Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0232

    It-Tielet Direttiva Tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Mejju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur

    ĠU L 129, 19.5.1990, p. 33–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/10/2009; Imħassar b' 32009L0103

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/232/oj

    31990L0232



    Official Journal L 129 , 19/05/1990 P. 0033 - 0035
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0189
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0189


    It-Tielet Direttiva Tal-Kunsill

    ta’ l-14 ta’ Mejju 1990

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur

    (90/232/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi, bid-Direttiva 72/166/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 84/5/KEE [5], il-Kunsill adotta dispożizzjonijiet dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u dwar l-infurzar ta’ l-obligazzjonijiet biex ikun hemm assigurazzjoni dwar din ir-responsabbiltà;

    Billi l-Artikolu 3 tad-Direttiva 72/166/KEE jenħtieġ li kull Stat Membru jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu jkun kopert b’assigurazzjoni; billi sal-limitu tar-responsabbiltà koperta u t-termini u l-kondizzjonijiet tal-koperta ta’ l-assigurazzjoni għandha tkun iddeterminata fuq il-bażi ta’ dawk il-miżuri;

    Billi d-Direttiva 84/5/KEE, kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, naqset sewwa id-differenzi bejn il-livell u l-kontenut ta’ l-assigurazzjoni obbligatorja rigward ir-responsabbiltà ċivili fl-Istati Membri; billi differenzi sinifikanti għadhom jeżistu, b’dankollu, fil-każ ta’ kopertura bl-assigurazzjoni;

    Billi l-vittmi ta’ l-aċċidenti bil-vetturi tal-mutur għandhom ikunu ggarantiti trattament komparabbli irrispettivament ta’ fejn fil-Komunità jseħħu l-aċċidenti;

    Billi hemm, partikolarment, ċerti lakuni fil-koperta obbligatorja ta’ l-assigurazzjoni tal-pasiġġieri fil-vetturi bil-mutur f’ċerti Stati Membri; billi, bħala protezzjoni għal din il-kategorija partikolarment vulnerabbli tal-vittmi potenzjali, dawn il-lakuni għandhom ikunu magħluqa;

    Billi kwalunkwe inċertezza li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 72/166/KEE għandha tkun imneħħija; billi il-poloz kollha ta’ l-assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi għandhom ikopru it-territorju kollu tal-Komunità;

    Billi fl-interessi tal-parti assigurata, kull polza ta’ l-assigurazzjoni għandha, aktar minn hekk, tiggarantixxi għal premium wieħed, f’kull Stat Membru, il-koperti meħtieġa mil-liġi tiegħu jew il-koperta meħtieġa bil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ fejn il-vettura tkun normalment ibbażata, meta dik il-kopertura tkun akbar;

    Billi l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 84/5/KEE jeħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi jew jawtorizza korp biex jikkompensa l-vittmi ta’ l-aċċidenti ikkawżati minn vetturi mhux assigurati jew mhux identifikabbli; billi, madankollu, l-imsemmija dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri f’dak li jirrigwardja l-kumpens minn dan il-korp bħala sussidjarju jew mhux-sussidjaru;

    Billi, madankollu, fil-każ ta’ aċċident maħluq minn vettura mhux assigurata, il-vittma hija meħtieġa f’ċerti Stati Membri li tagħti prova li l-parti responsabbli ma tkunx tista’, jew tiċħad, li tħallas kumpens qabel ma jkun jista jagħmel talba lill-korp; billi dan il-korp jinsab f’qagħda aħjar mill-vittma li jieħu azzjoni kontra kwalunkwe parti responsabbli; billi, għalhekk, dan il-korp għandu jkun ipprevenut milli jkun jista’ jenħtieġ li l-vittma, jekk għandu jkun ikkumpensat, għandu jistabbilixxi li l-parti responsabbli ma tkunx tista’ jew tiċħad li tħallas;

    Billi, fil-każ ta’ disgwid bejn il-korp li hemm referenza dwaru hawn fuq u l-assiguratur ta’ responsabbiltà ċivili dwar min minnhom għandu jagħti l-kumpens lill-vittma ta’ l-aċċident, l-Istati Membri, biex jevitaw xi dewmien fil-pagament tal-kumpens lill-vittma, għandhom jassiguraw li wieħed minn dawn il-partijiet ikun iddikjarat bħala li huwa responsabbli fil-prima istanza għall-pagament tal-kumpens sakemm il-kwistjoni tkun risolta;

    Billi l-vittmi ta’ l-aċċidenti ta’ vetturi bil-mutur kultant ikollhom diffikultà li jiskopru l-isem ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà li toriġina mill-użu tal-vettura bil-mutur involuta fl-aċċident; billi, fl-interessi ta’ vittmi bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li l-informazzjoni bħal din tkun disponibbli mingħajr dewmien;

    Billi ż-żewġ Direttivi preċedenti dwar ir-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi bil-mutur għandhom, invista ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet kollha, ikunu ssupplementati b’manjiera uniformi;

    Billi din iż-żieda, li twassal għal protezzjoni akbar għall-partijiet assigurati u għall-vittmi ta’ l-aċċidenti, tkun tiffaċilita dejjem aktar il-qsim trans-fruntieri tal-Komunità u b’hekk l-istabbiliment u l-funzjonar tas-suq intern; billi, għalhekk, livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur għandu jittieħed bħala bażi;

    Billi, permezz tat-termini ta’ l-Artikolu 8ċ tat-Trattat, għandu jittieħed akkont tal-firxa ta’ l-isforzi li għandhom jittieħdu minn ċerti ekonomiji li juru differenzi fl-iżvilupp; billi ċerti Stati Membri għandhom, għalhekk, ikunu mogħtija arranġamenti transizzjonali hekk li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ikunu jistgħu jiġu implementati gradwalment,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) tat-Direttiva 84/5/KEE, l-assigurazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 72/166/KEE għandha tkopri r-responsabbiltà għal korrimenti fuq il-persuna tal-passiġġieri, apparti minn għax-xufier, li joriġinaw mill-użu ta’ vettura.

    Għal-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, it-tifsira tat-terminu "vettura" hija kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 72/166/KEE.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li l-poloz kollha ta’ l-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili li toriġina mill-użu ta’ vetturi:

    - ikopru, fuq il-bażi ta’ premium wieħed, it-territorju kollu tal-Komunità, u

    - tiggarantixxi, fuq l-istess bażi ta’ l-istess premium wieħed, f’kull Stat Membru, il-koperta meħtieġa mil-liġi tiegħu jew il-koperta meħtieġa bil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ fejn il-vettura tkun normalment ibbażata, meta dik il-kopertura tkun akbar.

    L-Artikolu 3

    Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament 84/5/KEE:"B’dankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-korp li jagħmel pagament ta’ kumpens bil-kondizzjoni li l-vittma tistabbilixxi bi kwalunkwe mod li l-persuna responsabbli ma tkunx tista’ jew tirrifjuta li tħallas."

    L-Artikolu 4

    Fil-każ ta’ kwistjoni bejn il-korp li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 84/5/KEE u l-assiguratur tar-responsabbiltà ċivili dwar min minnhom għandu jagħti l-kumpens lill-vittma, l-Istati Membri, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa hekk li wieħed minn dawn il-partijiet ikun iddikjarat bħala li huwa responsabbli fil-prima istanza għall-pagament tal-kumpens mingħajr dewmien lill-vittma.

    Jekk fl-aħħar mill-aħħar ikun deċiż li l-parti l-oħra kellha tħallas l-ammont kollu jew parti minnu tal-kumpens, dik il-part l-oħra għandha tirrifondi kif xieraq lill-parti li tkun għamlet il-pagament.

    L-Artikolu 5

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-partijiet involuti f’aċċident tat-traffiku fit-triq ikunu jistgħu jaċċertaw mingħajr dewmien l-identità ta’ l-assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà li toriġina mill-użu ta’ xi vettura bil-mutur involuta fl-aċċident.

    2. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1995, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa lill-Kunsill.

    L-Artikolu 6

    1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1992. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

    2. Bħala eċċezzjoni mill-paragrafu 1:

    - ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża għandhom sal-31 ta’ Diċembru 1995 biex ikunu konformi ma’ l-Artikoli 1 u 2,

    - l-Irlanda għandha sal-31 ta’ Diċembru 1998 biex tkun konformi ma’ l-Artikolu 1 f’dak li jirrigwardja l-passiġġieri fuq is-sarġ ta’ motoċikletti u sal-31 ta’ Diċembru 1995 biex tkun konformi ma’ l-Artikolu 1 rigward vetturi oħrajn u biex tkun konformi ma’ l-Artikolu 2.

    L-Artikolu 7

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Mejju 1990.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. J. O'Malley

    [1] ĠU C 16, ta’ l-20.1.1989, p. 12.

    [2] ĠU C 304, ta’ l-4.12.1989, p. 41 uĠU C 113, tas-7.5.1990.

    [3] ĠU C 159, tas-26.6.1989, p. 7.

    [4] ĠU L 103, tat-2.5.1972, p. 1.

    [5] ĠU L 8, tal-11.1.1984, p. 17.

    --------------------------------------------------

    Top