Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0629

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 1990 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-mutur

    ĠU L 341, 6.12.1990, p. 14–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/629/oj

    31990L0629

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 1990 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-mutur

    Official Journal L 341 , 06/12/1990 P. 0014 - 0019
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0016
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 20 P. 0016
    CS.ES Chapter 13 Volume 010 P. 215 - 220
    ET.ES Chapter 13 Volume 010 P. 215 - 220
    HU.ES Chapter 13 Volume 010 P. 215 - 220
    LT.ES Chapter 13 Volume 010 P. 215 - 220
    LV.ES Chapter 13 Volume 010 P. 215 - 220
    MT.ES Chapter 13 Volume 010 P. 215 - 220
    PL.ES Chapter 13 Volume 010 P. 215 - 220
    SK.ES Chapter 13 Volume 010 P. 215 - 220
    SL.ES Chapter 13 Volume 010 P. 215 - 220


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni

    tat-30 ta’ Ottubru 1990

    li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-mutur

    (90/629/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l- nkoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta’ vetturi bil-mutur [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 82/318/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

    Billi l-esperjenza prattika u l-iżvilupp teknoloġiku juru li huwa possibbli li titjieb is-sigurtà fit-toroq bl-applikazzjoni ta’ ħtiġiet simili għal dawk li diġà jeżistu fil-kategoriji tal-vetturi M2 b’massa massima permessibbli li teċċedi 3500 kilogramma u M3 (xarabanks) li s’issa ma kienux koperti u biex ġeneralment jiġu estiżi l-ħtiġiet għall-pożizzjonijiet ta’ bil-qiegħda, s’issa mhux koperti, ta’ kategoriji oħra ta’ vetturi;

    Billi l-esperjenza turi li xi definizzjonijiet u ħtiġiet eżistenti għandhom jiġu kemm kemm aġġustati;

    Billi l-protezzjoni kontra t-tendenza ta’ "żliq" għandha titjieb, li tista’ tigi pprovduta bil-pożizzjonament modifikat ta’ l-ankoraġgi għaċ-ċinturini tas-sigurtà u/jew modifiki għall-kostruzzjoni tas-sedil;

    Billi għandha tiġi żviluppata proċedura ta’ test li tippermetti t-titjib fil-livell ta’ protezzjoni li għandu jintwera; Billi d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ f’vetturi bil-mutur,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness I mad-Direttiva 76/115/KEE, huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ma’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. B’effett mill-1 ta’ Mejju 1991 ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ ankoraġġi għal ċinturini tas-sigurtà:

    - jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew li joħroġ il-kopja taċ-ċertifikat previst fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE [3], jew li jagħti l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, jew

    - jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi

    jekk l-akoraġġi f’din it-tip ta’ vettura jew f’dawn il-vetturi jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/115/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

    2. B’effett mill-1 ta’ Lulju 1992 Stati Membri:

    - m’ghandhomx iktar joħorġu l-kopja taċ-ċertifikat previst fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ tip ta’ vettura,

    - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta’ tip ta’ vettura

    li fiha l-ankoraġġi ma jikkonformawx mal-ħtigiet tad-Direttiva 76/115/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

    3. B’effett mill-1 ta’ Lulju 1997 Stati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ vetturi li fihom l-ankoraġġi ma jikkonformawx mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/115/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1992, tipproċedi għal reviżjoni ulterjuri tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/115/KEE u l-iktar ta’ l-Anness I, il-punt 4.4.3 tiegħu, sabiex titjieb il-protezzjoni kontra r-riskju ta’ żliq, liema emenda tista’ tinkludi miżuri ġodda u metodi ta’ test dinamiċi relatati.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Mejju 1991. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 1990.

    Għall-Kummissjoni

    Martin bangemann

    Viċi-President

    [1] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 6.

    [2] ĠU L 139, tad-19.5.1982, p. 9.

    [3] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    Wara l-punt 1.6, jiżdied il-punt ġdid 1.6.1:

    "1.6.1. "sedil ta’ quddiem tal-passiġġieri" jfisser kwalunkwe sedil fejn "il-punt H l-iktar ‘il quddiem" tas-sedil in kwistjoni huwa fi jew quddiem il-pjan transvers vertikali mill-punt-R tas-sewwieq."

    Il-punt 4.2.1.1, għandu jiġi emendat biex jaqra:

    "inkorpora retratturi. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal vetturi li għalihom, skond il-punt 43, huma permessi biss ċinturini addominali għal pożizzjonijiet ta’ bil-qiegħda fuq quddiem esterjuri. Jekk ankoraġġi…"

    (Il-bqija jibqa’ kif inhu)

    Il-punt 4.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "4.3. In-numru minimu ta’ ankoraġġi ta’ ċinturini li għandu jiġi pprovdut (ara l-Appendiċi 1).

    4.3.1. Kwalunkwe vettura fil-kategoriji M u N (ħlief dawk il-vetturi li jinkludu postijiet diżinjati speċjalment għal passiġġieri bil-wieqfa fil-kategoriji M2 ta’ iktar minn 3,5 tunnellati u M3) ghandha tkun mgħammra b’ankoraġġi ta’ ċinturini ta’ sigurtà li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

    4.3.2. In-numru minimu ta’ ankoraġġi ta’ ċinturini tas-sigurtà għal kull pożizzjoni ta’ bil-qiegħda diretta ‘l quddiem għandu jkun kif speċifikat fl-Appendiċi 1.

    4.3.3. Madankollu, għal pożizzjonijiet esterjuri ta’ bil-qiegħda- ta’ xort’ oħra minn quddiem- ta’ vetturi tal-kategorija M1, murija fl-Appendiċi 1 u mmarkati bis-simbolu Ø, żewġ ankoraġġi iktar baxxi huma permessi, fejn jeżisti passaġġ bejn sedil u l-ġenb l-iktar qrib tal-vettura maħsub sabiex jippermetti aċċess ta’ passiġġieri għal partijiet oħra ta’ vettura. Spazju bejn sedil u ġenb huwa kkunsidrat passaġġ, jekk id-distanza bejn dak il-ġenb, bil-bibien kollha magħluqa, u pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi mil-linja ċentrali tas-sedil ikkonċernat- imkejjel fil-pożizzjoni punt-R u dritt lejn il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura- huwa iktar minn 500 mm.

    4.3.4. Għall-pożizzjonijiet ta’ bil-qiegħda ċentrali ta’ quddiem murija fl-Appendiċi 1 u mmarkati bis-simbolu *, żewġ ankoraġġi iktar baxxi għandhom jiġu kkunsidrati adegwati meta l-windscreen jinstab barra ż-żona ta’ referenza definita fl-Anness II mad-Direttiva 74/60/KEE; jekk jinstabu ġewwa din iż-żona ta’ referenza, tliet ankoraġġi huma meħtieġa.

    Fir-rigward ta’ ankoraġġi taċ-ċinturini, il-windscreen huwa kkunsidrat bħala parti miż-żona ta’ referenza meta jista’ jidħol f’kuntatt statiku ma’ l-apparat tat-test skond il-metodu deskritt fl-Anness II mad-Direttiva 74/60/KEE

    4.3.5. Għall-pożizzjonijiet kollha ta’ bil-qiegħda murija fl-Appendiċi 1 u mmarkati bis-simbolu , kull pożizzjoni esposta ta’ bil-qiegħda, kif definita fil-punt 4.3.6, għandha tkun mgħammra b’żewġ ankoraġġi iktar baxxi.

    4.3.6. "Pożizzjoni esposta ta’ bil-qiegħda" hija waħda fejn ma hemm ebda "protezzjoni" fis-sedil ta’ quddiem fl-ispazju definit li ġej:

    - bejn żewġ pjanijiet orizzontali, waħda mill-punt H u l-oħra 400 mm fuqu,

    - bejn żewġ pjanijiet vertikali longitudinali li huma simmetriċi fir-rigward tal-punt-H u huma 400 mm ‘l bogħod minn xulxin,

    - wara pjan transers vertikali 1,30m mill-punt H.

    Għall-iskopijiet ta’ din il-ħtiega "protezzjoni" tfisser superfiċi ta’ saħħa adattata u li ma turi ebda skontinwitajiet b’atli mod li, jekk sfera ta’ djamteru ta’ 165 mm tigi proġettata geometrikament f’ direzzjoni lonġitudinali orizzontali minn kwalunkwe punt ta’ l-ispazju definit fuq u miċ-ċentru ta’ l-isfera, imkien f’din il-protezzjoni ma hemm kwalunkwe fetħa li minnha tista’ tghaddi l-projjezzjoni ġeometrika ta’ l-isfera.

    Sedil huwa kkunsidrat “pożizzjoni esposta ta’ bil-qiegħda”, jekk protezzjonijiet fl-ispazju definit fuq ghandhoam arja kombinata ta’ superfiċi ta’ inqas minn 800 ċm2.

    4.3.7. Għas-sedili kollha li jingħalqu, kif ukoll is-sedili kollha ta’ kwalunkwe vettura li mhumiex koperti fil-punti 4.3.1 sa 4.3.5, ebda ankoraġġi taċ-ċinturini ma huma meħtieġa. Madankollu, jekk il-vettura hija mgħammra b’ ankoraġġi għal dawn is-sedili, dawn l-ankoraġġi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

    F’dan il-każ, żewġ ankoraġġi iktar baxxi għandhom ikunu suffiċjenti."

    Il-punt 4.4.3 jaqra kif ġej:

    "4.4.3. Il-Post ta’ ankoraġġi effettivi iktar baxxi taċ-ċinturini (ara l-Appendiċi 2)

    4.4.3.1. Sedili ta’ quddiem, kategorija tal-vettura M1

    F’vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 l-angolu á1 (ta’xort’ oħra min-naħa tal-bokkla) għandu jkun fil-firxa ta’ 30 sa 80° u l-angolu α2 (in-naħa tal-bokkla) għandu jkun fil-firxa ta’ 45 sa 80°. Iż-żewġ ħtiġiet ta’ l-angolu għandhom ikunu validi għall-pożizzjonijiet normali kollha ta’ vvjaġġar tas-sedili ta’ quddiem. Fejn mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 huwa kostanti fil-pożizzjonijiet kollha normali ta’ użu, il-valur tiegħu għandu jkun 60 ± 10°g.

    Fil-każ ta’ sedili aġġustabbli b’ mezz ta’ aġġustar kif deskritt fil-punt 1.12, b’angolu ta’ inklinazzjoni tad-dahar tas-sedil ta’ inqas minn 20° (ara l-Anness III, figura 1), l-angolu á1 jista’ jkun taħt il-valur minimu (30g) stabbilit fuq, sakemm mhuwiex inqas minn 20° fi kwalunkwe pożizzjoni normali ta’ użu.

    4.4.3.2. Sedili ta’ wara, kategorija tal-vettura M1

    F’vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 l-angoli α1 u α2 għandha tkun fil-firxa ta’ 30 sa 80° għas-sedili kollha ta’ wara. Jekk is-sedili ta’ wara huma aġġustabbli l-angoli ta’ fuq għandhom ikunu validi għall-pożizzjonijiet kollha normali ta’ vvjaġġar.

    4.4.3.3. Sedili ta’ quddiem, kategoriji ta’ vetturi ta’ xort’ oħra minn M1

    Fil-kategoriji tal-vetturi bil-mutur ta’ xort’ oħra mill-angoli M1, α1 u α2 għandhom ikunu bejn 30 sa 80° għall-pożizzjonijiet kollha normali ta’ vvjaġġar tas-sedili ta’ quddiem. Meta fil-każ ta’ sedili ta’ quddiem ta’ vetturi b’massa massima li ma teċċedix 3,5 tunnellati mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 huwa kostanti fil-pożizzjonijiet kollha normali ta’ użu, il-valur tiegħu għandu jkun 60 ± 10°.

    4.4.3.4. Sedili ta’ wara u sedili speċjali ta’ quddiem u ta’ wara, kategoriji ta’ vetturi ta’ xort’ oħra minn M1

    F’ vetturi ta’ kategoriji ta’ xort’ oħra minn M1, fil-każ ta’:

    - sedili forma ta’ bank,

    - sedili aġġustabbli (quddiem u wara) b’ mezz ta’ aġġustar kif deskritt fil-punt 1.12 b’ angolu tad-dahar tas-sedil ta’ inqas minn 20° (ara l-Anness III, il-figura 1), u

    - sedili oħra ta’ wara,"

    l-angoli α1 u α2 jistgħu ikunu bejn 20 u 80° fi kwalunkwe pożizzjoni normali ta’ użu. Meta fil-każ ta’ sedili ta’ quddiem ta’ vetturi b’massa massima ta’ vetturi li ma teċċedix 3,5 tunnellati mill-inqas wieħed mill-angoli α1 u α2 huwa kostanti fil-pożizzjonijiet kollha normali ta’ użu, il-valur tiegħu għandu jkun 60 ± 10°.

    Il-punt l-antik 4.4.3.3 isir 4.4.3.5.

    Żid fl-aħħar ta’ 4.4.4.1:

    "Meta konfigurazzjoni ta’ żewġ bibien tintuża sabiex jingħata aċċess għal kemm is-sedili ta’ quddiem kif ukoll ta’ wara u l-ankoraġġ ta’ fuq huwa mqabbad mal-punt “B”, is-sistema għandha tiġi ddiżinjata b’tali mod li ma timpedix aċċess għal jew egress mill-vettura."

    Wara l-punt 5.2.3, jiżdied punt ġdid 5.2.4:

    "5.2.4. Jekk jintuża metodu ta’ test ieħor barra minn dak preskritt fil-punti 5.2.1 sa 5.2.3 ta’ din id-Direttiva, ghandha l-ewwel tiġi fornita evidenza li hija ekwivalenti."

    Il-Punt 5.3.5.3 jaqra kif ġej:

    "5.3.5.3. Meta manifattur iforni l-vettura tiegħu b’ċinturini ta’ sigurtà, l-ankoraġġi korrispondenti taċ-ċinturini jistgħu, fuq it-talba tal-manifattur, jiġu sottomessi biss għal test li fih it-tagħbijiet huma trasmessi lilhom permezz ta’ mezz li jirriproduċi l-ġeometrija tat-tip ta’ ċinturini li għandhom jiġu annessi ma’ dawn l-ankoraġġi."

    Il-punr 5.3.6 jaqra kif ġej:

    "5.3.6. Jekk ma huma pprovduti ebda ankoraġġi ta’ ċinturini ta’ fuq għas-sedili esterjuri u għas-sedili taċ-ċentru, l-ankoraġġi taċ-ċinturini iktar baxxi ghandhom jiġu sottomessi għat-test preskritt f’5.4.3, li fihom it-taghbijiet huma trasmessi lil dawn l-ankoraġġi permezz ta’ mezz li jirriproduċi l-ġeometrija ta’ ċinturin addominali."

    Il-Punt 5.4.1.2 jaqra kif ġej:

    "5.4.1.2. Għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, tagħbija ta’ test ta’ 1350 ± 20 daN ghandha tiġi applikata b’mezz ta’ trazzjoni (ara l-Anness IV, il-figura 2) anness ma’ l-ankoraġġi taċ-ċinturini ta’ l-istess ċinturin permezz ta’ mezz li jirriproduċi l-geometrija taċ-ċinga mat-torso ta’ fuq ta’ dan iċ-ċinturin ta’ sigurtà.

    Għal vetturi fil-kategoriji M2 u N2, it-tagħbija tat-test għandha tkun 675 ± 20 daN.

    Għal vetturi fil-kategoriji M3 u N3, it-tagħbija tat-test għandha tkun 450 ± 20 daN."

    Il-Punt 5.4.1.3 jaqra kif ġej:

    "5.4.1.3. Għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, fl-istess ħin forza ta’ trazzjoni ta’ 1350 ± 20 daN għandha tiġi applikata għal mezz ta’ trazzjoni (ara l-Anness IV, il-figura 1) anness maż-żewġ ankoraġġi taċ-ċinturini l-iktar baxxi.

    Għal vetturi fil-kategoriji M2 u N2, din it-taghbija ta’ test għandha tkun 675 ± 20 daN.

    Għal vetturi fil-kategoriji M3 u N3, dinit-tagħbija tat-test għandha tkun 450 ± 20 daN."

    Il-punt 5.4.2.1 jaqra kif ġej:

    "5.4.2.1. Għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, tagħbija ta’ test ta’ 1350 ± 20 daN għandha tiġi applikata lil mezz ta’ trazzjoni (ara l-Anness IV, il-figura 2) anness ma’ l-ankoraġġ taċ-ċinturin ta’ fuq u ma’ l-ankoraġġ oppost taċ-ċinturin iktar baxx bl-użu, jekk fornit mill-manifattur, ta’ retrattur imqabbad fl-ankoraġġ taċ-ċinturin ta’ fuq.

    Għal vetturi fil-kategoriji M2 u N2, din it-tagħbija tat-test għandha tkun 675 ± 20 daN.

    Għal vetturi fil-kategoriji M3 and N3, din it-tagħbija tat-test għandha tkun 450 ± 20 daN."

    Il-Punt 5.4.2.2 jaqra kif ġej:

    "5.4.2.2. Għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, fl-istess ħin forza ta’ trazzjoni ta’ 1350 ± 20 daN għandha tigi applikata lil mezz ta’ trazzjoni (ara l-Anness IV, il-figura 1) imqabbad ma’ l-ankoraġġi taċ-ċinturin l-iktar baxx.

    Għal vetturi fil-kategoriji M2 u N2, din it-tagħbija tat-test għandha tkun 675 ± 20 daN.

    Għal vetturi fil-kategoriji M3 u N3, din it-tagħbija tat-test għandha tkun 450 ± 20 daN."

    Il-Punt 5.4.3 jaqra kif ġej:

    "5.4.3. Test fil-konfigurazzjoni ta’ ċinturin addominali.

    Għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, tagħbija t’a test ta’ 2225 ± 20 daN għandha tiġi applikata lil mezz ta’ trazzjoni (ara l-Anness IV, il-figura 1) imqabbad maż-żewġ ankoraġġi l-iktar baxxi taċ-ċinturin.

    Għal vetturi fil-kategoriji M2 u N2, din it-tagħbija tat-test għandha tkun 1110 ± 20 daN.

    Għal vetturi fil-kategoriji M3 u N3, din it-tagħbija tat-test għandha tkun 740 ± 20 daN."

    Il-Punt 5.4.4.2, jemenda s-sentenza li żdiedet mad-Direttiva 82/318/KEE sabiex jaqra:

    "Fil-każ ta’ vetturi fil-kategoriji M2 u N2, din il-forza għandha tkun ugwali għal 10 darbiet il-piż tas-sedil intier; għall-kategoriji M3 u N3 għandha tkun ugwali għal 6,6 darbiet il-piż tas-sedil komplet."

    Issostitwixxi l-punti antiki 5.4.5.2 u 5.4.5.3 bil-ġdid 5.4.5.2:

    "5.4.5.2. Għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, fl-istess ħin, forza ta’ trazzjoni ta’ 1350 ± 20 daN għandha tigi applikata għal mezz ta’ trazzjoni (ara l-Anness IV, il-figura 3) imqabbad maż-żewġ ankoraġġi l-iktar baxxi taċ-ċinturini.

    Għal vetturi fil-kategoriji M2 u N2, din it-tagħbija ta’ test għandha tkun 675 ± 20 daN.

    Ghal vetturi fil-kategoriji M3 u N3, din it-tagħbija ta’ test għandha tkun 450 ± 20 daN."

    Żid l-Appendiċi ġodda 1 u 2 ma’ l-Anness I kif ġej:

    "

    Appendiċi 1

    NUMRU MINIMU TA’ PUNTI TA’ ANKORAĠĠ

    Noti:

    2 : żewġ ankoraġġi iktar baxxi li jippermettu l-installazzjoni ta’ ċinturin addominali

    * : jirreferi għall-punt 4.3.4.

    : jirreferi għall-punti 4.3.5. u 4.3.6.

    3 : żewġ ankoraġġi iktar baxxi u ankoraġġ wieħed iktar għoli li jippermettu l-installazzjoni ta’ ċinturin tas-sigurtà bi tlett punti, bl-eċċezzjoni ta’ sedili esterjuri ta’ quddiem fuq vetturi fil-kategoriji M1, N1 u M2, b’massa massima tal-vettura li ma teċċedix 3,5 tunnellati, li għalihom l-ankoraġġi għandhom jippermettu l-installazzjoni ta’ ċinturin tas-sigurtà tat-tip Ar.

    Ø : jirreferi għall-punt 4.3.3.

    Kategoriji tal-vetturi | Pożizzjonijiet esterjuri ta’ bil-qiegħda | Pożizzjonijiet ċentrali ta’ bil-qiegħda |

    Quddiem | Ta’ xort’ oħra minn quddiem | Quddiem | Ta’ xort’ oħra minn quddiem |

    Sewwieq | Passiġġier |

    M1 | 3 | 3 | Ø 3 | * | 2 |

    M2 ≤ 3,5 tunnellata | 3 | 3 | | * | |

    M2 > 3,5 tunnellata | 3 | 3 | | 2 | |

    M3 | 3 | 3 | | 2 | |

    N1 | 3 | 3 | | * | |

    N2 | 3 | 3 | | * | |

    N3 | 3 | 3 | | * | |

    ""

    Appendiċi 2

    IL-POST TA’ L-ANKORAĠĠI IKTAR BAXXI, ĦTIĠIET TA’ L-ANGOLU BISS: α(°)

    | Ħtiġiet antiki | Ħtiġiet ġodda |

    | M1 | Ta’ xort’oħra minn M1 | M1 | Ta’ xort’oħra minn M1 |

    Quddiem (estern u ċentru) | - in-naħa tal-bokkla | | 30-80 | 30-80 | 45-80 | 30-80 |

    - ta’ xort’ oħra min-naħa tal-bokkla | | 30-80 | 30-80 | 30-80 | 30-80 |

    - kostanti ta’ l-angolu | | 50-70 | 30-80 | 50-70 | 50-70 |

    - il-bank: | | 30-80 | 20-80 | | |

    | - in-naħa tal-bokkla | | | 45-80 | 20-80 |

    - ta’ xort’ oħra min-naħa tal-bokkla | | | 30-80 | 20-80 |

    - sedil aġġustabbli b’ angolu tas-sedil ta’ wara < 20° | | 20-80 | 20-80 | 20-80 45-80 [1] | 20-80 |

    Wara (estern u ċentru) | | | 20-80 | 20-80 | 30-80 | 20-80 |

    Sedil li jingħalaq | | | Ebda ankoraġġ taċ-ċinturini ma huwa meħtieġ. Jekk huwa mwaħħal l-ankoraġġ: ara l-ħtiġiet ta’ l-angolu Quddiem u Wara |

    "

    [1] "ta’ xort’ oħra min-naħa tal-bokkla" (α1): 20 - 80°"in-naħa tal-bokkla" (α 2): 45-80 °(it-tnejn: jekk l-angolu mhuwiex kostanti: ara l-punt 4.4.3.1.)

    --------------------------------------------------

    Top