This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991L0662
Commission Directive 91/662/EEC of 6 December 1991 adapting to technical progress Council Directive 74/297/EEC in respect of the behaviour of the steering wheel and column in an impact
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 1991 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE rigward il-komportament tar-rota ta’ l-istering u l-kolonna tiegħu f’impatt
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 1991 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE rigward il-komportament tar-rota ta’ l-istering u l-kolonna tiegħu f’impatt
ĠU L 366, 31.12.1991, p. 1–16
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31974L0297 | Sostituzzjoni | anness 1 | ||
Modifies | 31974L0297 | Sostituzzjoni | anness 2 | ||
Modifies | 31974L0297 | Sostituzzjoni | anness 3 | ||
Modifies | 31974L0297 | Sostituzzjoni | anness 4 | ||
Modifies | 31974L0297 | Sostituzzjoni | anness 5A | ||
Modifies | 31974L0297 | Sostituzzjoni | anness 5B |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31991L0662R(01) | ||||
Corrected by | 31991L0662R(02) | ||||
Implicitly repealed by | 32009R0661 | Revoka parzjali | artikolu 1 | 01/11/2014 |
Official Journal L 366 , 31/12/1991 P. 0001 - 0016
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 21 P. 0196
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 21 P. 0196
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 1991 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE rigward il-komportament tar-rota ta’ l-istering u l-kolonna tiegħu f’impatt (91/662/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/297/KEE ta’ l-4 ta’ Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw dwar it-tagħmir intern ta’ vetturi bil-mutur (il-komportament tal-mekkaniżmu ta’ l-istering f’każ ta’ impatt) [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu, Billi, minħabba esperjenza miksuba u l-aktar teknoloġija moderna, huwa issa xieraq, fil-każ ta’ impatt frontali, biex tkun imtejba l-protezzjoni tas-sewwieq billi jkun ikkontrollat il-komportament tar-rota ta’ l-istering u l-mekkaniżmu tiegħu li huwa l-għan tad-Direttiva 74/297/KEE, billi tkun allineata ma’ l-iżviluppi l-iktar reċenti fir-Regolament relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa u bl-introduzzjoni ta’ xi miljoramenti oħra; Billi, minħabba esperjenza miksuba minn inċidenti li jindikaw li r-rota ta’ l-istering għandha tkun ratba biex tipproteġi l-wiċċ tas-sewwieq minn korriment gravi, iktar modifikazzjonijiet għal din id-Direttiva għandhom ikunu introdotti għal dan l-iskop; billi, diversi proposti għal metodu ta’ ttestjar huma disponibbli, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta oħra lill-Kumitat għall-Adattament tal-Progress Tekniku sal-31 ta’ Diċembru 1991; Billi d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament tal-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar Vetturi bil-Mutur, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Annessi għad-Direttiva 74/297/KEE huma hawnhekk emendati skond l-Annessi għal din id-Direttiva. Artikolu 2 1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1992 ebda Stat Membru ma jista’ (a) - jirrifjuta, rigward xi tip ta’ vettura, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE, jew joħroġ kopja taċ-ċertifikat ipprovdut għalih fl-aħħar indent ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal- Kunsill 70/156/KEE [2], jew jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew - jipprojbixxi li vetturi jibdew jintużaw, fuq kriterji li jirrelataw mal-mekkaniżmu tar-rota ta’ l-istering tagħhom jekk din kienet approvata skond id-Direttiva 74/297/KEE kif emendata b’din id-Direttiva; (b) - jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE rigward tip ta’ kontroll ta’ l-istering intenzjonat għal installazzjoni f’vettura jew vetturi, jew - jipprojbixxi t-tfigħ fis-suq ta’ kontrolli ta’ l-istering intenzjonati għall-installazzjoni f’vettura jew vetturi. kemm-il darba l-imsemmi kontroll ta’ l-istering huwa konformi ma’ dak li titlob id- Direttiva 74/297/KEE kif emendata b’din id-Direttiva. 2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1996, rigward vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 li mhumiex bil-kontroll quddiem, l-Istati Membri: - ma joħorġux iktar il-kopja taċ-ċertifikat li hemm ipprovdut għalih fl-aħħar indent ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fuq kriterji li jirrelataw mal-mekkaniżmu ta’ l-istering jekk dan mhux konformi ma’ dak li titlob id-Direttiva 74/297/KEE kif emendata b’din id-Direttiva; 3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1995, rigward vetturi bil-mutur bil-kontroll quddiem tal-kategorija M1 u l-vetturi bil-mutur kollha N1 b’massa massima permessibbli li ma teċċedix l-1500 kilogramm, l-Istati Membri: - ma joħorġux iktar il-kopja taċ-ċertifikat li hemm ipprovdut għalih fl-aħħar indent ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fuq kriterji li jirrelataw mal-mekkaniżmu ta’ l-istering jekk dan mhux konformi ma’ dak li titlob id-Direttiva 74/297/KEE kif emendata b’din id-Direttiva; 4. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1996, rigward it-tipi ta’ kontroll ta’ l-istering, l-Istati Membri: - ma joħorġux iktar il-kopja taċ-ċertifikat li hemm ipprovdut għalih fl-aħħar indent ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali fuq kriterji li jirrelataw mal-kontrolli ta’ l-istering jekk dawn il-kontrolli ta’ l-istering mhumiex konformi mal-paragrafi 5.2, 5.3 u 5.4 ta’ l-Anness għad-Direttiva 74/297/KEE kif emendata b’din id-Direttiva; 5. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1996 l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-ewwel darba li jintużaw vetturi li fihom il-mekkaniżmi ta’ l-istering mhumiex konformi ma’ dak li titlob id-Direttiva 74/297/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. Madankollu, dan ma japplikax qabel l-1 ta’ Ottubru 1997: - għal vettura bil-kontroll quddiem tal-karegorija M1, jew - għal vettura tal-kategorija N1 b’massa permessibbli massima li ma taqbiżx l-1500 kilogramm, jew - fil-każ ta’ vettura tal-kategorija M1 ħlief vettura bil-kontroll quddiem, rigward it-talbiet stabbiliti fil-paragrafu 5.1 ta’ l-Anness (spostament vertikali massimu tal-kolonna ta’ l-istering). 6. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1995 l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu t-tfigħ fis-suq ta’ kontrolli ta’ l-istering intenzjonati għal installazzjoni f’vettura jew vetturi jekk dawn il-kontrolli ta’ l-istering ma jkunux konformi mat-talbiet stabbiliti fil-paragrafi 5.2, 5.3 u 5.4 ta’ l-Anness għad-Direttiva 74/297/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva. Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Ottubru 1992 u għandhom minnufih jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dik ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-termini tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Diċembru 1991. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Viċi-President [1] ĠU L 165, ta’ l-20.6.1974, pġ. 16 [2] ĠU L 42, tat-23.2.1970, pġ. 1 -------------------------------------------------- ANNESS I DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE, APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET, TESTIJIET, KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI 1. SKOP Din id-direttiva tapplika għall-komportament tal-mekkaniżmu ta’ l-istering ta’ vetturi bil- mutur tal-kategorija M1, u vetturi tal-kategorija N1 b’massa permessibbli massima ta’ inqas minn 1500 kilogramm, rigward il-protezzjoni tas-sewwieq f’ħabta frontali. Fuq talba tal-fabbrikant, vetturi li jappartjenu għall-kategoriji l-oħra jistgħu jkunu approvati taħt din id-Direttiva. 2. DEFINIZZJONIJIET Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva: 2.1. ‘Komportament tal-mekkaniżmu ta’ l-istering fil-każ ta’ impatt’ ifisser il-komportament ta’ dan il-mekkaniżmu taħt l-effett ta’ tliet tipi ta’ forza, jiġifieri: 2.1.1. dawk li jirriżultaw minn ħabta frontali li jistgħu jipproduċu spostament tal-kolonna ta’ l- istering lejn in-naħa ta’ wara, 2.1.2. dawk dovuti għall-inerzja tar-ras tas-sewwieq fil-każ ta’ impatt fuq il-kontroll ta’ l- istering f’ħabta frontali; 2.1.3. dawk dovuti għall-inerzja tal-ġisem tas-sewwieq fil-każ ta’ impatt fuq il-kontroll ta’ l- istering f’ħabta frontali; 2.2. ‘Tip ta’ vettura’ ifisser kategorija ta’ vetturi bil-mutur li mhumiex differenti f’dawk il- kwalitajiet essenzali bħal: 2.2.1. l-istruttura, id-dimensjoni, il-linji u l-materjali kostitwenti ta’ dik il-parti tal-vettura ta’ quddiem il-kontroll ta’ l-istering; 2.2.2. il-massa tal-vettura waqt li għadha taħdem tajjeb, kif definita fit-taqsima 2.6 ta’ l- Anness I għad-Direttiva 70/156/KEE mingħajr is-sewwieq. 2.3. ‘Kontroll ta’ l-istering’ ifisser l-istrument ta’ l-istering, normalment ir-rota ta’ l- istering, li jkun attwat mis-sewwieq. 2.4. ‘Tip ta’ kontroll ta’ l-istering’ ifisser kategorija ta’ kontrolli ta’ l-istering li mhumiex differenti f’dawk il-kwalitajiet essenzali bħal struttura, dimensjoni, linji u materjali kostitwenti. 2.5. ‘Approvazzjoni tal-kontroll ta’ l-istering’ tfisser l-approvazzjoni tat-tip tal-kontroll ta’ l- istering rigward il-protezzjoni tar-ras u l-ġisem tas-sewwieq kontra l-kontroll ta’ l-istering f’każ ta’ impatt. 2.6. ‘Approvazzjoni tal-vettura’ tfisser l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura rigward il- protezzjoni tar-ras u l-ġisem tas-sewwieq kontra l-mekkaniżmu ta’ l-istering f’każ ta’ impatt. 2.7. ‘Kontroll ta’ l-istering ġenerali’ ifisser kontroll ta’ l-istering li jista’ jkun iffittjat fuq iktar minn tip ta’ vettura waħda fejn id-differenzi fit-twaħħil tal-kontroll ta’ l-istering mal- kolonna ta’ l-istering ma jaffettwawx l-azzjoni ta’ l-impatt tal-kontroll ta’ l-istering. 2.8. ‘Il-borża ta’ l-arja’ tfisser borża flessibbli li hija ddisinjata biex timtela b’gass taħt pressjoni, u hija: 2.8.1. iddisinjata biex tipproteġi lis-sewwieq tal-vettura f’impatt kontra l-kontroll ta’ l-istering, u 2.8.2. tintefaħ b’makkinarju li jkun attwat f’każ ta’ impatt tal-vettura. 2.9. ‘Ix-xifer tal-kontroll ta’ l-istering’ ifisser iċ-ċirku ta’ barra qusi-toroidal fil-każ tar-rota ta’ l-istering normalment maħfun b’id is-sewwieq waqt is-sewqan. 2.10. ‘Spoke’ tfisser virga tal-ħadid li tgħaqqad il-kontroll ta’ l-istering mal-boxxla. 2.11. ‘Boxxla’ tfisser il-parti tal-kontroll ta’ l-istering, normalment tkun fin-nofs, li 2.11.1. tgħaqqad il-kontroll ta’ l-istering max-xaft ta’ l-istering; 2.11.2. tittrasmetti l-momentum mill-kontroll ta’ l-istering għax-xaft ta’ l-istering. 2.12. ‘Ċentru tal-boxxla tal-kontroll ta’ l-istering’ ifisser il-punt fil-wiċċ tal-boxxla li huwa f’linja ma’ l-assi tax-xaft ta’ l-istering. 2.13. ‘Pjan tal-kontroll ta’ l-istering’ ifisser, fil-każ tar-rota ta’ l-istering, il-wiċċ ċatt li jaqsam ir-rimm tar-rota ta’ l-istering ugwalment bejn is-sewwieq u quddiem tal-vettura. 2.14. ‘Xaft ta’ l-istering’ ifisser il-komponent li jittrasmetti lill-housing tal-gear ta’ l-istering il-momentum applikat fuq il-kontroll ta’ l-istering. 2.15. ‘Kolonna ta’ l-istering’ tfisser il-housing li jagħlaq ix-xaft ta’ l-istering. 2.16. ‘Mekkaniżmu ta’ l-istering’ ifisser dak kollu li jikkomprendi l-kontroll ta’ l-istering, il- kolonna ta’ l-istering, l-aċċessorji ta’ l-assemblaġġ, ix-xaft ta’ l-istering, il-housing tal- gear ta’ l-istering, u l-komponenti l-oħra kollha bħal dawk iddisinjati biex jikkontribwixxu għall-assorbiment ta’ l-enerġija fil-każ ta’ impatt kontra l-kontroll ta’ l- istering. 2.17. ‘Kompartiment tal-passiġġier’ ifisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni ta’ okkupant mdawwar b’saqaf, art, ħitan tal-ġnub, bibien, igglejżjar ta’ barra, diviżjoni ta’ quddiem u l-pjan tas-sapport tad-dahar tas-sedil ta’ wara. 2.18. ‘Impattatur’ tfisser il-headform emisferika riġida ta’ dijametru 165 mm, skond l- Anness IV il-paragrafu 3. 2.19. ‘Il-punt R’, ifisser il-punt ta’ referenza tas-sedili definit fl-Anness III għad-Direttiva 77/649/KEE, kif emendata bid-Direttiva 90/630 KEE. 3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE 3.1. It-tip ta’ vettura 3.1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-KE ta’ tip ta’ vettura rigward il-protezzjoni tas- sewwieq kontra l-mekkaniżmu ta’ l-istering f’każ ta’ impatt għandha tkun sottomessa mill-fabbrikant tal-vettura jew mir-rappreżentat akkreditat tiegħu. 3.1.2. Din għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u mill-partikolaritajiet segwenti: 3.1.2.1. deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura rigward l-istruttura, id-dimensjoni, il-linji u l- materjali kostitwenti ta’ dik il-parti tal-vettura ta’ quddiem il-kontroll ta’ l-istering; 3.1.2.2. tpinġijiet, fuq skala xierqa u b’dettal suffiċjenti, tal-mekkaniżmu ta’ l-istering u tal- partijiet tiegħu li jitwaħħlu max-xasi u l-bodi; 3.1.2.3. deskrizzjoni teknika ta’ dak il-mekkaniżmu; 3.1.2.4. il-massa tal-vettura meta tkun taħdem tajjeb; 3.1.2.5. evidenza li l-kontroll ta’ l-istering kien approvat skond it-taqsimiet 5.2 u 5.3 ta’ hawn taħt jekk applikabbli. 3.1.3. Dan li ġej għandu jkun sottomess lis-servizz tekniku responsabbli biex iwettaq it-testijiet ta’ l-approvazzjoni: 3.1.3.1. vettura, rappreżentant tat-tip ta’ vettura li trid tkun approvata, għat-test li hemm referenza għalih fit-taqsima 5.1 hawn taħt; 3.1.3.2. fid-diskrezzjoni tal-fabbrikant, bi qbil mas-servizz tekniku, jew vettura oħra, jew dawk il-partijiet tal-vettura li huma essenzjali għat-testijiet li hemm referenza għalihom fit- taqsimiet 5.2 u 5.3 hawn taħt. 3.2. Tip ta’ kontroll ta’ l-istering 3.2.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-KE għal tip ta’ kontroll ta’ l-istering għandha tkun sottomessa mill-fabbrikant tal-kontroll ta’ l-istering jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu. 3.2.2. Din għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u mill-partikolaritajiet segwenti: 3.2.2.1. deskrizzjoni dettaljata tat-tip tal-kontroll ta’ l-istering rigward l-istruttura, id- dimensjonijiet u l-materjali kostitwenti tal-kontroll ta’ l-istering; 3.2.2.2. tpinġijiet, fuq skala xierqa u b’dettal suffiċjenti, tal-mekkaniżmu ta’ l-istering u tal- partijiet tiegħu li jitwaħħlu max-xasi u l-bodi; 3.2.3. Ir-rappreżentant tal-kontroll ta’ l-istering tat-tip tal-kontroll ta’ l-istering li jrid ikun approvat flimkien, fid-diskrezzjoni tal-fabbrikant u bi qbil mas-servizz tekniku, dawk il-partijiet tal-vettura li huma essenzjali għat-test, għandhom ikunu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli għat-tmexxija tat-testijiet ta’ approvazzjoni, għat-testijiet riferuti fit-taqsimiet 5.2 u 5.3 hawn taħt. 4. APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE 4.1. L-awtorità ta’ approvazzjoni għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex tassigura kontroll effettiv tal-konformità ta’ produzzjoni qabel ma tingħata l- approvazzjoni tat-tip. 4.2. Ċertifikat li jaqbel mal-mudell speċifikat f’4.2.1 jew 4.2.2 għandu jinhemeż maċ- ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE. 4.2.1. L-Anness V A għall-applikazzjonijiet riferuti fi 3.1; 4.2.2. L-Anness V B għall-applikazzjonijiet riferuti fi 3.2; 5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET 5.1. Meta l-vettura, waqt li qed taħdem, mingħajr manikin, hija ttestjata għall-ħbit kontra barriera b’veloċità ta’ 48,3 km/h il-quċċata tal-kolonna ta’ l-istering u x-xaft tagħha ma għandhomx jimxu lura, orizzontalment u b’mod parallel għall-assi lonġitudinali tal-vettura, b’iktar minn 12,7 ċm f’relazzjoni ma’ punt tal-vettura mhux affettwat mill-impatt u 12,7 ċm vertikalment. 5.2. Meta l-kontroll ta’ l-istering jintlaqat minn blokka korporja mitluqa kontra dan il-kontroll b’veloċità relattiva ta’ 24,1 km/h, skond il-proċeduri ta’ l-Anness III, il-qawwa applikata fuq il-blokka mill-kontroll ta’ l-istering ma għandhiex teċċedi l-1,111 daN. 5.3. Meta l-kontroll ta’ l-istering jintlaqat minn impattatur mitluq kontra dan il-kontroll b’veloċità relattiva ta’ 24,1 km/h, skond il-proċeduri ta’ l-Anness IV, id-deċellerazzjoni ta’ l-impattatur ma għandhiex teċċedi t-80 g kumulattiva għal iktar minn 3 millisekondi. Id-deċellerazzjoni għandha tkun dejjem inqas minn 120 g ma’ CFC 600 Hz. 5.4. Il-kontroll ta’ l-istering għandu jkun iddisinjat, kostruwit u ffittjat b’tali mod li: 5.4.1. Qabel it-test ta’ l-impatt meħtieġ fit-taqsimiet 5.2 u 5.3 l-ebda parti mill-wiċċ tal-kontroll ta’ l-istering, dirett lejn is-sewwieq, li jista’ jkun ikkuntattjat minn sfera ta’ dijametru ta’ 165 mm ma għandu jkollu ebda truf raffi u li jaqtgħu b’raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 2,5 mm. 5.4.1.1. Wara kull test ta’ impatt meħtieġ fit-taqsimiet 5.2 u 5.3 l-parti tal-wiċċ tal-kontroll ta’ l-istering diretta lejn is-sewwieq ma għandhiex ikollha truf li jaqtgħu u raffi li jistgħu jżidu l-periklu jew is-severità ta’ korrimenti lis-sewwieq. Xquq tal-wiċċ żgħar u fissuri għandhom ikunu injorati. 5.4.2. Il-kontroll ta’ l-istering għandu jkun iddisinjat, kostruwit u ffittjat b’tali mod li ma jinkorporax komponenti u aċċessorji, inklużi l-kontroll tal-ħorn u l-aċċessorji ta’ l-assemblaġġ, li kapaċi jaqbdu fil-ħwejjeg jew ġojjelli tas-sewwieq fil-movimenti tas-sewqan normali. 5.4.3. Fil-każ tal-kontrolli ta’ l-istering li mhumiex intenzjonati li jifformaw parti mill-apparat oriġinali dawn għandhom ikunu mitluba li jilħqu l-ispeċifikazzjoni meta ttestjati skond l-Anness III, taqsima 2.1.3 u l-Anness Iv, taqsima 2.3. 5.4.4. Fil-każ tal-‘kontrolli ta’ l-istering ġenerali’, in-neċessitajiet rikjesti għandhom jintlaħqu dwar: 5.4.4.1. il-varjetà kollha ta’ l-angoli tal-kolonna, billi huwa mifhum li t-testijiet isiru ta’ l-inqas għall-angoli massimi u minimi tal-kolonna għall-varjetà ta’ tipi ta’ vetturi li għalihom huma intenzjonati l-kontrolli; 5.4.4.2. il-varjetà kollha tal-posizzjonijiet ta’ l-impattatur u tal-blokok korporji possibbli f’relazzjoni mal-kontroll ta’ l-istering, billi huwa mifhum li t-test isir ta’ l-inqas għall-posizzjoni medja tal-varjetà tat-tipi ta’ vetturi approvati li għalihom huma intenzjonati l-kontrolli. Fejn tintuża kolonna ta’ l-istering, din għandha tkun tat-tip korrispondenti għall-agħar tip ta’ kondizzjonijiet’. 5.4.5. Fejn jintużaw adapters biex jitqabbad tip singolu ta’ kontroll ta’ l-istering ma’ varjetà ta’ kolonni ta’ l-istering, u jista’ jkun muri li b’dawn l-adapters il-karatteristiċi ta’ l- assorbiment ta’ l-enerġija tas-sistemi huma l-istess, it-testijiet kollha jistgħu jsiru ma’ tip wieħed ta’ adapter. 6. TESTIJIET 6.1. Konformità man-neċessitajiet ta’ taqsima 5 hawn fuq għandhom ikunu spezzjonati skond il-metodi stipulati fl-Annessi II, III u IV. Il-qisien kollha għandhom isiru fuq bażi ta’ ISO 6487-1987. 6.2. Madankollu testijiet oħra jistgħu jkunu permessi fid-diskrezzjoni ta’ l-awtorità ta’ approvazzjoni sakemm tkun tista’ tintwera l-ekwivalenza. F’dan il-każ għandu jkun mehmuż rapport mad-dokumentazzjoni ta’ l-approvazzjoni li jiddeskrivi l-metodi użati u r-riżultati miksuba. 7. KONFORMITÀ TA’ PRODUZZJONI 7.1. Fil-każ ta’ approvazzjoni mill-KE tat-tip ta’ vettura, sabiex tkun ivverifikata l-konformità, numru suffiċjenti fil-produzzjoni tal-kontrolli ta’ l-istering jkunu ssuġġettati għal spezzjonar għal għarrieda. 7.2. Fil-każ ta’ approvazzjoni mill-KE tat-tip ta’ kontroll ta’ l-istering, sabiex tkun ivverifikata l-konformità, numru suffiċjenti fil-produzzjoni tal-kontrolli ta’ l-istering jkunu ssuġġettati għal spezzjonar għal għarrieda. 7.3. Bħala regola ġenerali l-ispezzjonar kif ingħad qabel għandu jkun ristrett għat-teħid tal-qisien. Madankollu, jekk ikun neċessarju, il-vetturi jew il-kontrolli ta’ l-istering ikunu ssuġġettati għat-test preskritt fit-taqsima 5. -------------------------------------------------- ANNESS II TEST TA’ IMPATT FRONTALI KONTRA BARRIERA 1. SKOP L-iskop ta’ dan it-test huwa li jivverifika jekk il-vettura tissodisfax in-neċessitajiet stipulati fit-taqsima 5.1 ta’ l-Anness I. 2. INSTALLAZZJONIJIET, PROĊEDURA U STRUMENTI TAL-KEJL 2.1. L-art riservata għall-ispezzjonar L-art riservata għall-ispezzjonar għandha tkun kbira biżżejjed li takkomodaw il-parti fejn tittieħed il-ġirja, il-barriera u l-installazzjonijiet tekniċi meħtieġa għat-test. L-aħħar parti ta’ fejn tittieħed il-ġirja, għal ta’ l-inqas 5 m qabel il-barriera, tkun orizzontali (pendil inqas minn 3 % mkejjel fuq it-tul ta’ metru), ċatta u lixxa. 2.2. Il-barriera Il-barriera għandha tkun tikkonsisti fi blokka ta’ konkrit rinforzat mhux inqas minn 3 m wiesa’ quddiem u mhux inqas minn 1.5 m għolja. Il-barriera għandha tkun ħoxna biżżejjed li l-massa tagħha tkun ta’ l-inqas 70 tunellata. Il-wiċċ ta’ quddiem għandu jkun lixx, vertikali u perpendikulari għall-assi tal-parti fejn tittieħed il-ġirja. Din għandha tkun koperta minn folji tal-plywood 19p bi ħxuna ta’ 1mm u f’kondizzjoni tajba. Struttura ta’ pjanċa ta’ l-azzar ħoxna 25 mm tista’ titqiegħed bejn il-plywood u l-barriera. Barriera b’karatteristiċi differenti tista’ tintuża bl-istess mod, kemm-il darba l-erja tal-wiċċ ta’ l-impatt tkun ikbar mill-erja tal-ħabta frontali tal-vettura li qed tkun ittestjata u kemm-il darba tagħti l-istess riżultati. 2.3. Il-Propulsjoni tal-vetturi Fil-waqt ta’ l-impatt il-vettura ma għandhiex tkun iktar suġġetta għall-azzjoni ta’ ebda strument addizzjonali li jidderieġi jew jimbotta. Għandha tilħaq l-ostaklu fuq korsa perpendikulari għall-barriera. it-tolleranza massima ta’ l-allinjament ħażin laterali bejn il-linja medjana vertikali ta’ quddiem tal-vettura u l-linja medjana vertikali tal-barriera hija ta’ p. 30 ċm. 2.4. L-istat tal-vettura 2.4.1. Għat-test, il-vettura għandha tkun iffittjata jew bil-komponenti u apparat normali kollha inklużi fil-massa mhux mgħobbija tagħha jew tkun f’kondizzjoni li tissodisfa din in-neċessità safejn huma kkonċernati l-komponenti u l-apparat li jikkonċerna l-kompartiment tal-passiġġier u d-distribuzzjoni tal-massa tal-vettura bħala entità, waqt li taħdem tajjeb. Fuq talba tal-fabbrikant, minkejja t-taqsima 5.1 ta’ l-Anness I it-test jista’ jitwettaq b’manikini fil-post, kemm-il darba fl-ebda mument ma jtellfu l-moviment tal-mekkaniżmu ta’ l-istering. Il-massa tal-manikini ma għandhiex tkun ikkunsidrata għall-iskop tat-test. 2.4.2. Jekk il-vettura tinsaq b’mezzi esterni, is-sistema tal-fuel għandha timtela ta’ l-inqas sa 90 % tal-kapaċità tagħha b’likwidu li ma jaqbadx li jkollu densità ta’ bejn 0,7 u 1. Is- sistemi l-oħra kollha (kontenituri tal-fluwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ.) jistgħu jkunu vojta. 2.4.3. Jekk il-vettura titmexxa bil-magna tagħha stess, it-tank tal-fuel għandu jkun ta’ l-inqas 90 % mimli. Il-kontenituri l-oħra għandhom ikunu mimlijin sa fuq. Jekk il-fabbrikant ikun jixtieq u s-servizz tekniku jaqbel, il-dħul tal-fuel fil-magna jista’ jkun ipprovdut minn tank awżiljarju li jesa’ ftit. F’dan il-każ, it-tank tal-fuel jimtela sa mhux inqas minn 90 % ta’ kemm jesa’ b’likwidu li ma jaqbadx ta’ densità ta’ bejn 0,7 u 1. 2.4.4. Jekk il-fabbrikant jitlob hekk, is-servizz tekniku responsabbli għat-tmexxija tat-testijiet jista’ jippermetti lill-istess vettura kif hija użata għat-testijiet preskritti minn Direttivi oħra (inklużi testijiet li kapaċi jaffettwaw l-istruttura tagħha) biex tkun użata wkoll għat-testijiet preskritti minn din id-Direttiva. 2.5. Il-veloċità ma’ l-impatt Il-veloċità ma’ l-impatt għandha tkun bejn 48,3 km/h u 53,1 km/h. Madankollu, jekk it-test ikun twettaq b’veloċità ta’ impatt ogħla u l-vettura tkun issodisfat in-neċessitajiet stabbiliti, it-test ikun meqjus bħala sodisfaċenti. 2.6. Strumenti ta’ kejl L-istrument użat biex jirrekordja l-veloċità riferuta fit-taqsima 2.5 hawn fuq għandu jkun eżatt sa 1 %. 3. RIŻULTATI 3.1. Biex tiddetermina l-moviment lura u ’l fuq tal-kontroll ta’ l-istering, għandu jsir irrekordjar [1] waqt il-ħabta, tal-varjazzjoni fid-distanza - imkejla orrizzontalment [2] u b’mod parallel ma’ l-assis lonġitudinali tal-vettura u, vertikalment, fid-direzzjoni perpendikulari għal dak l-assi - bejn il-quċċata tal-kolonna ta’ l-istering (u x-xaft) u punt fuq il-vettura li mhux effettwat mill-impatt. L-ikbar valur ta’ din il-varjazzjoni, meħud mir-rekordjar, jittieħed bħala l-moviment lura u ’l fuq. 3.2. Wara t-test, il-ħsara mġarrba mill-vettura għandha tkun deskritta f’rapport bil-miktub; ritratt wieħed ta’ l-inqas ikun meħud għal kull waħda mill-veduti segwenti tal-vettura: 3.2.1. — ġnub (lemin u xellug), 3.2.2. — quddiem, 3.2.3 — il-qiegħ, 3.2.4. — l-erja affettwata fil-kompartiment tal-passiġġier. 4. FATTURI TA’ KORREZZJONI 4.1. Notazzjoni v : veloċità rrekordjata f’km/h: m0 : massa tal-prototip fl-istat iddefinit fil-paragrafu 2.4 ta’ dan l-Anness; m1 : massa tal-prototip bl-apparat ta’ l-ittestjar; d0 : varjazzjoni fid-distanza mkejla waqt l-impatt, kif iddefinita fit-taqsima 3.1 ta’ dan l- Anness; d1 : varjazzjoni fid-distanza wżata biex tiddetermina r-riżultati tat-test; K1 : l-ikbar minn (48,3/V)2 u 0,83; K2 : l-ikbar minn m0/m1 u 0,8. 4.2. Il-varjazzjoni D1 korretta użata biex tispezzjona l-konformità tal-prototip bin- neċessitajiet ta’ din id-Direttiva għandha tkun ikkalkulata bil-formula segwenti: D = D . K . K 4.3. Test ta’ impatt frontali kontra barriera ma jkunx meħtieġ fil-każ ta’ vettura li hija identika għall-prototip ikkunsidrat fir-rigward tal-karatteristiċi speċifikati fit-taqsima 2.2 ta’ l-Anness I iżda li l-massa tiegħu m1 tkun ikbar minn m0, jekk m1 ma tkunx iktar minn 1,25 m0 u jekk il-varjazzjoni D2 ikkorreġuta tinkiseb mill-varjazzjoni D1 bil-formula D2 = (m1. D1)/m0 hija hekk biex turi li l-vettura l-ġdida xorta tissodisfa n-neċessitajiet tat-taqsima 5 ta’ l-Anness I 5. PROĊEDURI EKWIVALENTI 5.1. Testijiet alternattivi jistgħu jkunu permessi fid-diskrezzjoni ta’ l-awtorità ta’ approvazzjoni kemm-il darba tkun tista’ tintwera l-ekwivalenza. Rapport għandu jkun mehmuż mad-dokumentazzjoni ta’ l-approvazzjoni li jiddeskrivi l-metodu wżat u r- riżultati miksuba jew ir-raġuni għaliex ma sarx it-test. 5.2. Ir-responsabbiltà biex tintwera l-ekwivalenza tal-metodu alternattiv għandha tibqa’ tal- fabbrikant jew tar-rappreżentant tiegħu li jixtieq juża dak il-metodu. [1] Dan l-irrekordjar jista’ jinbidel ma’ kejl massimu. [2] ‘Orizzontalment’ tfisser b’referenza għall-kompartiment tal-passiġġier meta l-vettura tkun wieqfa qabel it-test, mhux fi spazju waqt moviment tal-vettura f’relazzjoni ma’ l-art, u vertikalment tkun perpendikulari għal orizzontali u ’l fuq. -------------------------------------------------- ANNESS III TEST TAL-BLOKKA-KORPORJA 1. SKOP L-iskop ta’ dan it-test huwa li jivverifika jekk il-vettura tissodisfax in-neċessitajiet stipulati fil-paragrafu 5.2 ta’ l-Anness I. 2. INSTALLAZZJONIJIET, PROĊEDURA U STRUMENTI TAL-KEJL 2.1. Immuntar tal-kontroll ta’ l-istering 2.1.1. Il-kontroll għandu jkun immuntat fis-sezzjoni ta’ quddiem tal-vettura ottenut billi jinqata’ l-bodi transversalment fil-livell tas-sedili ta’ quddiem, u possibbilment ikunu eliminati s-saqaf, il-windscreen u l-bibien. Din is-sezzjoni għandha tkun iffissata riġidament mal-bank tat-test, sabiex ma tiċċaqlaqx ma’ l-impatt tal-blokka korporja. It-tolleranza fuq l-anglu tal-mounting tal-kontroll għandha tkun ta’ p. 2 gradi ta’ l-anglu tad-disinn. 2.1.2. Madankollu, fuq talba tal-fabbrikant u bi qbil mas-servizz tekniku, il-kontroll ta’ l- istering jista’ jkun immuntat fuq struttura li tixbaħ il-mounting tal-mekkaniżmu ta’ l- istering sakemm, kif ikkumparat ma’ l-assemblaġġ reali tas-sezzjoni tal-bodi/l- assemblaġġ tal-mekkaniżmu ta’ l-istering, l-istruttura/l-assemblaġġ tal-mekkaniżmu ta’ l- istering ikollu: 2.1.2.1. l-istess arranġament ġeometriku, u 2.1.2.2. riġidità akbar. 2.1.3. L-immuntar tal-kontroll ta’ l-istering isir meta tkun qed tfittex approvazzjoni tal-kontroll ta’ l-istering biss Il-kontroll ta’ l-istering għandu jkun ittestjat b’mod sħiħ għax-xtur. Il-kontroll ta’ l-istering irid ikollu spazju ta’ qlib minimu ta’ 100 mm bejn il-kontroll ta’ l-istering u l-bank tat-test. Ix-xaft ta’ l-istering għandu jkun imwaħħal sewwa mal-bank tat-test biex hekk x-xaft ta’ l-istering ma jiċċaqlaqx ma’ l-impatt. (Ara Dijagramma 2) 2.2. L-issettjar tal-mekkaniżmu ta’ l-istering għat-testijiet 2.2.1. Waqt l-ewwel test, il-kontroll ta’ l-istering għandu jiddawwar biex b’hekk l-iktar spoke riġida tkun perpendikulari mal-punt tal-kuntatt mal-blokka korporja; jekk il-kontroll ta’ l-istering ikun rota ta’ l-istering, it-test ikun ripetut bl-iktar parti flessibbli tar-rota ta’ l-istering perpendikulari ma’ dak il-punt ta’ kuntatt. Fil-każ ta’ kontroll ta’ l-istering aġġustabbli, iż-żewġ testijiet għandhom isiru bir-rota aġġustata fil-posizzjoni tan-nofs. 2.2.2. Jekk il-vettura hija armata bi strument biex ikun aġġustat il-pindil u l-posizzjoni tar-rota ta’ l-istering, it-test għandu jitwettaq bir-rota ta’ l-istering fil-posizzjoni normali ta’ użu indikata mill-fabbrikant u meqjusa mill-laboratorju bħala rappreżentattiva mill-punt ta’ osservazzjoni ta’ l-assorbiment ta’ l-enerġija. 2.2.3. Jekk il-kontroll ta’ l-istering huwa ffittjat b’borża ta’ l-arja t-test għandu jitwettaq bil-borża ta’ l-arja minfuħa. Fuq talba tal-fabbrikant, u bi qbil mas-servizz tekniku, it-test jista’ jitwettaq mingħajr il-borża ta’ l-arja minfuħa. 2.3. Il-Blokka koporja Il-blokka koporja jkollha l-forma, id-dimensjonijiet, il-massa u l-karatteristiċi murija fl-Appendiċi għal dan l-Anness. 2.4. Kejl tal-forzi 2.4.1. Għandu jsir kejl tal-forza massima, li taġixxi orizzontalment u b’mod parallel għall-assi lonġitudinali tal-vettura, applikata għall-blokka korporja bħala riżultat ta’ l-impatt kontra l-kontroll ta’ l-istering. 2.4.2. Din il-forza tista’ tkun imkejla direttament jew indirettament jew tista’ tkun ikkalkulata mill-valuri rrekordjati waqt it-test. 2.5. Il-Propulsjoni tal-blokka korporja 2.5.1. Kull metodu ta’ propulsjoni jista’ jintuża, sakemm meta l-blokka korporja tolqot il-kontroll ta’ l-istering tkun ħielsa minn kull konnessjoni ma’ l-istrument tal-propulsjoni. Il-blokka korporja għandha tolqot dan il-kontroll wara trajettorja approssimattivament dritta parallela għall-assi loġitudinali tal-vettura. 2.5.2. Il-punt-H tal-blokka korporja, indikat b’marka speċjali, għandu jkun aġġustat biex qabel l-impatt ikun fil-pjan orizzontali għaddej mill-punt-R kif indikat mill-fabbrikant tal-vettura. 2.6. Il-veloċità Il-blokka korporja tolqot il-kontroll ta’ l-istering b’veloċità ta’ 24,1 + 1,2/-0 km/h. Madankollu, jekk it-test ikun twettaq b’veloċità ta’ impatt ogħla u l-kontroll issodisfa n-neċessitajiet stabbiliti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti. 2.7. Strumenti tal-kejl 2.7.1. L-istrumentazzjoni użata biex tirrekordja l-parametri riferuti fil-paragrafu 5.2 ta’ l-Anness I tippermetti li jsiru l-qisien bl-eżattezza segwenti: 2.7.1.1. veloċità tal-blokka korporja sa 2 %; 2.7.1.2. irrekordjar tal-ħin: sa 1/1000 ta’ sekonda. 2.7.1.3. Il-bidu ta’ l-impatt (punt zero) fil-waqt ta’ l-ewwel kuntatt tal-blokka korporja mal-kontroll ta’ l-istering għandu jkun identifikat fuq ir-rekordings u l-films użati biex ikunu analizzati r-riżultati tat-test. 2.7.1.4. Kejl tal-forza L-istrumentalizzazzjoni użata għandha tkun konformi ma’ ISO 6487-1987 sakemm mhux speċifikat mod ieħor f’din id-Direttiva. 2.7.1.4.1. Bi transducers ta’ tagħbija inseriti fis-sistema ta’ l-istering: iċ-channel amplitude class għandha tkun ta’ 1960 daN (2000 kg) u ċ-channel frequency class 600 Hz. 2.7.1.4.2. B’aċċellerometri jew transducers tat-tagħbija inseriti fil-blokka korporja jew bi transducers ta’ tagħbija inseriti fis-sistema ta’ l-istering: Żewġ aċċellerometri bla direzzjoni jitqiegħdu simetrikament fil-pjan transversali taċ-ċentru tal-gravità tal-blokka korporja. Iċ-channel amplitude class għandha tkun ta’ 60 g u ċ-channel frequency class 180 Hz. Metodi oħra fir-rigward tan-numru u posizzjonar ta’ l-aċċellerometri tal-kejl għandhom ikunu permessi, bħal ngħidu aħna billi jkun diviż l-apparat tat-test f’partijiet separati fiċ-ċentru tal-gravità li fiha jitqiegħdu l-aċċellerometri biex ikejlu l-aċċelerazzjoni orizzontali u parallela għall-assi lonġitudinali tal-vettura. Il-forza riżultanti tkun il-forza korrispondenti għall-massimu tas-somma tal-forzi kkalkulati jew imkejla direttament għal kull parti tal-blokka korporja. 2.8. Temperatura ta’ l-ambjent: stabbilizzata f’20oC p. 5oC 3. IR-RIŻULTATI 3.1. Wara t-test il-ħsara mġarrba mill-mekkaniżmu ta’ l-istering għandha tkun aċċertata u deskritta f’rapport miktub; ta’ l-inqas għandu jittieħed ritratt wieħed ta’ dehra mill-ġenb u wieħed minn quddiem tal-kontroll ta’ l-istering/tal-kolonna ta’ l-istering/u ta’ l-erja tal-pannell ta’ l-istrumenti. 3.2. Il-valur massimu tal-forza għandu jkun imkejjel jew ikkalkulat kif indikat fil-paragrafu 2.4. -------------------------------------------------- ANNESS IV IT-TEST TAL-HEAD FORM 1. SKOP L-iskop ta’ dan it-test huwa li jivverifika jekk il-kontroll ta’ l-istering jissodisfax in- neċessitajiet stipulati fil-paragrafu 5.3 ta’ l-Anness I. 2. INSTALLAZZJONIJIET, PROĊEDURA U STRUMENTI TAL-KEJL 2.1. Ġenerali 2.1.1. Il-kontroll ta’ l-istering għandu jkun ittestjat b’mod sħiħ għax-xtur. 2.1.2. Jekk il-kontroll ta’ l-istering huwa ffittjat b’borża ta’ l-arja it-test jitwettaq bil-borża ta’ l-arja minfuħa. Fuq talba tal-fabbrikant, u bi qbil mas-servizz tekniku, it-test jista’ jitwettaq mingħajr il-borża ta’ l-arja minfuħa. 2.2. Immuntar tal-kontroll ta’ l-istering meta tkun qed tfittex approvazzjoni tal-kontroll ta’ l-istering irrelatata ma’ approvazzjoni ta’ vettura 2.2.1. Il-kontroll għandu jkun immuntat fis-sezzjoni ta’ quddiem tal-vettura ottenut billi jinqata’ l-bodi transversalment fil-livell tas-sedili ta’ quddiem, u possibbilment ikunu eliminati s-saqaf, il-windscreen u l-bibien. Din is-sezzjoni għandha tkun iffissata riġidament mal-bank tat-test, sabiex ma tiċċaqlaqx ma’ l-impatt tal-head form. It-tolleranza fuq l-angolu tal-mounting tal-kontroll għandha tkun ta’ p. 2 gradi ta’ l-anglu tad-disinn. 2.2.2. Madankollu, fuq talba tal-fabbrikant u bi qbil mas-servizz tekniku, il-kontroll ta’ l-istering jista’ jkun immuntat fuq struttura li tixbah il-mounting tal-mekkaniżmu ta’ l-istering sakemm, kif ikkumparat ma’ l-assemblaġġ tas-sezzjoni tal-bodi/l-assemblaġġ tal-mekkaniżmu ta’ l-istering, l-istruttura/l-assemblaġġ tal-mekkaniżmu ta’ l-istering ikollu: 2.2.2.1. l-istess arranġament ġeometriku, u 2.2.2.2. riġidità akbar. 2.3. Immuntar tal-kontroll ta’ l-istering isir meta tkun qed titfittex approvazzjoni tal-kontroll ta’ l-istering biss Il-kontroll ta’ l-istering għandu jkun ittestjat b’mod sħiħ għax-xtur. Il-kontroll ta’ l-istering irid ikollu spazju ta’ qlib minimu ta’ 100 mm bejn il-kontroll ta’ l-istering u l-bank tat-test. Ix-xaft ta’ l-istering għandu jkun imwaħħal sewwa mal-bank tat-test biex hekk ix-xaft ta’ l-istering ma jiċċaqlaqx ma’ l-impatt. (Ara Dijagramma 2) 2.3.1. Madankollu, fuq talba tal-fabbrikant it-test jista’ jsir taħt kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2.2 ta’ hawn fuq. F’dan il-każ l-approvazzjoni hija biss valida għal immuntar fuq tip/tipi ta’ vetturi speċifikati 3. L-APPARAT TAT-TEST 3.1. Dan l-apparat jikkonsisti f’impattatur lineari ggwidat kompletament b’massa ta’ 6,8 kg. 3.2. Il-head-form għandha tkun iffittjata b’żewġ aċċellerometri u strument li jkejjel il-veloċità, kollha kapaċi jkejlu l-valuri fid-direzzjoni ta’ l-impatt. 3.3. L-istrumenti tal-kejl 3.3.1. L-istrumenti tal-kejl użati għandhom ikunu konformi ma’ ISO 6487-1987. Barra minn dan ikollhom il-karatteristiċi segwenti: 3.3.2. Aċċellerazzjoni Channel amplitude class 150 g Channel frequency class (600) Hz; 3.3.3. Il-veloċità Eżatt sa – 1 %; 3.3.4. L-irrekordjar tal-ħin: L-istrumentazzjoni għandha tippermetti li l-azzjoni tkun irrekordjata waqt il-ħin kollu tagħha u li jittieħed qari eżatt sa wieħed minn elf ta’ sekonda. Il-bidu ta’ l-impatt fil-waqt ta’ l-ewwel kuntatt bejn l-impattatur u l-kontroll ta’ l-istering għandu jkun innotat fuq ir-rekordings użati biex ikun analizzat t-test. 4. PROĊEDURI TAT-TEST 4.1. Il-pjan tal-kontroll ta’ l-istering għandu jkun issettjat perpendikulari għad-direzzjoni ta’ l-impatt. 4.2. Massimu ta’ erba’ posizzjonijiet u minimu ta’ tlieta fuq kull tip ta’ kontroll ta’ l-istering għandhom iġarrbu impatt. Għal kull impatt għandu jkun użat kontroll ta’ stering ġdid. Għal impatti suċċessivi l-assi assjali ta’ l-impattatur għandu jkun f’linja ma’ wieħed mill-punti segwenti: 4.2.1. iċ-ċentru tal-boxxla tal-kontroll ta’ l-istering; 4.2.2. il-joint ta’ l-iktar spoke iebsa u l-iktar issapportjata mat-tarf ta’ ġewwa tar-rimm tal-kontroll ta’ l-istering; 4.2.3. il-punt ċentrali ta’ l-iqsar ark mhux sapportjat tar-rimm tal-kontroll ta’ l-istering li ma jinkludix spoke; 4.2.4. fid-diskrezzjoni ta’ l-awtorità ta’ approvazzjoni, l-‘agħar’ posizzjoni tal-kontroll ta’ l-istering. 4.3. L-impattatur għandu jolqot il-kontroll ta’ l-istering b’veloċità ta’ 24,1 km/h; din il-veloċità għandha tintlaħaq jew sempliċement bl-enerġija tal-propulsjoni jew bl-użu ta’ apparat addizzjonali ta’ propulsjoni. 5. RIŻULTATI 5.1. Fit-testijiet imwettqa skond il-proċedurui ta’ hawn fuq, ir-rata tad-deċellerazzjoni ta’ l-impattatur għandha tittieħed bħala l-medja simultanja tal-qari taż-żewġ deċellerometri. 6. PROĊEDURI EKWIVALENTI 6.1. Testijiet alternattivi jistgħu jkunu permessi fid-diskrezzjoni ta’ l-awtorità ta’ approvazzjoni kemm-il darba tkun tista’ tintwera l-ekwivalenza. Ikun mehmuż rapport mad-dokumentazzjoni ta’ l-approvazzjoni li jiddeskrivi l-metodi wżati u r-riżultati miksuba. 6.2. Ir-responsabbiltà biex tintwera l-ekwivalenza tal-metodu alternattiv tibqa’ tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant tiegħu li jixtieq juża dak il-metodu. PRESKRIZZJONI TA’ RIĠIDITÀ BEJN IX-XAFT TA’ L-ISTERING U L-BANK TAT-TEST (Ara Dijagrammi 1 u 2) +++++ TIFF +++++ Figura 1 +++++ TIFF +++++ Figura 2 Taħt tagħbija ta’ 800 dN li tipproduċi couple ta’ 160 m.dN f’relazzjoni mal-punt B, l-ispostament f’kull direzzjoni tal-punt A ikun inqas minn 2 mm. -------------------------------------------------- ANNESS V A L-ANNESS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA’ VETTURA RIGWARD IL-KOMPORTAMENT TAL-MEKKANIŻMU TA’ L-ISTERING FIL-KAŻ TA’ IMPATT (Direttiva 91/662/KEE, li temenda 74/297/KEE) (l-Artikoli 4(2) u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatata ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trailers tagħhom) +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS V B L-ANNESS GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA’ KONTROLL TA’ L-ISTERING RIGWARD IL-PROTEZZJONI TAS-SEWWIEQ KONTRA L-MEKKANIŻMU TA’ L-ISTERING FIL-KAŻ TA’ IMPATT (Direttiva 91/662/KEE, li temenda 74/297/KEE) (l-Artikolu 9a tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatata ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trailers tagħhom) +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------