EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0335

Direttiva tal-kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 1990 li temenda għar-raba’ darba l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE li jipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi

ĠU L 162, 28.6.1990, p. 37–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/11/2009; Imħassar b' 32009R1128

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/335/oj

31990L0335



Official Journal L 162 , 28/06/1990 P. 0037 - 0037
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0012
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0012


Direttiva tal-kummissjoni

tas-7 ta’ Ġunju 1990

li temenda għar-raba’ darba l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE li jipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi

(90/335/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE ta’ l-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tpoġġija fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 89/365/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi l-iżvilupp ta’ l-għarfien xjentifiku u tekniku joħloq il-bżonn li jsiru ċerti emendi għall-Anness għad-Direttiva 79/117/KEE;

Billi jidher ta’ min wieħed jixtieq li jitħassru ċertu numru ta’ derogi temporanji mill-projbizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva billi issa huma disponibbli tipi ta’ kura anqas perikolużi;

Billi l-Istati Membri kollha infurmaw lill-Kummissjoni li m’għandhomx ħsieb li jew li m’għadx għandhom ħsieb li jagħmlu użu minn dawn id-derogi;

Billi l-miżuri li hemm provduti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness għad-Direttiva 79/117/KEE huwa permezz ta’ din id-Direttiva emendat kif ġej:

1. Fil-Parti A, "Il-komposti tal-Merkurju":

(a) taħt l-oġġett 4, "Il-komposti tal-merkurju Alkil", it-test fil-kolonna 2 huwa mħassar;

(b) taħt l-oġġett 5, "Il-komposti tal-merkurju Alkoksialkil u aril", it-test fil-kolonna 2 huwa sostitwit permezz ta’:"Ċereali għat-trattament taż-żerriegħa".

2. Fil-parti B, "Il-komposti ta’ l-organokloru persistenti":

(a) taħt l-oġġett 1, "L-aldrin", it-test fil-kolonna 2 huwa mħassar;

(b) taħt l-oġġett 5, "L-endrin", it-test fil-kolonna 2 huwa mħassar.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1991, iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni immedjatemnt.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta’ Ġunju 1990.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 33, tat-8.2.1979, pġ. 36.

[2] ĠU L 159, ta’ l-10.6.1989, pġ. 58.

--------------------------------------------------

Top