EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R3657

Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 3657/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 li jawtorizza lil Spanja biex tissospendi totalment dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet ta’ żerriegħa tal-ward tax-xemx minn pajjiżi terzi

ĠU L 348, 17.12.1991, p. 38–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/3657/oj

31991R3657



Official Journal L 348 , 17/12/1991 P. 0038 - 0038


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3657/91

tas-16 ta’ Diċembru 1991

li jawtorizza lil Spanja biex tissospendi totalment dazji tad-dwana fuq importazzjonijiet ta’ żerriegħa tal-ward tax-xemx minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att tas-Sħubija ta’ Spanja u l-Portugall, u partikolarment Artikolu 75(4) tiegħu,

Billi Spanja talbet l-awtorizzazzjoni biex tissospendi dazji tad-dwana fuq żerriegħa tal-warda tax-xemx minn pajjiżi terzi sa mill-1 ta’ Jannar 1992;

Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Spanja hija hawnhekk awtorizzata biex tissospendi totalment doveri applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ żerriegħa tal-warda tax-xemx oħra għajr iż-żerriegħa maħsuba għaż-żrigħ koperti mill-kodiċi tan-NK 12060090.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 1992.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------

Top