EUR-Lex L'accès au droit de l'Union européenne

Retour vers la page d'accueil d'EUR-Lex

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 31990R0410

Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 410/90 tas-16 ta’ Frar 1990 li jistabbilixxi standards għall-frott tal-kiwi

ĠU L 43, 17.2.1990, p. 22–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Statut juridique du document Plus en vigueur, Date de fin de validité: 30/09/2004; Imħassar b' 32004R1673

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/410/oj

31990R0410



Official Journal L 043 , 17/02/1990 P. 0022 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0041
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 32 P. 0041


Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 410/90

tas-16 ta’ Frar 1990

li jistabbilixxi standards għall-frott tal-kiwi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1119/89 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu

Billi l-Anness 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 li fih lista tal-prodotti għall-konsenja friska lill-konsumatur li għandha tkun koperta bi standards tal-kwalità kien supplimentat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1010/89 [3] li jżid il-frott tal-kiwi; billi l-i standards tal-kwalità għal dan il-prodott għandhom għaldaqstant jiġu stabbiliti;

Billi l-applikazzjoni ta’ dawn l-i standards għandu jkollha l-effett li żżomm il-prodotti ta’ kwalità mhux sodisfaċenti barra mis-suq, u tiggwida l-produzzjoni sabiex tilħaq il-ħtiġijiet tal-konsumatur u tiffaċilita l-kummerċ taħt kondizzjonijiet kompetittivi ġusti, u għalhekk tgħin sabiex jitjieb il-qligħ mill-produzzjoni;

Billi dawn l-i standards għandhom ikunu applikabbli fl-istadji varji kollha tas-suq; billi t-trasport fuq distanzi twal, il-ħażna għal aktar minn ċertu tul ta’ żmien u l-ammont ta’ maniġġ li għalih il-prodotti jkunu suġġetti jistgħu jirriżultaw f’xi grad ta’ deterjorament minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodott jew l-istat ta’ tħassir mhux ħazin tiegħu; billi dan id-deterjorament għandu jiġi kkunsidrat fl-applikazzjoni ta’ l-i standards fl-istadji tas-suq ta’ wara l-konsenja; billi minħabba li l-prodotti tal-klassi "extra" għandhom ikunu magħżula u partikolarment ippakkjati b’attenzjoni u għandha titħalla tolleranza biss għat-telf tal-freskezza u n-nefħa;

Billi l-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u l-Ħaxix ta’ l-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-i standards tal-kwalità għall-frott tal-kiwi li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 08109010 għandhom ikunu kif muri fl-Anness.

Dawn l-i standards għandhom japplikaw għall-istadji kollha tas-suq fit-termini stipulati mir-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

Madanakollu, fi stadji ta’ wara l-konsenja għandhom jitħallew it-tolleranzi li ġejjin:

- ftit telf ta’ freskezza u nefħa,

- għal prodotti barra dawk tal-klassi "extra", ftit deterjorament li joħroġ mill-iżvilupp bijoloġiku u t-tħassir.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 t’Ottubru 1990.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-16 ta’ Frar 1990.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, pġ. 1.

[2] ĠU L 118, tad-29.4.1989, pġ. 12.

[3] ĠU L 109, ta’ l-20.4.1989, pġ. 3.

--------------------------------------------------

ANNESS

STANDARD TAL-KWALITÀ GĦALL-FROTT TAL-KIWI

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-i standard japplika għall-frott tal-kiwi (magħruf ukoll bħala "actinidia" jew "kiwis") ta’ varjetajiet (cultivars) li ġejjin mill-Actinidia chinesis (Planch.) jew Actinidia deliciosa (A. Chev., C. F., Liang u A. R. Ferguson), li għandha tkun fornuta lill-konsumatur friska, eskluż il-frott tal-kiwi għall-ipproċessar industrijali.

II. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-KWALITÀ

L-iskop ta’ dan l-i standard huwa li jiddefinixxi l-ħtiġijiet tal-kwalitá għall-frott tal-kiwi, wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A. Ħtiġijiet minimi

Fil-klassijiet kollha, mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi permessi, il-frott tal-kiwi għandu jkun:

- sħiħ (iżda mingħajr zokk),

- b’saħħtu; il-prodott affettwat mit-tinwir jew mid-deterjorazzjoni hekk li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum jiġi mwarrab,

- nadif, prattikament ħieles għal kollox minn kull materjal barrani li jidher,

- adekwatament sod: mhux artab, jew imkemmex jew imxarrab,

- iffurmat sewwa; frott doppju jew multipu huwa eskluż,

- prattikament ħieles mill-pestiċidi,

- prattikament ħieles mill-ħsara kawżata mid-dud u l-insetti qerrieda,

- ħieles minn umdità fuq barra mhux tas-soltu,

- ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranin.

Il-frott tal-kiwi għandu jkun żviluppat biżżejjed u misjur b’mod sodisfaċenti [1]. L-iżvilupp u l-kondizzjoni għandhom ikunu tali li jippermettulhom:

- jiflaħ għall-ġarr u t-tqandil bl-idejn, u

- jasal f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

B. Klassifika

Il-frott tal-kiwi huwa klassifikat fi tliet klassijiet, kif definit hawn taħt:

(i) Il-klassi "Extra"

Il-frott tal-kiwi f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità superjuri. Għandu jkun żviluppat tajjeb u jkollu l-karatteristiċi kollha u l-kulur tipiku tal-varjetà.

Għandu jkun mingħajr difetti ħlief għal ftit deterjorament superfiċjali, bil-kondizzjoni li dan ma jaffettwax il-kwalità u l-apparenza ġenerali tal-prodott jew il-preżentazzjoni tiegħu fil-pakkett.

(ii) Għall-Klassi I

Il-frott tal-kiwi f’din il-klassi għandu jkun ta’ kwalità tajba.

Għandu jkun sod u l-laħam għandu jkun perfettament tajjeb.

Għandu jkollu l-karatteristiċi tal-varjetà. Id-difetti li ġejjin, madanakollu, jistgħu jkunu permessi sakemm ma jaffettwawx l-apparenza ġenerali tal-prodott, il-kwalità, il-kwalità taż-żamma u l-preżentazzjoni tal-pakkett:

- difett żgħir fil-forma (iżda mingħajr infieħ jew malformazzjonijiet),

- difett ħafif fil-kulur,

- difetti superfiċjali fil-qoxra, sakemm l-arja totali affettwata ma taqbiżx 1 ċm

- "marka Hayward" żgħira bħal linji dritti, u mingħajr protuberanzi.

(iii) Għall-Klassi II

Din il-klassi tinkludi frott tal-kiwi li ma jikkwalifikax għall-klassijiet ogħla, iżda li jissodisfa l-ħtiġijiet minimi speċifikati hawn fuq.

Il-frott għandu jkun raġonevolment sod u l-laħam m’għandux juri difetti serji.

Id-difetti li ġejjin, madanakollu, jistgħu jitħallew sakemm il-frott tal-kiwi jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu fejn jidħlu kwalità, kwalità taż-żamma u preżentazzjoni:

- difetti fil-forma,

- difetti fil-kulur,

- difetti fil-qoxra, bħal qtugħ żgħir jew brix, sakemm l-arja totali affettwata ma taqbiżx iż-2 ċm,

- diversi "marki Hayward", li jidhru aktar, bi ftit tqabbiż ’il barra,

- brix żgħir.

III. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW L-GĦOTI TAD-DAQS

Id-daqs jiġi determinat bit-toqol tal-frott.

It-toqol minimu għall-klassi "extra" huwa ta’ 90 gramma, għall-klassi I huwa ta’ 70 gramma u għall-klassi II huwa ta’ 65 gramma.

Id-differenza fit-toqol bejn l-ikbar u l-iżgħar frotta f’pakkett wieħed m’għandhiex taqbeż:

- 15-il gramma għal frott li jiżen inqas minn 85 gramma,

- 20 gramma għal frott li jiżen bejn il-85 gramma u 120 gramma,

- 30 gramma għal frott li jiżen 120 gramma jew itkar.

IV. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IT-TOLLERANZI

Jistgħu jiġu permessi tolleranzi rigward il-kwalità u d-daqs f’kull pakkeġġ tal-prodott li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi indikata,

A. Tolleranzi għall-kwalità

(i) Il-klassi "Extra"

5 % bin-numru jew bit-toqol tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-klassi I, jew, eċċezzjonalment, li ġejjin fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii) Għall-Klassi I

10 % bin-numru jew bit-toqol tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi iżda li jilħaq dawk tal-klassi II, jew, eċċezzjonalment, li ġejjin fit-tolleranzi għal dik il-klassi.

(iii) Għall-Klassi II

10 % skond in-numru jew it-toqol tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax la l-ħtiġijiet għall-klassi u lanqas il-ħtiġijiet minimi, minbarra l-prodotti affettwati mit-tħassir, jew deterjorament ieħor li jirrendih mhux tajjeb għall-konsum.

B. Tolleranzi għad-daqs

Għall-klassijiet kollha:

10 % skond in-numru jew it-toqol tal-frott tal-kiwi li ma jissodisfax il-ħtiġijiet fejn jidħlu t-toqol minimu u/jew il-marġni tad-daqs speċifikati.

Madanakollu, il-frott għandu jkun ta’ daqs immedjatament taħt jew fuq id-daqs indikat jew, fil-każ ta’ l-iżgħar daqs, m’għandux jiżen inqas minn 85 gramma fil-klassi "extra", 67 gramma fil-klassi I u 62 gramma fil-klassi II.

V. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-PREŻENTAZZJONI

A. L-uniformità

Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jikkonsisti esklussivament fi frott tal-kiwi ta’ l-istess oriġini, varjetà u kwalità.

Il-parti tal-kontenut li tidher ta’ kull pakkett għandha tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

B. Ippakkjar

Il-frott tal-kiwi għandu jkun ippakkjat b’mod li jipproteġi l-prodott kif xieraq.

Il-materjali użati ġewwa l-pakkeġġ iridu jkunu ġodda, nodfa u tal-kwalità hekk li jevitaw milli jikkawżaw kull ħsara fuq barra u fuq ġewwa tal-prodott. L-użu ta’ materjali u partikolarment ta’ karta jew timbri li jindikaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-kummerċ huwa permess sakemm l-istampar jew it-tabella jkunu saru b’linka jew kolla mhux tossiċi.

Il-pakketti għandhom ikunu mingħajr materji barranin.

Fi klassi "extra" il-frott għandu jkun preżentat separatament minn waħda għall-oħra, u irranġat b’mod regolari fuq saff wieħed.

VI. DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-BEJGĦ FIS-SUQ

Kull pakkeġġ irid iġib il-partikolarijatjiet li ġejjin f’ittri mniżżla fi grupp fuq l-istess naħa, stampati li jinqraw u li ma jitħassrux u jidhru minn fuq barra:

A. L-identifikazzjoni

Min ippakkja | u/jew} Isem u indirizz jew marka ta’ kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment.Min ikkonsenja |

B. In-natura tal-prodott

- "frott tal-kiwi" u/jew "Actinidia", fejn il-kontenut ma jkunux jidhru minn barra,

- Isem tal-varjetà (tista’ tagħżel li tħalliha vojta).

C. L-orġini tal-prodott

Pajjiż ta’ l-oriġini u, mhux bilfors, id-distrett fejn ikun tkabbar jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew lokali.

D. L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

- Il-klassi,

- Daqs espress f’toqol minimu u massimu tal-frott, jekk mhux ippakkjat f’ringieli,

- Numru ta’ frott, jekk ippakkjat f’ringieli.

E. Marka tal-kontroll uffiċjali

(tista’ tagħżel li tħalliha vojta).

[1] Sabiex din il-ħtieġa tkun milħuqa, il-frott meta maqtugħ għandu jkun sar b’mill-inqas 6,2 %, meta evalwat bit-test Brix.

--------------------------------------------------

Haut