi għall-ammont massimu li għandu jkun imħallas bħala għajnuna għal kull ettaru u għal kull sena li għandu jkun għola għall-opperazzjonijiet tat-tindif segwiti bit-tħawwil mill-ġdid u/jew il-konversjoni tal-varjetà milli għal xogħol ieħor u għall-ammonti massimi ta’ l-għajnuna ta’ l-operazzjonijiet tat-tindif għandhom ikunu miżjuda; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2159/89 tat-18 ta’ Lulju 1989 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri speċifiċi dwar il-ġewż u l-imwieżet tal-ħarrub kif hemm provvediment dwar dan fit-Titolu IIa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2286/91 [6], għandu jkun emendat kif xieraq;

    Billi dawn id-disposizzjonijiet ġodda huma, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet, applikabbli għal-pjani approvati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KEE) Nru 2145/91, iġiefiri, qabel it-23 ta’ Lulju 1991; billi, fl-interess ta’ prattika amministrattiva tajba, talbiet għal pjani sabiex ikunu aġġustati jew reveduti għal dan l-iskop għandhom ikunu ippreżentati qabel ċertu limitu ta’ żmien;

    Billi l-ammont massimu ġdid ta’ l-għajnuna ta’ 475 ECU kull ettaru kull sena għal operazzjonijiet ta’ tindif għandu jkun mogħti għal perijodu ta’ ħames snin; billi dak il-perijodu għandu jibda mill-1 ta’ Settembru 1993 għal pjanijiet approvati qabel it-23 ta’ Lulju 1991, għandu jkun speċifikat li l-qasam massimu li fir-rigward tiegħu l-għajnuna tista tkun mogħtija m’għandux ikun misbuq matul il-perijodu ta’ l-applikazzjoni tal-pjan;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2159/89 huwa b’dan emendat kif ġej:

    1 Il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 8:

    "1.a Fil-każ tal-pjanijiet għat-titjib tal-kwalità u l-marketing li kienu ġew approvati qabel it-23 ta’ Lulju 1991, talbiet għal modifiki għandhom ikunu ippreżentati ma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1992.

    Il-perijodu ta’ ħames snin għal-għoti ta’ l-għajnuna referut fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 790/89 fir-rigward ta’ dawn il-pjanijiet għandu jibda mill-1 ta’ Settembru 1993. B’dana kollu, l-oqsma koperti bl-operazzjonijiet imwettqa sa mid-data li fiha il-pjan kien inizjalment ġie approvat ma jistgħux jeċċedu 40 % tal-qasam totali tal-ġnien bis-siġar."

    2. L-Anness IV huwa mibdul bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-publikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha

    Magħmul fi Brussel, it-18 ta’ Diċembru 1991.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU Nru L 118, 18. 5. 1972, p. 1.

    [2] ĠU Nru L 150, 15. 6. 1991, p. 8.

    [3] ĠU Nru L 200, 23. 7. 1991, p. 1.

    [4] ĠU Nru L 85, 30. 3. 1989, p. 6.

    [5] ĠU Nru L 207, 18. 7. 1989, p. 19

    [6] ĠU Nru L 209, 3. 7. 1991, p. 5

    --------------------------------------------------

    ANNEX

    "

    L-ANNESS IV

    MEMBRU TAL-KUMMISSJONI

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    Top